30.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 292/3


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9464 — OMERS/Altice/Allianz/SFR FTTH)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 292/03)

1.   

Fit-23 ta’ Awwissu 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

AGF Benelux S.à.r.l. (il-Ġermanja), ikkontrollata minn Allianz SE (“Allianz”, il-Ġermanja),

—

OMERS Infrastructure European Holdings B.V. (“OMERS Infrastructure”, in-Netherlands), ikkontrollata minn OMERS Administration Corporation (“OMERS”, il-Kanada),

—

Altice France S.A. (Franza), ikkontrollata minn Altice Europe N.V. (“Altice”, in-Netherlands),

—

SFR FTTH SAS (“SFR FTTH”, Franza), bħalissa kkontrollata minn OMERS u Altice.

Allianz, OMERS u Altice jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt indirett ta’ SFR FTTH.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ kuntratt jew kwalunkwe mezzi oħrajn.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   Allianz: grupp finanzjarju dinji attiv fl-assikurazzjoni u l-ġestjoni tal-assi,

—   OMERS: amministrazzjoni tal-Ontario Municipal Employees Retirement System Primary Pension Plan permezz ta’ investimenti fl-infrastruttura (permezz ta’ OMERS Infrastructure) u f’assi ta’ ekwità privata,

—   Altice: telekomunikazzjonijiet, media, divertment u reklamar,

—   SFR FTTH: attività ta’ network bil-fibre f’ċerti żoni fi Franza, barra ż-żoni ta’ densità għolja kif definiti mir-regolatur Franċiż tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, l-“Autorité de regulation des communications éléctroniques et des postes”.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9464 — OMERS/Altice/Allianz/SFR FTTH

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.