|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2024/2108 |
6.3.2024 |
Avviż għall-attenzjoni ta' persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/788/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2005 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo
(C/2024/2108)
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tas-Sur Bernard Maheshe BYAMUNGU u s-Sur Protogène RUVUGAYIMIKORE, persuni li jidhru fl-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/788/PESK (1) u fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2005 (2) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo.
Il-Kunsill jipprevedi l-aġġornament tal-entrati tal-persuni msemmija hawn fuq billi jżid l-informazzjoni li tinsab fis-sommarji narrattivi tar-raġunijiet għall-elenkar ta' dawk il-persuni pprovduti mill-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) stabbilit skont ir-riżoluzzjoni 1533 (2004) dwar ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (3).
Jekk il-persuni kkonċernati jixtiequ jippreżentaw osservazzjonijiet, dawn għandhom jiġu ppreżentati sal-20 ta' Marzu 2024 fl-indirizz li ġej:
|
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
|
General Secretariat |
|
RELEX.1 |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
Indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu
(1) ĠU L 336, 21.12.2010, p. 30.
(2) ĠU L 193, 23.7.2005, p. 1.
(3) Ara s-sommarji narrattivi rispettivi tal-25 ta' Ottubru 2023, disponibbli fuq https://www.un.org/securitycouncil/content/bernard-maheshe-byamungu u https://www.un.org/securitycouncil/content/protog%C3%A8ne-ruvugayimikore.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2108/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)