2003R1334 — MT — 04.03.2014 — 003.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1334/2003

tal-25 ta’ Lulju 2003

li jemenda l-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ numru ta’ addittivi fi ħwejjeġ ta’ l-ikel li jappartjenu għall-grupp ta’ oligoelementi

(ĠU L 187, 26.7.2003, p.11)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (EEC) Nru 2112/2003 ta’ l-1 ta’ Diċembru 2003

  L 317

22

2.12.2003

►M2

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1980/2005 tal-5 ta’ Diċembru 2005

  L 318

3

6.12.2005

►M3

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 601/2013 tal-24 ta’ Ġunju 2013

  L 172

14

25.6.2013

►M5

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 107/2014 tal-5 ta’ Frar 2014

  L 36

7

6.2.2014




▼B

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1334/2003

tal-25 ta’ Lulju 2003

li jemenda l-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ numru ta’ addittivi fi ħwejjeġ ta’ l-ikel li jappartjenu għall-grupp ta’ oligoelementi



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 Novembru 1970 dwar addittivi fi ħwejjeġ ta’ l-ikel ( 1 ), kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1756/2002 ( 2 ) u partikolarment l-Artikoli 3, 9d u 9e tagħha,

Billi:

(1)

Diversi addittivi li jappartjenu għall-grupp ta’ oligoelementi ġew awtorizzati skond ċerti kondizzjonijiet skond id-Direttiva 70/524/KEE, permezz tar-Regolamenti (KE) Nru 2316/98 ( 3 ), (KE) Nru 639/1999 ( 4 ), (KE) Nru 2293/1999 ( 5 ), (KE) Nru 2200/2001 ( 6 ) u (KE) Nru 871/2003 ( 7 ).

(2)

Fid-dawl ta’ l-iżvilupp tat-tagħrif xjentifiku u tekniku, il-kontenut massimu ta’ oligoelementi awtorizzat fi ħwejjeġ ta’ l-ikel reġa’ ġie eżaminat sabiex jiżgura l-aħjar applikazzjoni tal-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni stipulati fl-Artikolu 3a tad-Direttiva 70/524/KEE.

(3)

Fl-istat preżenti tat-tagħrif xjentifiku u tekniku wieħed jista’ jikkonkludi li l-kontenut massimu ta’ ħadid, cobalt, ram, manganeżju u żingu awtorizzat fil-ħwejjeġ ta’ l-ikel skond id-Direttiva 70/524/KEE għandu jitnaqqas biex ikun konformi aktar mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 3a(a) u (b) ta’ dik id-Direttiva, partikolarment, l-effetti li jissodisfaw il-ħtiġiet ta’ nutriment, biex itejbu l-produzzjoni ta’ l-annimali u biex inaqqsu l-effetti li jagħmlu l-ħsara kkawżati minn eskreta ta’ annimali kif ukoll biex inaqqas l-effetti negattivi li l-livelli preżenti ta’ xi oligoelementi għandhom fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent.

(4)

Il-kontenut massimu ta’ oligoelementi awtorizzat fi ħwejjeġ ta’ l-ikel għandu jkun kalkolat waqt li jiġi kkunsidrat mhux biss ir-rekwiżiti fiżjoloġiċi ta’ l-annimali iżda wkoll aspetti oħra bħall-ħtiġiet medji u l-varjabilita tar-rekwiżiti fid-dieta, jwħtieġu jkunu skond il-ħtiġiet ta’ ħafna mill-membri tal-popolazzjonijiet ta’ l-annimali u l-ineffiċjenzi li jista’ jkun hemm fl-użu tan-nutrijenti.

(5)

Il-Kumitat Xjentifiku fuq in-Nutrizzjoni ta’ l-Annimali (KXAN) ta l-opinjoni tiegħu fuq l-użu tar-ram u żingu fil-ħwejjeġ ta’ l-ikel fid-19 ta’ Frar 2003 u fl-14 ta’ Marzu 2003 rispettivament. Il-KXAN ikkonkluda illi l-livelli massimi preżenti ta’ dawk l-oligoelementi awtorizzati fil-ħwejjeġ ta’ l-ikel huma, fil-maġġoranza tal-każi, ogħla milli meħtieġ rigward l-effetti ta’ dawn l-additivi u jirrakkomanda tnaqqis ta’ dawn il-livelli sabiex jadattawhom għar-rekwiżiti fiżjoloġIċI ta’ l-annimali.

(6)

Skond it-tagħrif xjentifiku u tekniku preżenti speċifikament rigward il-ħadid fil-ħwejjeġ ta’ l-ikel, ħnieżer tal-ħalib għandhom iżommu minn 7 sa 16 mg/kg ta’ ħadid kuljum, jew 21 mg ta’ ħadid kg/mal-piż tal-ġisem biex iżommu livelli adekwati ta’ ħemaglobina. Il-ħalib tal-ħanżira għandu fih medja ta’ 1 mg ta’ ħadid kull litru. Hekk, ħnieżer li jieħdu biss il-ħalib malajr jiżviluppaw enemija. Il-ħadid għalhekk għandu jingħata fi ħwejjeġ ta’ l-ikel komplimentari b’kontenut għoli ta’ dan l-element sakemm, waqt il-perjodu li jkunu jerdgħu, il-ħnieżer iż-żgħar ikunu sostnuti biss bil-ħalib.

(7)

Huwa xieraq li jipprovdi għal perjodu transitorju ta’ sitt xhur għall-implimentazzjoni tar-rekwiżiti l-ġodda u għal perjodu transizzjonali ta’ disa’ xhur għad-disponiment tal-ħaznient eżistenti ta’ l-għalf bit-tikkettja skond il-kondizzjonijiet preċedenti stabbiliti skond id-Direttiva 70/524/KEE.

(8)

Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’dan ir-Regolament huma skond il-fehma tal-Kumitat Permanenti fuq il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:



Artikolu 1

Il-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ l-addittivi E1 Iron-Fe, E3 Cobalt-Co, E4 Copper-Cu, E5 Manganese-Mn u E6 Zinc-Zn li jappartjenu għall-grupp “oligoelementi” ( 8 ), huma b’din mibdula minn dawk stipulati fl-Anness ta’ hawnhekk skond id-Direttiva 70/524/KEE.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mis-26 ta’ Jannar 2004. Madankollu, ħażniet eżistenti ta’ għalf bit-tikketta skond il-kondizzjonijiet preċedenti stipulati skond id-Direttiva 70/524/KEE jistgħu jintużaw matul il-perjodu transitorju li jiskadi fis-26 ta’ April 2004.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




L-ANNESS



Nru tal-KEE

Element

Addittiv

Formola u deskrizzjoni kimika

Livell Massimu ta' l-element fi mg/kg ta' l-oġġett ta' l-ikel sħiħ jew fi mg/jum

Dispożizzjonijiet oħra

Perijodu ta' l-Awtorizzazzjoni

▼M1

Il-Mikro-Elementi

1.E.

Il-Fe tal-ħadid

Il-Karbonat tal-ħadid

FeCO3

L-Ovinin500 (total) mg/kg tal-għalf ikkompletat.

L-Annimali pets: 1 250 (total) mg/kg ta' għalf ikkompletat.

Il-Ħnieżer:

— il-qżieżeż sa ġimgħa qabel il-ftama: 250 mg/kuljum

— il-ħnieżer l-oħra: 750 (total) mg/kg tal-għalf ikkomplettat

L-Ispeċji l-oħra: 750 (total) mg/kg tal-għalf ikkompletat

 

Mingħajr limitu taż-żmien'

Il-Klorur tal-ħadid, tetraidrat

FeCI2. 4H2O

Il-Klorur tal-ħadid, eksaidrat

FeCI3. 6H2O

Iċ-Ċitrat tal-ħadid, eksaidrat

Fe3(C6H2O7 )2.6H2O

Il-Fumarat tal-ħadid

FeC4H2O4

Il-Lattat tal-ħadid, tri-idrat

Fe(C3H5O3)2.3H2O

L-Ossidu tal-Ħadid

Fe2O3

Is-Sulfat tal-ħadid, mono-idrat

FeSO4H2O

Is-Sulfat tal-ħadid, eptaidrat

FeSO4.7H2O

Iċ-Ċelat tal-ħadid ta' l-amino-aċidi, idrat

Fe(x)1-3.nH2O

(x = anjonu ta' kull amino aċidu dderivat mill-proteina idrolizzata tas-soya)

Il-piż molekulari ma jaqbiżx il-1 500

▼B

E 3

Kobalt-Co

►M3   ►  Aċetat tal-Kobalt, tetrahidrat ◄  ◄

Co(CH3COO)2·4H2O

2 (total)

—

Mingħajr limiti ta' żmien

►M3   ►  Karbonat bażiku tal-kobalt, monohidrat ◄  ◄

2CoCO3·3Co(OH)2·H2O

►M5  Klorul tal-kobalt, eżahidrat ◄

CoCl2·6H2O

►M3   ►  Sulfat tal-kobalt, eptahidrat ◄  ◄

CoSO4·7H2O

►M5  Sulfat tal-kobalt, monohidrat ◄

CoSO4·H2O

►M5  Nitrat tal-kobalt eżahidrat ◄

Co(NO3)2·6H2O

E 4

Ram-Ċu

Aċetat tar-ram, monohidrat

Cu(CH3COO)2·H2O

Majjal

— Qżieqes sat-tnax-il ġimgħa: 170 (total)

— majjali oħra: 25 (total)

Bovini

1)  

— qabel ma jibdew jirgħu:

— 

— sostituti tal-ħalib: 15 (total)

— ikel ieħor komplet: 15 (total).

2)  

— bovini oħra: 35 (total).

Ovini: 15 (total)

Ħut: 25 (total)

Krustaċji: 50 (total)

Speċi oħra: 25 (total)

Dawn id-dikjarazzjonijiet għandhom jidħlu fit-tiketti u fid-dokumenti li jakkompanjaw:

— Għall-ovini

— 

Meta l-livell tar-ram fl-oġġetti ta' l-ikel jeċċedi 10 mm/kg: il-livell ta’ ram f’dan l-għalf jista’ jikkaġuna l-avvelenament f’ċerti speċje ta’ ovini

— Għall-bovini wara li jibdew jirgħu

— 

Meta l-livell ta’ ram fl-oġġett ta’ l-ikel ikun inqas minn 20 mg/kg: il-livell ta’ ram f’dan l-għalf jista’ jikkaġuna defiżjenzi ta’ ram f’bovini li jirgħu f’mergħat b’livelli għolja ta’ molibdenu jew kubrit

Mingħajr limiti ta’żmien

Karbonat bażiku tar-ram, monohidrat

CuCO3·Cu(OH)2·H2O

Klorul tar-ram, dihidrat

CuCl2·2H2O

Metjonat tar-ram

Cu(C5H10NO2S)2

Ossidu tar-ram

CuO

Sulfat tar-ram, pentahidrat

CuSO4·5H2O

Kelat tar-ram, ta' l-amino aċidi, hidrat

Cu (x)1-3·nH2O

(x = anjon ta’kull amino aċidu derivat mill-proteini tas-soja hidrolizzati)

Piż molekulari ma jeccedix 1 500.

Sulfat tal-liżin tar-ram

Cu(C6H13N2O2)2·SO4

2004.3.31.għas-sulfat tal-lesina tar-ram

E 5

Manganiż-Mn

Karbonat manganuż

MnCO3

Hut: 100 (total)

Speċji oħra: 150 (total)

–

Mingħajr limiti ta’ żmien

Klorur tal-manganiż, trihidrat

MnCl2·3H2O

Fosfat aċidu tal-manganiż, trihidrat

MnHPO4·3H2O

Ossidu manganuż

MnO

Ossidu manganiku

Mn2O3

Sulfat manganuż, tetrahidrat

MnSO4·4H2O

Sulfat manganuż, monohidrat

MnSO4·H2O

Kelat tal-manganiż ta’l-amino aċidi, hidrat

Mn (x)1-3·nH2O

(x = anjon ta’kull amino aċidu derivat mill-proteini tas-soja hidrolizzati)

Piż molekulari ma jeccedix 1 500

Ossidu manganomaniku

MnO Mn2O3

E 6

Żingu-Zn

Laktat taż-żingu, trihidrát

Zn(C3H5O3)2·3H2O

Annimai domestiċi: 250 (total)

Hut: 200 (total)

Sostituti tal-ħalib: 200 (total)

Speċji oħra: 150 (total)

–

Mingħajr limiti ta’ żmien

Acetat taż-żingu,dihidrat

Zn(CH3COO)2·2H2O

Karbonat taż-żingu

ZnCO3

Klorur taż-żingu,monohidrat

ZnCl2·H2O

Ossidu taż-żingu

ZnO

►M2  Livell massimu ta’ ċomb: 600 mg/kg ◄

Sulfat taż-żingu, eptahidrat

ZnSO4·7H2O

Sulfat taż-żingu, monohidrát

ZnSO4·H2O

Kelat taż-żingu ta’ l-amino aċidi, hidrat

Zn (x)1-3·nH2O

(x = anjon ta’ kull amino aċidu derivat mill-proteini tas-soja hidrolizzati)

Piż molekulari ma jeccedix 1 500



( 1 ) ĠU L 270, 14.12.70, p. 1.

( 2 ) ĠU L 265, 3.10.2, p. 1.

( 3 ) ĠU L 289, 28.10.98, p. 4.

( 4 ) ĠU L 82, 26.3.99, p. 6.

( 5 ) ĠU L 284, 6.11.99, p. 1.

( 6 ) ĠU L 299, 15.11.1, p. 1.

( 7 ) ĠU L 125, 21.5.3, p. 3.

( 8 ) Il-lista ta’ addittivi awtorizzati, li tinkludi oligoelementi, hija pubblikata fil-ĠU L 329/1, 31.12.02, kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 871/2003 (ĠU L 123, 21.5.3, p. 3).