|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/4511 |
12.7.2024 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.11571 — KÜHNE HOLDING / AENOVA)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għall-proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2024/4511)
1.
Fil-5 ta’ Lulju 2024, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Kühne Holding AG (“Kühne Holding”, l-Iżvizzera) ikkontrollata minn Klaus-Michael Kühne, |
|
— |
Apollo 8 GmbH (“Apollo 8”, il-Ġermanja) il-kumpanija azzjonarja tal-grupp ta’ kumpaniji Aenova (“Aenova”, il-Ġermanja) u kkontrollata mill-maniġer ta’ fond irrakkomandat minn BC Partners LLP. |
Kühne Holding se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Apollo 8 kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
Kühne Holding hija kumpannija holding attiva permezz ta’ Kühne + Nagel International AG fil-provvista ta’ servizzi ta’ loġistika u ta’ spedizzjoni tal-merkanzija u permezz ta’ Hapag-Lloyd AG fil-forniment ta’ servizzi ta’ trasport marittimu tal-kontejners. Barra minn hekk, hija attiva wkoll fis-setturi tas-servizzi tal-ospitalità u tal-proprjetà immobbli, |
|
— |
Apollo 8 hija l-kumpanija azzjonarja ta’ Aenova, li hija attiva internazzjonalment fil-forniment ta’ servizzi ta’ żvilupp u manifattura kuntrattwali għal prodotti mediċinali lesti għall-użu mill-bniedem u għas-saħħa tal-annimali kif ukoll supplimenti djetetiċi. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ koċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.L-osservazzjonijiet iridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11571 — KÜHNE HOLDING / AENOVA
L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni |
|
Ir-Reġistru tal-Fużjonijiet |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4511/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)