|
13.7.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 279/13 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10293 — Gilde Fund VI/EDCO)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 279/06)
1.
Fl-1 ta’ Lulju 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Gilde Buy-Out Fund VI C.V. u Gilde Buy-Out Fund VI2C.V., li flimkien jissejħu “Gilde Fund VI” (in-Netherlands), |
|
— |
Jadi International S.A., “EDCO” (il-Lussemburgu). |
Gilde Fund VI takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll waħdani ta’ EDCO kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
għal Gilde Fund VI: l-investiment, bħala fond ta’ ekwità privata, f’kumpaniji fis-suq medju li jkunu attivi f’diversi setturi fl-Ewropa, |
|
— |
għal EDCO: id-distribuzzjoni bl-ingrossa ta’ prodotti għall-konsum b’ċirkolazzjoni rapida, li ma jkunux ikel, kemm b’tikketta privata kif ukoll branded, l-aktar lil katini kbar ta’ bejgħ bl-ingrossa u f’pompi tal-petrol madwar l-Ewropa. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jitqies għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja trid tiġi dejjem indikata:
M.10293 — Gilde Fund VI/EDCO
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 122964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) OJ L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).