Subject of the case
Parti operattiva

Subject of the case

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2000/59/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, dwar il-faċilitajiet ta’ l-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart iġġenerat mill-bastimenti u għall-fdalijiet mill-merkanzija (ĠU L 332, p. 81).

Parti operattiva

Dispożittiv

1) Billi ma ħolqotx u ma implementatx, fit-terminu previst, il-pjanijiet ta’ akkoljenza u ta’ trattament ta’ l-iskart għall-portijiet kollha tagħha, ir-Repubblika Franċiża naqset mill-obbligi tagħha skond l-Artikoli 5(1) u 16(1) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2000/59/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, dwar il-faċilitajiet ta’ l-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart iġġenerat mill-bastimenti u għall-fdalijiet mill-merkanzija.

2) Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata għall-ispejjeż.