European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/2752

8.5.2025

Avviż għall-attenzjoni ta' BOUYERI, Mohammed (magħruf ukoll bħala Abu Zubair; magħruf ukoll bħala Sobiar; magħruf ukoll bħala Abu Zoubair), il-Partit Komunista tal-Filippini, inkluż l-Armata l-Ġdida tal-Poplu (NPA), l-Ejército de Liberación Nacional (Armata għal-Liberazzjoni Nazzjonali jew “ELN”), il-Partit/Front Rivoluzzjonarju għall-Ħelsien tal-Poplu (Devrimci Halk Kurtulus Partisi - Cephesi) (DHKP-C), is-“Sendero Luminoso” – “SL” (“Triq li Tiddi”), inklużi fil-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet koperti mill-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta' miżuri speċifiki fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu

(C/2025/2752)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni ta' BOUYERI, Mohammed (magħruf ukoll bħala Abu Zubair; magħruf ukoll bħala Sobiar; magħruf ukoll bħala Abu Zoubair), il-Partit Komunista tal-Filippini, inkluż l-Armata l-Ġdida tal-Poplu (NPA), l-Ejército de Liberación Nacional (Armata għal-Liberazzjoni Nazzjonali jew “ELN”), il-Partit/Front Rivoluzzjonarju għall-Ħelsien tal-Poplu (Devrimci Halk Kurtulus Partisi - Cephesi) (DHKP-C), is-“Sendero Luminoso” – “SL” (“Triq li Tiddi”), persuna u gruppi li jidhru fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/207 (1) u fl-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2025/206 (2) tat-30 ta' Jannar 2025 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu.

Il-Kunsill biħsiebu jżomm fis-seħħ il-miżuri restrittivi kontra l-persuna u l-gruppi msemmijin hawn fuq b'dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet emendati. Il-persuna u l-gruppi kkonċernati huma b'dan infurmati li jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill biex jiksbu d-dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet previsti għaż-żamma tad-deżinjazzjoni tagħhom, qabel id- 19 ta' Mejju 2025 , fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea (Attn: COMET designations)

Segretarjat Ġenerali

RELEX.1

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Email: sanctions@consilium.europa.eu


(1)   ĠU L, 2025/207, 30.01.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/207/oj.

(2)   ĠU L, 2025/206, 30.01.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/206/oj.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/2752/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)