<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-168/20</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62020CJ0168</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:907">EU:C:2021:907</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>24</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>24</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal-<DATE ISO="20211111">11.11.2021</DATE> – Kawża C‑168/20</HT></P><P><HT TYPE="SC">MH u ILA (Drittijiet għal pensjoni fil-każ ta’ falliment)</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tielet Awla)</P><P><DATE ISO="20211111">11 ta’ Novembru 2021</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><TOC><TITLE><TI><P>Werrej</P></TI></TITLE><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Il-kuntest ġuridiku</ITEM.CONT><ITEM.REF>3</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Id-dritt tal-Unjoni</ITEM.CONT><ITEM.REF>3</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Ir-Regolament (KE) Nru 1346/2000</ITEM.CONT><ITEM.REF>3</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Id-Direttiva 2004/38</ITEM.CONT><ITEM.REF>4</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Ir-Regolament (UE) Nru 492/2011</ITEM.CONT><ITEM.REF>4</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Id-dritt tar-Renju Unit</ITEM.CONT><ITEM.REF>5</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Regoli dwar l-effett tal-falliment fuq id-drittijiet għall-pensjoni misluta minn skemi ta’ pensjoni awtorizzati</ITEM.CONT><ITEM.REF>5</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Regoli dwar l-effett tal-falliment fuq id-drittijiet għall-pensjoni misluta minn skemi ta’ pensjoni mhux awtorizzati</ITEM.CONT><ITEM.REF>7</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK></TOC.BLK></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>It-tilwima fil-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</ITEM.CONT><ITEM.REF>8</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq id-domandi preliminari</ITEM.CONT><ITEM.REF>13</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Osservazzjonijiet preliminari</ITEM.CONT><ITEM.REF>13</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq l-eżistenza ta’ restrizzjoni għal-libertà ta’ stabbiliment</ITEM.CONT><ITEM.REF>15</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq l-eżistenza ta’ ġustifikazzjoni tar-restrizzjoni għall-libertà ta’ stabbiliment</ITEM.CONT><ITEM.REF>20</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq l-eżistenza ta’ raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali li tista’ tiġġustifika ir-restrizzjoni għal-libertà ta’ stabbiliment</ITEM.CONT><ITEM.REF>21</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq il-proporzjonalità tar-restrizzjoni għal-libertà ta’ stabbiliment</ITEM.CONT><ITEM.REF>21</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK></TOC.BLK></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq l-ispejjeż</ITEM.CONT><ITEM.REF>24</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK></TOC><?PAGE NO="2"?><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Moviment liberu tal-persuni</KEYWORD><KEYWORD>Ċittadinanza tal-Unjoni</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 21 TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Libertà ta’ stabbiliment</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 49 TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Ugwaljanza fit-trattament</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2004/38/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 24(1)</KEYWORD><KEYWORD>Leġiżlazzjoni tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq li tissuġġetta l-esklużjoni, bħala prinċipju integrali u awtomatika, mill-massa fallimentari ta’ drittijiet għall-pensjoni misluta minn skema ta’ pensjoni għal rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni, għall-finijiet tat-taxxa, tal-iskema ta’ pensjoni inkwistjoni</KEYWORD><KEYWORD>Impożizzjoni ta’ dan ir-rekwiżit fi proċedura ta’ insolvenza ta’ ċittadin tal-Unjoni li eżerċita d-dritt tiegħu ta’ moviment liberu sabiex jeżerċita, b’mod permanenti, attività għal rasu fir-Renju Unit</KEYWORD><KEYWORD>Drittijiet għall-pensjoni misluta minn dan iċ-ċittadin tal-Unjoni minn skema ta’ pensjoni stabbilita u awtorizzata għall-finijiet tat-taxxa fl-Istat Membru ta’ oriġini tiegħu</KEYWORD><KEYWORD>Esklużjoni ta’ dawn id-drittijiet għall-pensjoni mill-benefiċċju tal-imsemmija esklużjoni mill-massa fallimentari</KEYWORD><KEYWORD>Applikazzjoni għal dawn id-drittijiet għall-pensjoni ta’ skema ta’ esklużjoni mill-massa fallimentari nettament inqas vantaġġuża għall-persuna li tkun falliet</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑168/20,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari abbażi tal-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-High Court of Justice (England &amp; Wales), Chancery Division (business and property courts, insolvency and companies list) (il-Qorti Għolja tal-Ġustizzja (Ingilterra u Wales), Sezzjoni tal-Ekwità (Qrati Kummerċjali u tal-Proprjetà, Reġistru tal-Insolvenzi u tal-Kumpanniji), ir-Renju Unit), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20200330">30 ta’ Marzu 2020</DATE>, li wasslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20200422">22 ta’ April 2020</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">BJ</HT>, li qiegħed jaġixxi fil-kwalità ta’ amministratur tal-falliment ta’ is-sur M,</P><P><HT TYPE="BOLD">OV</HT>, li qiegħed jaġixxi fil-kwalità ta’ amministratur tal-falliment ta’ M</P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Is-sinjura M,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">MH,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">ILA,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Is-sur M,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (it-Tielet Awla),</P><P>komposta minn A. Prechal (Relatriċi), Presidenta tat-Tieni Awla li qiegħdha taġixxi bħala Presidenta tat-Tielet Awla, J. Passer, F. Biltgen, L. S. Rossi u N. Wahl, imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Szpunar,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="3"?><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal BJ u OV, li qegħdin jaġixxu fil-kwalità ta’ amministraturi tal-falliment tas-sur M, minn D. J. Rhee, QC, C. Harrison, barrister, u I. Gill, solicitor,</P></ITEM><ITEM><P>għas-sinjura M, MH, ILA u għas-sur M, minn G. Peretz, QC, J. Briggs, barrister, u S. Gilchrist, solicitor,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn L. Armati, L. Malferrari u M. Wilderspin, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikoli 21 u 49 TFUE kif ukoll tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE> dwar id-drittijiet taċ-ċittadini ta’ l-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta’ l-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn BJ u OV, li qegħdin jaġixxu fil-kwalità ta’ amministraturi tal-falliment tas-sur M (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>amministraturi<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) u s-sinjura M, MH, ILA u s-sur M (iktar ’il quddiem, flimkien, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>M <HT TYPE="ITALIC">et</HT> <QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) fir-rigward tat-talba mill-amministraturi, favur il-massa fallimentari, tad-drittijiet għall-pensjoni tas-sur M, ċittadin Irlandiż, misluta minn skema ta’ pensjoni stabbilita fl-Irlanda u awtorizzata abbażi tad-dritt fiskali Irlandiż.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament (KE) Nru 1346/2000</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000 tad-<DATE ISO="20000529">29 ta’ Mejju 2000</DATE> dwar proċedimenti ta’ falliment (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 1, p. 191), intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Ġurisdizzjoni internazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, kien jipprevedi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Il-qrati ta’ l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkun jinstab iċ-ċentru ta’ l-interessi prinċipali tad-debitur għandu jkollu l-ġurisdizzjoni biex jiftaħ il-proċedimenti ta’ falliment. Fil-każ ta’ kumpannija jew persuna ġuridika, il-post ta’ l-uffiċju rreġistrat għandu jkun meqjus li huwa ċ-ċentru ta’ l-interessi prinċipali fin-nuqqas ta’ prova għal kuntrarju.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont kliem l-Artikolu 4 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Liġi applikabbli<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="004.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Ħlief fejn ipprovdut b’mod ieħor f’dan ir-Regolament, il-liġi applikabbli għal proċedimenti ta’ falliment u l-effetti tagħhom għandha tkun dik ta’ l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tinfetaħ tali proċedura, minn hawn ’il quddiem imsemmija bħala l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Istat tal-ftuħ tal-proċedimenti<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-liġi ta’ l-Istat tal-ftuħ tal-proċedimenti għandha tiddetermina l-kondizzjonijiet tal-ftuħ ta’ dawk il-proċedimenti, il-manjiera tagħhom u l-egħluq tagħhom. Għandu jiddetermina b’ mod partikolari:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>l-assi li jiffurmaw parti mill-propjetà [li huma s-suġġett tal-ispussessar] u t-trattament ta’ l-assi meħtieġa minn jew li jmissu lid-debitur wara l-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>.</P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Ir-regolament Nru 1346/2000 ġie mħassar u ssostitwit bir-Regolament (UE) 2015/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20150520">20 ta’ Mejju 2015</DATE> dwar proċedimenti ta’ insolvenza (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="141" PAGE.FIRST="19" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 141, p. 19</REF.DOC.OJ> bir-rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="349" PAGE.FIRST="9" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, L 349, p. 9</REF.DOC.OJ>). Madankollu, fid-dawl tad-data tal-fatti tal-każ inkwistjoni fil-kawża prinċipali, huwa biss ir-Regolament Nru 1346/2000 s’li huwa applikabbli <HT TYPE="ITALIC">ratione</HT> <HT TYPE="ITALIC">temporis</HT> għall-imsemmi każ.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2004/38</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 24 tad-Direttiva 2004/38, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Trattament ugwali [Ugwaljanza fit-trattament]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, jipprevedi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Bla ħsara għal disposizzjonijiet speċifiċi kif previsti b’mod ċar fit-Trattat u fil-liġi sekondarja, iċ-ċittadini kollha ta’ l-Unjoni li jgħixu skond din id-Direttiva fit-territorju ta’ l-Istat Membru ospitanti għandhom igawdu trattament ugwali [ugwaljanza fit-trattament] bħaċ-ċittadini ta’ dak l-Istat Membru fl-iskop tat-Trattat. […]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament (UE) Nru 492/2011</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Il-premessa 1 tar-regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- <DATE ISO="20110405">5 ta’ April 2011</DATE> dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="141" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, L 141, p. 1</REF.DOC.OJ>), hija fformulata kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Ir-Regolament (KEE) Nru 1612/68 tal-Kunsill tal-<DATE ISO="19681015">15 ta’ Ottubru 1968</DATE> dwar il-libertà tal-moviment għall-ħaddiema fi ħdan il-Komunità [(<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="257" PAGE.FIRST="2" DATE.PUB="1968">ĠU 1968, L 257, p. 2</REF.DOC.OJ>),] ġie emendat kemm-il darba b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kkodifikat.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Skont kliem l-Artikolu 7(1) u (2) tar-Regolament Nru 492/2011:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="007.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Ħaddiem ċittadin ta’ xi Stat Membru ma jistax, fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, ikun trattat b’mod differenti minn ħaddiema nazzjonali minħabba n-nazzjonalità tiegħu fir-rigward ta’<?PAGE NO="5"?> kwalunkwe kondizzjoni tal-impjieg u tax-xogħol, partikolarment fir-rigward ta’ paga, tkeċċija u jekk hu jisfa’ mingħajr xogħol, ingaġġ mill-ġdid jew impjieg mill-ġdid.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Huwa għandu jgawdi l-istess vantaġġi soċjali u ta’ taxxa bħall-ħaddiema nazzjonali.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tar-Renju Unit</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Regoli dwar l-effett tal-falliment fuq id-drittijiet għall-pensjoni misluta minn skemi ta’ pensjoni awtorizzati</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Il-Welfare Reform and Pensions Act 1999 (il-Liġi tal-1999 li Tirriforma l-Protezzjoni Soċjali u l-Pensjonijiet, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>WRPA 1999<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>), li daħlet fis-seħħ fid-<DATE ISO="20000529">29 ta’ Mejju 2000</DATE>, tipprevedi, fl-Artikolu 11 tagħha:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Effett tal-falliment fuq id-drittijiet għall-pensjoni: l-iskemi awtorizzati</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>(1)</NO.P><TXT>Meta jingħata digriet ta’ falliment kontra persuna wara applikazzjoni għal falliment jew petizzjoni ppreżentata wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan l-artikolu, kull drittijiet li hija għandha taħt skema ta’ pensjoni awtorizzata huma esklużi mill-massa fallimentari tagħha.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(2)</NO.P><TXT>F’dan l-artikolu, <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>skema ta’ pensjoni awtorizzata<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="2019" ID="QE0014"/> tfisser:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>skema ta’ pensjoni rreġistrata taħt l-Artikolu 153 tal-Finance Act 2004 [il-Liġi tal-Finanzi tal-2004];</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(h)</NO.P><TXT>kull arranġamenti ta’ pensjoni ta’ kull tip li jistgħu jkunu previsti minn regolamenti adottati mis-Sectetary of State [is-Segretarju għall-Istat];</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>.</P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Dwar l-Iskemi ta’ pensjoni awtorizzati, l-amministraturi jistgħu, abbażi tal-Artikolu 15 tal-WRPA 1999, jitolbu quddiem qorti l-irkupru ta’ kontribuzzjonijiet ta’ pensjoni meqjusa bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>eċċessivi<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Occupational and Personal Pension Schemes (Bankruptcy) (n<HT TYPE="SUP">o</HT> 2) (Regulations) 2002 [ir-Regolamenti Nru 2 tal-2002 dwar Skemi ta’ Pensjoni Professjonali u Personali (falliment)] (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>Regolamenti 2/2002<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>) jipprevedu, fl-Artikolu 2(1)(c) tagħhom:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>Arranġamenti ta’ pensjoni inkwistjoni:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>(1)</NO.P><TXT>L-arranġamenti inkwistjoni għall-finijiet tal-Artikolu 11(2)(h) tal-[WRPA 1999] (l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>iskemi ta’ pensjoni awtorizzati<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>) huma arranġamenti […]</TXT><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>li għalihom japplika l-Artikolu 308A tal-[Income Tax (Earnings and Pensions) Act 2003] [l-Att tal-2003 dwar it-Taxxa fuq id-Dħul (Remunerazzjonijiet u Pensjonijiet)] (eżenzjoni ta’ kontribuzzjonijiet għal skema ta’ pensjoni barranija);</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>.</P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 308A tal-Income Tax (Earnings and Pensions) Act 2003 [l-Att tal-2003 dwar it-Taxxa fuq id-Dħul (Remunerazzjonijiet u Pensjonijiet)], iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>ITEPA<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>] jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>Eżenzjoni ta’ kontribuzzjonijiet għal skema ta’ pensjoni barranija</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>(1)</NO.P><TXT>Ma hemm ebda responsabbiltà għat-taxxa fuq id-dħul fir-rigward ta’ remunerazzjoni fil-każ fejn il-persuna li timpjega tħallas kontribuzzjonijiet taħt skema ta’ pensjoni barranija li tissodisfa l-kundizzjonijiet fir-rigward ta’ impjegat li huma membru migrant rilevanti ta’ skema ta’ pensjoni.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(2)</NO.P><TXT>Fis-subartikolu (1)</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>skema ta’ pensjoni barranija li tissodisfa l-kundizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> u</P><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>membru migrant rilevanti<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></P><P>għandhom l-istess tifsira bħal dik fl-Iskeda 33 tal-Liġi tal-Finanzi tal-2004 (skemi ta’ pensjoni barranin: benefiċċju għall-membru migrant).<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>skema ta’ pensjoni barranija<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>overseas pension scheme<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>), fis-sens tal-Artikolu 308A tal-ITEPA, huwa ddefinit fl-Artikolu 150(7) tal-Liġi tal-Finanzi tal-2004 kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>[…] <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>skema ta’ pensjoni barranija<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> tfisser skema ta’ pensjoni (apparti minn skema ta’ pensjoni rreġistrata) li</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>hija stabbilita f’pajjiż jew f’territorju barra mir-Renju Unit, u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>tissodisfa r-rekwiżiti kollha previsti għall-finijiet ta’ dan is-subartikolu permezz ta’ regolamenti adottati mill-Bord of Inland Revenue [il-Bord tad-Awtorità tat-Taxxa].<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Il-Pension Schemes (Categories of Country and Requirements for Overseas Pension Schemes and Recognised Overseas Pension Schemes) Regulations 2006 [ir-Regolamenti tal-2006 dwar skemi ta’ pensjoni (Kategoriji ta’ Pajjiż u Rekwiżiti għal Skemi ta’ Pensjoni Barranin u l-Iskemi ta’ Pensjoni Barranin Rikonoxxuti)] kienu jipprevedu li r-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 150(7)(b) tal-Liġi tal-Finanzi tal-2004 huma ssodisfatti jekk, b’mod partikolari, l-iskema hija waħda ta’ pensjoni professjonali, jekk, fil-pajjiż jew fit-territorju li fiha din ġiet stabbilita, jeżisti korp li jikkontrolla l-iskemi ta’ pensjoni professjonali u li jikkontrolla l-iskema inkwistjoni u jekk l-iskema hija rikonoxxuta għall-finijiet tat-taxxa.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Sabiex tkun tista’ tiġi kklassifikata bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>skema ta’ pensjoni barranija li tissodisfa l-kundizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> (qualifying overseas pension scheme), fis-sens tal-Artikolu 308A tal-ITEPA u, għalhekk, sabiex tkun tista’ taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 11 tal-WRPA 1999, skema ta’ pensjoni barranija għandha tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 5 tal-Iskeda 33 tal-Liġi tal-Finanzi tal-2004 li l-paragrafu wieħed tiegħu jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>Għall-finijiet ta’ din l-iskeda, skema ta’ pensjoni barranija hija skema ta’ pensjoni li tissodisfa l-kundizzjonijiet jekk:</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>l-amministratur ikun innotifika lid-Awtorità tat-Taxxa li l-iskema hija skema ta’ pensjoni barranija u jkun ipproduċa provi li din hija skema ta’ pensjoni barranija kif jista’ jkun rikjest mill-Awtorità tat-Taxxa,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>l-amministratur tal-iskema jkun impenja ruħu mal-Awtorità tat-Taxxa li jinformaha jekk l-iskema ma tibqax tkun skema ta’ pensjoni barranija,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>l-amministratur tal-iskema jkun impenja ruħu mal-Awtorità tat-Taxxa li jikkonforma ruħu mar-rekwiżiti kollha dwar l-informazzjoni prevista għall-kristalizzazzjoni tal-benefiċċju imposti fuq l-amministratur tal-iskema, […]</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>.</P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Regoli dwar l-effett tal-falliment fuq id-drittijiet għall-pensjoni misluta minn skemi ta’ pensjoni mhux awtorizzati</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>L-Artikolu 12 tal-WRPA 1999 jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>Effett tal-falliment fuq id-drittijiet għall-pensjoni: l-Iskemi mhux awtorizzati</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>(1)</NO.P><TXT>Is-Segretarju għall-Istat jista’ jipprevedi dispożizzjonijiet, permezz ta’ regolamenti, li d-drittijiet li persuna tislet minn skema ta’ pensjoni mhux awtorizzata, fil-każ ta’ digriet ta’ falliment maħruġ kontra dik il-persuna, jiġu esklużi mill-massa fallimentari tagħha […]</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(2)</NO.P><TXT>Regolamenti adottati taħt dan l-artikolu jistgħu, b’mod partikolari, jipprevedu:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>li drittijiet misluta minn skema ta’ pensjoni mhux awtorizzata jiġu esklużi mill-massa tal-beni tal-individwu,</TXT><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>(i)</NO.P><TXT>permezz ta’ digriet maħruġ fuq talba tiegħu mressqa quddiem qorti maħtura, jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ii)</NO.P><TXT>konformament ma ftehim li jissodisfa l-kundizzjonijiet konkluż bejnu u bejn it-trustee fil-falliment;</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>li d-deċiżjoni tal-qorti jekk toħroġx l-imsemmi digriet fir-rigward ta’ persuna għandha tittieħed b’riferiment għall-</TXT><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>(i)</NO.P><TXT>bżonnijiet probabbli ġejjiena tal-persuna u tal-familja tagħha, u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ii)</NO.P><TXT>probabbiltà li huwa jirċievi benefiċċji (fil-forma ta’ pensjoni jew f’forma oħra) abbażi ta’ drittijiet li huwa għandu taħt arranġamenti oħra ta’ pensjoni u (jekk ikun il-każ) kemm huwa probabbli li dawn il-benefiċċji x’aktarx ikunu xierqa sabiex jissodisfaw dawn il-bżonnijiet; […]<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Konformement mal-Artikolu 12(2) tal-WRPA 1999, l-Artikoli 4 sa 6 tar-Regolamenti 2/2002 jippermettu li l-persuna li tkun falliet titlob lill-qorti li quddiema tkun infetħet il-proċedura ta’ insolvenza teskludi totalment jew parzjalment mill-massa fallimentari tagħha d-drittijiet li hija tislet minn skema ta’ pensjoni mhux awtorizzata, b’teħid inkunsiderazzjoni tal-bżonnijiet li din il-persuna jew il-familja tagħha jista’ jkollhom fil-ġejjieni, jew li mal-amministratur tiegħu jinnegozja ftehim li jissodisfa r-rekwiżiti li jkollu effett simili.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">It-tilwima fil-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Qabel ma ġie ddikjarat fallut, is-sur M kien jeżerċita l-attività tiegħu ta’ promotur ta’ proprjetà immobbli prinċipalment, jekk mhux esklużivament, fl-Irlanda, u dan permezz ta’ MMC, kumpannija rreġistrata taħt id-dritt Irlandiż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Fl-2002, din il-kumpannija stabbilixxiet, bħala korrispettiv għall-ħlas, mis-sur M, ta’ premium ta’ darba ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">6161256</FT>, skema ta’ pensjoni professjonali fil-forma ta’ assigurazzjoni sottoskritta m’ILA u irregolata mid-dritt Irlandiż, li abbażi tagħha kellhom jitħallsu benefiċċji fid-data tal-irtirar tas-sur M jew tal-mewt prematura tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20090716">16 ta’ Lulju 2009</DATE>, is-sur M u s-sinjura M stabbilixxew S Industries, kumpannija rreġistrata taħt id-dritt Irlandiż, li tagħha s-sur M kien amministratur sal-<DATE ISO="20120414">14 ta’ April 2012</DATE> kif ukoll impjegat mill-<DATE ISO="20091201">1 ta’ Diċembru 2009</DATE> sal-<DATE ISO="20110131">31 ta’ Jannar 2011</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Permezz ta’ att awtentiku tal-<DATE ISO="20090831">31 ta’ Awwissu 2009</DATE>, S Industries stabbilixxiet skema ta’ pensjoni, irregolata mid-dritt Irlandiż, li minnha seta’ jibbenefika l-persunal ta’ din il-kumpannija iżda fejn fir-realtà l-uniċi benefiċjarji kienu s-sur M, is-sinjura M u binhom RM (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>iskema ta’ pensjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Din l-iskema ġiet ikkonċepita speċifikament sabiex tkun tista’ tiġi awtorizzata bħala skema ta’ benefiċċji tal-irtirar hekk kif iddefinita mid-dritt fiskali Irlandiż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tat-<DATE ISO="20091028">28 ta’ Ottubru 2009</DATE>, l-awtoritajiet tat-taxxa Irlandiżi informaw lil MH li din l-iskema kienet ġiet awtorizzata bħala skema ta’ benefiċċji tal-irtirar għall-finijiet tal-leġiżlazzjoni fiskali Irlandiża, b’effett mit-<DATE ISO="20090830">30 ta’ Awwissu 2009</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ta’ trasferiment tas-<DATE ISO="20091207">7 ta’ Diċembru 2009</DATE>, MMC ittrasferiet l-assigurazzjoni sottoskritta m’ILA lil MH, lis-sur M u lis-sinjura M bħala amministraturi tal-iskema ta’ pensjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali sabiex din l-iskema tiżgura li s-sur M ikollu pensjoni li tkun xierqa fid-dawl tal-assigurazzjoni sottoskritta. Minħabba dan il-fatt, l-imsemmija assigurazzjoni ġiet integrata fl-iskema ta’ pensjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Fix-xahar ta’ Novembru 2010, wara l-waqa’ tas-suq tal-proprjetà immobbli Irlandiż, MMC tqiegħdet taħt likwidazzjoni fl-Irlanda fuq talba tan-National Asset Management Agency (l-Aġenzija Nazzjonali ta’ Ġestjoni tal-Assi, l-Irlanda) li kienet xtrat id-dejn li din il-kumpannija kellha mal-Bank tal-Irlanda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Mix-xahar ta’ Frar 2011, is-sur M għex parzjalment f’Londra (ir-Renju Unit). Mix-xahar ta’ Lulju 2011, is-sur M u s-sinjura M ittrasferrixew ruħhom b’mod permanenti lejn Londra.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Matul perijodu sal-<DATE ISO="20110831">31 ta’ Awwissu 2011</DATE>, l-amministraturi tal-skema ta’ pensjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali wettqu diversi pagamenti favur is-sur M, sa fejn dan kien laħaq l-età ta’ 60 sena fl-2010. Ebda kontribuzzjoni ma ġiet imħallsa f’din l-iskema f’isem is-sur M jew is-sinjura M wara li dawn ittrasferixxew ruħhom lejn ir-Renju Unit.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Fil-mument tat-trasferiment tiegħu lejn ir-Renju Unit, is-sur M kellu dejn personali kunsiderevoli b’mod partikolari fil-konfront tal-Aġenzija Nazzjonali ta’ Ġestjoni tal-Assi, fejn l-ammont totali tal-krediti ta’ piż fuq il-patrimonju tiegħu kien jaqbeż, skont l-amministraturi, il-biljun Ewro.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Permezz ta’ att tas-<DATE ISO="20110726">26 ta’ Lulju 2011</DATE>, is-sur M tneħħa mill-mandat tiegħu ta’ amministratur tal-iskema ta’ pensjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali, MH u s-sinjura M baqgħu l-uniċi amministraturi ta’ din l-iskema.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Mix-xahar ta’ Awwissu 2011, is-sur M kerha uffiċji f’Londra sabiex jeżerċita attivitajiet ta’ konsulenza fi tranżazzjonijiet u f’kostruzzjonijiet ta’ proprjetà immobbli fir-Renju Unit.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tas-<DATE ISO="20120326">26 ta’ Marzu 2012</DATE>, il-konsulent fiskali tas-sur M informa lill-awtoritajiet tat-taxxa Irlandiżi li dan tal-aħħar kien attwalment residenti f’Londra u ppreżenta lill-awtoritajiet tat-taxxa tar-Renju Unit kemm id-dikjarazzjoni tal-VAT tas-sur M għall-perijodu li jagħlaq fil-<DATE ISO="20120731">31 ta’ Lulju 2012</DATE> kif ukoll id-dikjarazzjoni tad-dħul tiegħu għall-perijodu li jagħlaq fil-<DATE ISO="20120405">5 ta’ April 2012</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20120413">13 ta’ April 2012</DATE>, S Industries ġiet irreġistrata abbażi tal-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit, jiġifieri tal-Companies Act 2006 (il-Liġi tal-2006 tar-Renju Unit dwar il-kumpanniji) bħala kumpannija barranija li stabbilixxiet stabbiliment fir-Renju Unit. Mill-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ din il-kumpannija jirriżulta li d-data tal-ftuħ ta’ dan l-istabbiliment kienet l-<DATE ISO="20111201">1 ta’ Diċembru 2011</DATE>, li s-sede tiegħu kienet tinsab f’Londra u li s-sur M kien l-amministratur tiegħu u li s-sinjura M kienet kemm l-amministratriċi kif ukoll is-segretarja tal-kumpannija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20121102">2 ta’ Novembru 2012</DATE> is-sur M ġie ddikjarat fallut mill-High Court of Justice (England &amp; Wales) (il-Qorti Għolja tal-Ġustizzja (Ingilterra u Wales), ir-Renju Unit) fuq petizzjoni tal-istess ġurnata ppreżentata minn dan tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Permezz ta’ talba mressqa quddiem il-qorti tar-rinviju fl-<DATE ISO="20181101">1 ta’ Novembru 2018</DATE>, l-amministraturi talbu, favur il-massa fallimentari, id-drittijiet relatati mal-assigurazzjoni inkluża fl-iskema ta’ pensjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali. Skont l-amministraturi, din l-assigurazzjoni kellha, fid-<DATE ISO="20200819">19 ta’ Awwissu 2020</DATE>, valur ta’ EUR 8 462 870.24, fatt li s-sur M jikkontesta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Fid-difiża tagħhom, is-sur M <HT TYPE="ITALIC">et</HT> sostnew li d-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikoli 21, 45 u 49 TFUE, l-Artikolu 24 tad-Direttiva 2004/38 kif ukoll l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 492/2011, jimponi li d-drittijiet misluta mill-iskema ta’ pensjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali jiġu esklużi mill-massa fallimentari inkwantu drittijiet misluta minn skema ta’ pensjoni awtorizzata previsti fl-Artikolu 11 tal-WRPA 1999. Sussidjarjament, huma jitolbu li l-qorti tar-rinviju tordna l-esklużjoni tal-imsemmija drittijiet mill-massa fallimentari abbażi tal-Artikolu 12 tal-WRPA 1999.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tosserva, qabel kollox, f’dak li jirrigwarda l-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit applikabbli għall-fatti inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li huwa paċifiku li l-iskema ta’ pensjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma ġietx irreġistrata mal-awtoritajiet tat-taxxa tar-Renju Unit<?PAGE NO="10"?> abbażi tal-Artikolu 153 tal-Liġi tal-Finanzi tal-2004 u li għalhekk l-imsemmija skema ta’ pensjoni ma tikkostitwixxix skema ta’ pensjoni awtorizzata, hekk kif previst fl-Artikolu 11(2)(a) tal-WRPA 1999 fejn id-drittijiet huma esklużi mill-massa fallimentari abbażi tal-Artikolu 11(1).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Dik il-qorti barra minn hekk tindika li l-għan tal-Artikoli 11 sa 16 tal-WRPA 1999 huwa li d-drittijiet għall-pensjoni jkunu kkonċepiti u l-vantaġġ fiskali relatat magħhom jingħata sabiex jingħata sostenn finanzjarju lill-individwi fil-kuntest tal-irtirar ġejjieni tagħhom u mhux li jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-kredituri fil-każ ta’ falliment tal-individwi qabel l-irtirar tagħhom u li, ħlief għal każijiet ta’ kontribuzzjonijiet imsejjħa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>eċċessivi<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>, dawn id-drittijiet jiġu esklużi mill-massa fallimentari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>L-applikazzjoni tal-Artikolu 11 tal-WRPA 1999 hija, b’mod ġenerali, limitata għall-iskemi awtorizzati fiskalment peress li waħda mill-karatteristiċi ta’ dawn l-iskemi hija li l-benefiċċji li jistgħu jitħallsu abbażi tagħhom huma limitati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, il-benefiċċji li jistgħu jitħallsu abbażi ta’ skemi mhux awtorizzati, hekk kif previsti fl-Artikolu 12 tal-WRPA 1999, ma humiex limitati, u dan jista’, skont il-qorti tar-rinviju, jispjega r-raġuni li għaliha dawn ma humiex esklużi mill-massa fallimentari b’mod sħiħ iżda biss sal-ammont tal-bżonnijiet raġonevoli tal-persuna li tkun falliet u tal-familja tagħha u permezz tal-kunsens tal-amministraturi tal-falliment jew ta’ qorti li għandha setgħa diskrezzjonali f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Ir-reġistrazzjoni abbażi tal-Artikolu 153 tal-Liġi tal-Finanzi tal-2004 ta’ skema ta’ pensjoni barranija bħall-iskema ta’ pensjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali li twassal għall-esklużjoni mill-massa fallimentari tad-drittijiet misluta minn din l-iskema abbażi tal-Artikolu 11(1) tal-WRPA 1999 hija, bħala prinċipju, possibbli. Din tagħti lok għal vantaġġi fiskali, bħall-eżenzjoni fiskali tal-kontribuzzjonijiet għall-iskema kif ukoll tad-dħul u tal-valuri addizzjonali tiegħu, iżda tkun tippreżenta wkoll inkonvenjenti, bħal, b’mod partikolari, il-limitazzjoni tal-ħlasijiet li jistgħu jitwettqu mill-iskema mingħajr ma jiġi ġġenerat dejn fiskali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>B’konsegwenza ta’ dan, tali reġistrazzjoni ma tikkostitwixxix sempliċi formalità iżda proċess li jġib miegħu konsegwenzi sostanzjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Barra minn hekk huwa evidenti li huwa iktar probabbli li ċittadini ta’ Stati Membri tal-Unjoni Ewropea, iktar milli ċittadini tar-Renju Unit, ikunu kisbu drittijiet għall-pensjoni li jaqgħu taħt skemi li ma humiex irreġistrati abbażi tal-Artikolu 153 tal-Liġi tal-Finanzi tal-2004.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju tqis li jista’ jkun li l-amministraturi ta’ skema ta’ pensjoni stabbilita b’tali mod li tissodisfa r-rekwiżiti għall-awtorizzazzjoni imposti mil-leġiżlazzjoni fiskali Irlandiża, bħall-iskema ta’ pensjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma jkunux neċessarjament iridu li din l-iskema tkun tissodisfa wkoll ir-rekwiżiti għall-awtorizzazzjoni imposti mil-leġiżlazzjoni fiskali tar-Renju Unit.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-qorti tar-rinviju tqis li, ladarba tkun tissodisfa r-rekwiżiti imposti mir-Regolamenti tal-2006 msemmija fil-punt 14 ta’ din is-sentenza, l-iskema ta’ pensjoni, b’mod partikolari jekk din tkun skema ta’ pensjoni professjonali li hija kontrollata minn korp stabbilit fil-pajjiż jew fit-territorju li fiha din ġiet stabbilita, tista’ tiġi kklassifikata bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>skema ta’ pensjoni barranija<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>, fis-sens tal-Artikolu 150(7) tal-Liġi tal-Finanzi tal-2004.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Madankollu, fil-każ fejn l-amministraturi tal-iskema ta’ pensjoni kkonċernati ma jkunux bdew il-proċess neċessarju sabiex din l-iskema tissodisfa r-rekwiżiti msemmija fil-punt 5.1 tal-Iskeda 33 tal-Liġi tal-Finanzi tal-2004, dwar, b’mod partikolari, in-notifika tal-iskema lill-awtoritajiet tat-taxxa tar-Renju Unit, il-produzzjoni tal-prova, quddiem dawn l-awtoritajiet, li din hija skema ta’ pensjoni u l-impenn tal-osservanza ta’ ċerti rekwiżiti ta’ informazzjoni lill-imsemmija awtoritajiet, l-imsemmija skema ma tkunx tista’ tiġi kklassifikata bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>skema ta’ pensjoni li tissodisfa l-kundizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>, fis-sens tal-Artikolu 308A tal-ITEPA, b’tali mod li d-drittijiet misluta minn din l-iskema ma jkunux esklużi mill-massa fallimentari abbażi tal-Artikolu 11(1) tal-WRPA 1999.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Għalkemm, ċertament, ma kienx diffiċli li dawn ir-rekwiżiti jiġu ssodisfatti, u ma kinux jimplikaw, fil-prattika, l-osservanza ta’ rekwiżiti partikolarment ħorox, ma hemmx, b’mod ġenerali, wisq interess għall-amministraturi ta’ skema ta’ pensjoni li jibdew il-proċess neċessarju sabiex din tista’ ssir <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>skema ta’ pensjoni li tissodisfa l-kundizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>, fis-sens tal-Artikolu 308A tal-ITEPA.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Il-kwistjoni tkun differenti fis-sitwazzjoni, li madankollu ma hijiex dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn ikun ippjanat li jitħallsu kontribuzzjonijiet fl-iskema minn jew f’isem benefiċjarji li stabbilixxew ruħhom fir-Renju Unit.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-qorti tar-rinviju tqis li, għalkemm l-iskema ta’ pensjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali tista’ tiġi kklassifikata bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>skema ta’ pensjoni mhux awtorizzata<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>, fis-sens tal-Artikolu 12 tal-WRPA 1999, id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-esklużjoni mill-massa fallimentari tad-drittijiet misluta minn tali skema huma inqas vantaġġużi mill-perspettiva tal-persuna li tkun falliet sa fejn dawn jipprevedu skema li tipprevedi inqas protezzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni tal-persuna li tkun falliet mid-dispożizzjonijiet previsti fl-Artikolu 11 tal-WRPA 1999 għall-iskemi ta’ pensjoni awtorizzati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda, wara dan, l-analiżi tas-sitwazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali fid-dawl tad-dritt tal-Unjoni, il-qorti tar-rinviju tqis li l-kwistjoni prinċipali li tqum hija dik ta’ jekk id-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali fil-qasam ta’ esklużjoni tad-drittijiet għall-pensjoni mill-massa fallimentari jistax ikollhom xi effett fuq id-dritt ta’ stabbiliment jew jekk dawn jaqgħux b’mod ieħor taħt l-Artikolu 49 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>L-imsemmija qorti tosserva li f’dan ir-rigward is-sur M <HT TYPE="ITALIC">et</HT> sostnew li la huwa neċessarju li jintwera li l-imsemmija dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali jista’ jkollhom effett dissważiv fuq il-libertà ta’ stabbiliment u lanqas li s-sitwazzjoni tal-ħaddiem migrant fl-Istat Membru ospitanti titqabbel ma dik fl-Istat Membru ta’ oriġini.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Pjuttost, is-sitwazzjoni ta’ ħaddiem migrant fl-Istat Membru ospitanti għandha titqabbel mas-sitwazzjoni taċ-ċittadini nazzjonali f’dan l-istess Stat Membru. L-esklużjoni tad-drittijiet għall-pensjoni mill-massa fallimentari ta’ persuna li eżerċitat id-dritt tagħha għall-moviment liberu hija <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>vantaġġ soċjali<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> iggarantit mill-Artikolu 49 TFUE, moqri flimkien mal-Artikolu 24 tad-Direttiva 2004/38.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Quddiem il-qorti tar-rinviju, l-amministraturi min-naħa l-oħra jsostnu li d-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali inkwistjoni, b’mod partikolari dawk tal-Artikolu 11 tal-WRPA 1999, ma jikkostitwixxux, anki meqjusa bħala tali, ostakolu għad-dritt ta’ stabbiliment tas-sur M. Fil-fatt, milli jidher dawn ma ddiswadewħx milli jeżerċita dan id-dritt. Barra minn hekk lanqas ma ntwera li dawn id-dispożizzjonijiet huma globalment inqas favorevoli mid-dispożizzjonijiet korrispondenti tad-dritt Irlandiż. F’dak li jirrigwarda l-Artikolu 24 tad-Direttiva 2004/38, hemm<?PAGE NO="12"?> lok li tittieħed inkunsiderazzjoni, għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 21 TFUE, sa fejn dawn ma ġewx armonizzati fuq livell tad-dritt tal-Unjoni, id-differenzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet nazzjonali dwar l-insolvenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Fl-aħħar, il-qorti tar-rinviju tindika li hija waslet għall-konklużjoni proviżorja li l-effett tal-falliment fuq id-drittijiet għall-pensjoni akkumulati fl-Istat Membru ta’ oriġini tagħha minn persuna li teżerċita d-dritt ta’ stabbiliment bħala ħaddiem għal rasu fi Stat Membru ieħor qabel ma tiġi ddikjarata falluta hemmhekk jippreżenta rabta’ suffiċjentement stretta mal-eżerċizzju tal-imsemmi dritt sabiex jaqa’ taħt l-Artikolu 49 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Dik il-qorti tqis li d-dispożizzjonijiet tad-dritt tar-Renju Unit fil-qasam ta’ esklużjoni tad-drittijiet għall-pensjoni mill-massa fallimentari li abbażi tagħhom il-protezzjoni integrali prevista fl-Artikolu 11 tal-WRPA 1999 tista’ tkun ta’ benefiċċju biss għal dawk li jisiltu drittijiet minn skemi ta’ pensjoni awtorizzati, għalkemm dawn ma humiex espliċitament ikkonċepiti b’riferiment għaċ-ċittadinanza, x’aktarx li jikkonċernaw porzjon kunsiderevolment iktar għolja ta’ ċittadini ta’ Stati Membri li jeżerċitaw id-dritt tagħhom ta’ stabbiliment fir-Renju Unit milli ta’ ċittadini tar-Renju Unit u jinvolvu, għalhekk, diskriminazzjoni fit-tgawdija ta’ vantaġġ soċjali li hija pprojbita kemm mill-Artikolu 49 TFUE kif ukoll mill-Artikolu 24 tad-Direttiva 2004/38.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Iktar minn hekk, il-qorti tar-rinviju tqis li tali diskriminazzjoni, jekk tiġi kkonstatata mill-Qorti tal-Ġustizzja b’risposta għad-domandi tagħha, tista’ tiġi eliminata billi l-Artikolu 11 tal-WRPA 1999 jiġi interpretat b’mod konformi mad-dritt tal-Unjoni u dan billi l-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni tiġi estiża għal skema ta’ pensjoni awtorizzata jew irreġistrata mill-awtoritajiet tat-taxxa ta’ Stat Membru ieħor, u dan anki peress li din l-interpretazzjoni hija konformi mal-għan imfittex mid-dispożizzjonijiet ikkonċernati, li huwa dak li jiġi żgurat li d-drittijiet għall-pensjoni jiġu protetti b’mod sħiħ fil-każ ta’ falliment biss jekk dawn huma misluta minn skemi awtorizzati jew irreġistrati jew inkella rrikonoxxuti mill-awtoritajiet tat-taxxa kompetenti fl-Istat Membru fejn dawn ġew stabbiliti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-High Court of Justice (England &amp; Wales), Chancery Division (business and property courts, insolvency and companies list) (il-Qorti Għolja tal-Ġustizzja (Ingilterra u Wales), Sezzjoni tal-Ekwità (Qrati Kummerċjali u tal-Proprjetà, Reġistru tal-Insolvenzi u tal-Kumpanniji), ir-Renju Unit) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>1)</NO.P><TXT>Meta ċittadin ta’ Stat Membru jkun eżerċita d-drittijiet tiegħu skont l-Artikoli 21, 49 TFEU u d-Direttiva [2004/38] peress li jkun iċċaqlaq jew stabbilixxa ruħu fir-Renju Unit, huwa kompatibbli ma’ dawn id-dispożizzjonijiet li l-Artikolu 11 [tal-WRPA 1999] jissuġġetta l-esklużjoni, mill-massa fallimentari, tad-drittijiet għall-pensjoni [misluta minn] skema tal-irtirar, inklużi dawk stabbiliti u approvati għall-finijiet tat-taxxa fi Stat Membru ieħor, għall-fatt li, fil-mument tal-falliment, l-iskema tal-irtirar tkun irreġistrata skont l-Artikolu 153 [tal-Liġi tal-Finanzi tal-2004] jew stabbilita mill-Artikolu 2 [tar-Regolamenti 2/2002] u għalhekk tkun approvata għall-finijiet tat-taxxa fir-Renju Unit?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Sabiex tingħata risposta għall-[din id-]domanda, huwa rilevanti jew neċessarju:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>li jiġi ddeterminat jekk l-individwu jkunx stabbilixxa ruħu fir-Renju Unit sabiex, primarjament, jiddikjara l-falliment tiegħu fir-Renju Unit?</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="13"?><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>li jittieħdu inkunsiderazzjoni (i) il-protezzjonijiet li jistgħu jkunu disponibbli għall-persuna li tkun falliet fir-rigward ta’ skemi tal-irtirar li ma humiex approvati taħt l-Artikolu 12 tal-WRPA 1999 u li tittieħed inkunsiderazzjoni (ii) il-possibbiltà għall-amministraturi tal-falliment li jirkupraw ammonti fir-rigward ta’ arranġamenti tal-pensjoni approvati?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>li jittieħdu inkunsiderazzjoni r-rekwiżiti li huma suġġetti għalihom skemi tal-irtirar irreġistrati u approvati għall-finijiet tat-taxxa fir-Renju Unit?<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Osservazzjonijiet preliminari</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi osservat, fl-ewwel lok, li, hekk kif tosserva wkoll il-qorti tar-rinviju, il-Qorti tal-Ġustizzja għad għandha ġurisdizzjoni abbażi tal-Artikolu 86(2) tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="029" PAGE.FIRST="7" DATE.PUB="2020">ĠU 2020, L 29, p. 7</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>ftehim ta’ rtirar<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>), sabiex tagħti deċiżjoni preliminari dwar din it-talba peress li din tressqet qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ tranżizzjoni, jiġifieri l-perijodu li skada fil-<DATE ISO="20201231">31 ta’ Diċembru 2020</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Barra minn hekk, sa fejn huwa paċifiku li s-sur M huwa ċittadin tal-Unjoni minħabba n-nazzjonalità Irlandiża tiegħu, li eżerċita, konformement mad-dritt tal-Unjoni, id-dritt tiegħu li jirrisjedi fir-Renju Unit qabel tmiem l-imsemmija perijodu ta’ tranżizzjoni u li huwa għadu jirrisjedi hemmhekk wara dan il-perijodu, huwa intitolat li jibbenefika, abbażi tal-Artikolu 10(1)(a) tal-ftehim ta’ rtirar, mill-protezzjoni offruta minn dan il-ftehim.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Għalhekk, konformement mal-Artikolu 25(1) tal-ftehim ta’ rtirar, is-sur M, inkwantu ħaddiem għal rasu, għandu, fl-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>Istat ospitanti<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> tiegħu, jiġifieri r-Renju Unit, bla ħsara għal-limiti stabbiliti fl-Artikoli 51 u 52 TFUE, li huma irrilevanti fil-kuntest tal-kwistjoni fil-kawża prinċipali, b’mod partikolari, id-drittijiet iggarantiti mill-Artikolu 49 TFUE, fosthom <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0040" ID="QS0040"/>li jibdew u jwettqu attivitajiet bħala persuni li jaħdmu għal rashom<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, sa fejn il-qorti tar-rinviju titlob risposta għad-domandi tagħha fir-rigward tal-Artikoli 21 u 49 TFUE kif ukoll tal-Artikolu 24(1) tad-Direttiva 2004/38, għandu jiġi ddeterminat liema minn dawn id-dispożizzjonijiet huma applikabbli f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, l-Artikolu 21(1) TFUE, li jistipula b’mod ġenerali d-dritt, għal kull ċittadin tal-Unjoni, li jmur minn post għal ieħor u li joqgħod liberament fit-territorju tal-Istati Membri, jiġi espress speċifikament fl-Artikolu 45 TFUE dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema, fl-Artikolu 49 TFUE dwar il-libertà ta’ stabbiliment u fl-Artikolu 56 TFUE dwar il-libertà li jiġu pprovduti servizzi. Għaldaqstant, jekk il-kwistjoni fil-kawża prinċipali taqa’ taħt l-Artikolu 45 TFUE, l-Artikolu 49 TFUE jew l-Artikolu 56 TFUE, ma jkunx neċessarju li l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 21 TFUE (ara, f’dan is-sens, b’mod partikolari, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070911">11 ta’ Settembru 2007</DATE>, <NAME.CASE>Schwarz u Gootjes-Schwarz</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑76/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:492">EU:C:2007:492</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070911">11 ta’ Settembru 2007</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑318/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:495">EU:C:2007:495</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Barra minn hekk, konformement ma ġurisprudenza daqstant stabbilita, il-libertà ta’ stabbiliment taċ-ċittadini ta’ Stat Membru fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor tinkludi l-aċċess għall-attivitajiet bħala persuni li jaħdmu għal rashom u l-eżerċizzju tagħhom (sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060221">21 ta’ Frar 2006</DATE>, <NAME.CASE>Ritter-Coulais</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑152/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:123">EU:C:2006:123</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190314">14 ta’ Marzu 2019</DATE>, <NAME.CASE>Jacob u Lennertz</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑174/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:205">EU:C:2019:205</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Iċ-ċittadini ta’ Stat Membru għandhom, b’mod partikolari, id-dritt, li huma jisiltu direttament mit-Trattat FUE, li jitilqu mill-Istat Membru ta’ Oriġini tagħhom sabiex imorru fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor u jissoġġornaw hemmhekk sabiex jeżerċitaw attività ekonomika (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080401">1 ta’ April 2008</DATE>, <NAME.CASE>Gouvernement de la Communauté française et gouvernement wallon</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑212/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:178">EU:C:2008:178</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Issa, fid-dawl ta’ dawn il-prinċipji, għandu jiġi kkonstatat li l-kwistjoni fil-kawża prinċipali taqa’ mingħajr ebda dubju taħt l-Artikolu 49 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Fil-fatt, huwa paċifiku li, qabel ma ġie ddikjarat fallut fir-Renju Unit, is-sur M telaq mill-Irlanda, fejn huwa kien jeżerċita attività ekonomika għal rasu prinċipalment jekk mhux saħansitra esklużivament fis-suq Irlandiż, sabiex jinstalla ruħu b’mod permanenti fir-Renju Unit sabiex jeżerċita din l-istess attività fis-suq ta’ dan l-Istat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fil-kwistjoni fil-kawża prinċipali huma inkwistjoni drittijiet għall-pensjoni misluta mis-sur M minn skema ta’ pensjoni, li tirriżulta minn attività bħala persuna li taħdem għal rasha eżerċitata fl-Istat Membru ta’ oriġini tiegħu, qabel ma stabbilixxa ruħu fl-Istat Membru ospitanti (ara, b’analoġija, sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190314">14 ta’ Marzu 2019</DATE>, <NAME.CASE>Jacob u Lennertz</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑174/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:205">EU:C:2019:205</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li l-Artikolu 49 TFUE huwa b’mod ċar applikabbli għal fatti bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, b’tali mod li, konformement mal-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 61 ta’ din is-sentenza, ma huwiex neċessarju li l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 21 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>L-istess jgħodd f’dak li jirrigwarda l-Artikolu 24(1) tad-Direttiva 2004/38, li jirrifletti l-Artikolu 18 TFUE billi jissanċixxi l-prinċipju ġenerali ta’ nondiskriminazzjoni minħabba n-nazzjonalità, applikabbli għal kull ċittadin tal-Unjoni li jissoġġorna fit-territorju tal-Istat Membru ospitanti abbażi ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Fil-fatt, sa fejn, skont kliemu, l-Artikolu 24(1) tad-Direttiva 2004/38 japplika biss <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0041" ID="QS0041"/>[b]la ħsara għal disposizzjonijiet speċifiċi kif previsti b’mod ċar fit-Trattat u fil-liġi sekondarja<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/> din id-dispożizzjoni ma hijiex applikabbli b’mod awtonomu jekk tkun teżisti regola speċifika ta’ nondiskriminazzjoni prevista mit-Trattat FUE li tkun applikabbli għas-sitwazzjoni kkonċernata (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20201006">6 ta’ Ottubru 2020</DATE>, <NAME.CASE>Jobcenter Krefeld</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑181/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:794">EU:C:2020:794</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0078">78</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Issa, mill-ġurisprudenza jirriżulta li l-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni minħabba n-nazzjonalità jiġi implimentat permezz ta’ regola speċifika, b’mod partikolari, fil-qasam tal-moviment liberu tal-ħaddiema, permezz tal-Artikolu 45 TFUE, fil-qasam tal-libertà ta’ stabbiliment, permezz tal-Artikolu 49 TFUE, u fil-qasam tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi, permezz tal-Artikoli 56 sa 62 TFUE (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110524">24 ta’ Mejju 2011</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Lussemburgu</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑51/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:336">EU:C:2011:336</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0080">80</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190618">18 ta’ Ġunju 2019</DATE>, <NAME.CASE>L-Awstrija vs Il-Ġermanja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑591/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:504">EU:C:2019:504</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="15"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Is-sitwazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali taqa’ b’mod ċar taħt il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni minħabba n-nazzjonalità implimentat, fil-qasam tal-libertà ta’ stabbiliment, mir-regola speċifika li tinsab fl-Artikolu 49 TFUE, ma huwiex neċessarju li l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 24(1) tad-Direttiva 2004/38.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>Għaldaqstant, id-domandi preliminari, għandhom jiġu eżaminati fid-dawl biss tal-Artikolu 49 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>Għalhekk, hemm lok li jitqies li, permezz taż-żewġ domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 49 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni tad-dritt ta’ Stat Membru li tissuġġetta l-esklużjoni, bħala prinċipju integrali u awtomatika, mill-massa fallimentari ta’ drittijiet għall-pensjoni misluta minn skema ta’ pensjoni għar-rekwiżit li, fil-mument tal-falliment, l-iskema kkonċernata kienet awtorizzata għall-finijiet tat-taxxa f’dan l-Istat, meta dan ir-rekwiżit huwa impost f’sitwazzjoni fejn ċittadin tal-Unjoni li kien, qabel il-falliment tiegħu, eżerċita d-dritt tiegħu ta’ moviment liberu billi stabbilixxa ruħu, b’mod permanenti, f’dan l-istess Stat, sabiex hemmhekk jeżerċita attività ekonomika għal rasu, jislet drittijiet għall-pensjoni minn skema ta’ pensjoni stabbilita u awtorizzata għall-finijiet tat-taxxa fl-Istat Membru ta’ oriġini tiegħu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-eżistenza ta’ restrizzjoni għal-libertà ta’ stabbiliment</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar, hekk kif jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju, li l-każ inkwistjoni fil-kawża prinċipali jirrigwarda ċittadin Irlandiż, is-sur M, li fir-rigward tiegħu nfetħet proċedura ta’ falliment fir-Renju Unit konformement mal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 1346/2000 peress li hemmhekk huwa kien ittrasferixxa ruħu u ċ-ċentru tal-interessi prinċipali tiegħu wara li kien ittrasferixxa l-attivitajiet tiegħu fis-settur tal-proprjetà immobbli qabel ma ġie ddikjarat fallut.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi enfasizzat li l-fatt li, konformement mar-regola dwar il-liġi applikabbli prevista fl-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 1346/2000, l-Artikolu 11 tal-WRPA 1999 jimponi ruħu bħala regola li taqa’ taħt il-<HT TYPE="ITALIC">lex fori concursus</HT> bl-ebda mod ma jimplika li din id-dispożizzjoni hija eżentata minn stħarriġ fir-rigward tal-konformità tagħha mal-libertajiet fundamentali ggarantiti mit-Trattat FUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>Fil-fatt, għalkemm id-dritt sostantiv tal-insolvenza, peress li ma kienx is-suġġett ta’ armonizzazzjoni fuq livell tad-dritt tal-Unjoni, għadu sal-ġurnata tal-llum fil-parti l-kbira tiegħu taħt il-kompetenza tal-Istati Membri, madankollu dawn l-Istati huma obbligati li jeżerċitaw din il-kompetenza fl-osservanza tad-dritt tal-Unjoni, inklużi l-libertajiet fundamentali ggarantiti mit-Trattat FUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>Hekk kif tesponi l-qorti tar-rinviju, ir-regoli tad-dritt tar-Renju Unit fil-qasam tal-insolvenza li jirregolaw l-assi li huma s-suġġett tal-ispussessar essenzjalment jipprevedu żewġ tipi ta’ protezzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni tal-persuna li falliet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>L-ewwel protezzjoni, imsemmija <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0042" ID="QS0042"/>protezzjoni deheb<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/> mis-sur M <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, prevista fl-Artikolu 11 tal-WRPA 1999 għad-drittijiet misluta mill-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0043" ID="QS0043"/>iskemi ta’ pensjoni awtorizzati<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/> li minnhom jifformaw parti l-iskemi ta’ pensjoni rreġistrati abbażi tal-Artikolu 153 tal-Liġi tal-Finanzi tal-2004 u l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0044" ID="QS0044"/>iskemi ta’ pensjoni barranin li jissodisfaw il-kundizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/>, fis-sens tal-Artikolu 308A tal-ITEPA, hija protezzjoni kemm kompleta, sa fejn, bħala prinċipju,<?PAGE NO="16"?> id-drittijiet kollha għall-pensjoni huma esklużi mill-massa fallimentari, kif ukoll awtomatika, sa fejn il-persuna li tkun falliet għandha d-dritt għal tali esklużjoni meta r-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni fiskali jkunu ssodisfatti f’dak li jirrigwarda l-iskema kkonċernata, anki jekk, fil-kuntest tal-protezzjoni prevista fl-Artikolu 11 tal-WRPA 1999, minn naħa, il-kontribuzzjonijiet imsejħa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0045" ID="QS0045"/>eċċessivi<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/> jistgħu jiġu rkuprati mill-amministraturi għall-benefiċċju tal-massa fallimentari u, min-naħa l-oħra, il-ħlasijiet li jistgħu jitwettqu mill-amministratur tal-iskema mingħajr ma jiġi ġġenerat dejn fiskali huma limitati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, it-tieni protezzjoni, msejħa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0046" ID="QS0046"/>protezzjoni bronż<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/> mis-sur M <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, prevista fl-Artikolu 12 tal-WRPA 1999 għad-drittijiet misluta minn <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0047" ID="QS0047"/>skemi ta’ pensjoni mhux awtorizzati<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/>, hija protezzjoni kemm parzjali, sa fejn id-drittijiet għall-pensjoni jiġu esklużi mill-massa fallimentari biss sal-ammont tal-bżonnijiet ġejjiena tal-persuna li tkun falliet u tal-familja tagħha, kif ukoll diskrezzjonali, sa fejn il-benefiċċju ta’ din l-esklużjoni għandu jintalab mill-persuna li tkun falliet u jingħata jew mill-amministratur tal-falliment jew permezz ta’ digriet ta’ esklużjoni maħruġ minn qorti li għandha setgħa diskrezzjonali f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda l-kwistjoni ta’ jekk, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, l-Artikolu 11 tal-WRPA 1999, billi jirrifjuta l-esklużjoni ta’ drittijiet għall-pensjoni mill-massa fallimentari hekk kif previst f’din id-dispożizzjoni jammontax għal restrizzjoni tal-libertà ta’ stabbiliment sanċita fl-Artikolu 49 TFUE, għandu jiġi osservat li dan l-artikolu jiżgura l-benefiċċju tat-trattament nazzjonali liċ-ċittadini ta’ Stat Membru li jixtiequ jeżerċitaw attività bħala persuna li taħdem għal rasha fi Stat Membru ieħor u jipprojbixxi kull diskriminazzjoni bbażata fuq in-nazzjonalità, billi jostakola l-aċċess jew l-eżerċizzju ta’ tali attività. Għalhekk, kull tfixkil għall-attivitajiet bħala persuni li jaħdmu għal rashom ta’ ċittadini ta’ Stati Membri oħra li tikkonsisti fi trattament iddifferenzjat taċ-ċittadini ta’ Stati Membri oħra meta mqabbla maċ-ċittadini nazzjonali, previst minn liġi, regolament jew dispożizzjoni amministrattiva ta’ Stat Membru jew li jirriżulta mill-applikazzjoni ta’ tali liġi, regolament jew dispożizzjoni amministrattiva jew ta’ prattiċi amministrattiva, huwa pprojbit (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19990608">8 ta’ Ġunju 1999</DATE>, <NAME.CASE>Meeusen</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑337/97</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1999:284">EU:C:1999:284</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li hija ġurisprudenza stabbilita li r-regola tal-ugwaljanza fit-trattament li tinsab kemm fl-Artikolu 45 TFUE kif ukoll fl-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 492/2011 tipprojbixxi mhux biss id-diskriminazzjoni diretta, ibbażata fuq in-nazzjonalità, iżda wkoll il-forom kollha ta’ diskriminazzjoni indiretta li, bl-applikazzjoni ta’ kriterji oħra ta’ distinzjoni, iwasslu fil-fatt għall-istess riżultat (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191010">10 ta’ Ottubru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Krah</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑703/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:850">EU:C:2019:850</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat li dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali, minkejja li applikabbli mingħajr distinzjoni għall-ħaddiema kollha, irrispettivament min-nazzjonalità tagħhom, għandha titqies li hija indirettament diskriminatorja meta, min-natura tagħha stess, tista’ taffettwa iktar il-ħaddiema ċittadini ta’ Stati Membri oħra milli l-ħaddiema nazzjonali u meta konsegwentement hija tirriskja li tisfavorixxi b’mod iktar partikolari lil dawn tal-ewwel, sakemm din ma tkunx oġġettivament iġġustifikata u proporzjonata mal-għan imfittex (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191010">10 ta’ Ottubru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Krah</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑703/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:850">EU:C:2019:850</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>Sabiex dispożizzjoni nazzjonali tkun tista’ tiġi kklassifikata bħala indirettament diskriminatorja, ma huwiex neċessarju li jkollha l-effett li tiffavorixxi liċ-ċittadini nazzjonali kollha jew li tisfavorixxi biss liċ-ċittadini ta’ Stati Membri oħra bl-esklużjoni taċ-ċittadini nazzjonali (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131205">5 ta’ Diċembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Zentralbetriebsrat der gemeinnützigen Salzburger Landeskliniken</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑514/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:799">EU:C:2013:799</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="17"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84</NO.P><TXT>Lanqas ma huwa neċessarju, f’dan ir-rigward, li jiġi stabbilit li d-dispożizzjoni nazzjonali inkwistjoni taffettwa, fil-prattika, proporzjon sostanzjalment ikbar ta’ ħaddiema migranti. Huwa biżżejjed li jiġi kkonstatat li din id-dispożizzjoni tista’ tipproduċi tali effett (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141218">18 ta’ Diċembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Larcher</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑523/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2458">EU:C:2014:2458</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; ara wkoll, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200402">2 ta’ April 2020</DATE>, <NAME.CASE>PF <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑830/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:275">EU:C:2020:275</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85</NO.P><TXT>Għalkemm il-prinċipji sanċiti fil-ġurisprudenza mfakkra fil-punti 80 sa 84 ta’ din is-sentenza, li hija l-qofol tal-argumenti magħmula mis-sur M u li hija, essenzjalment, meqjusa rilevanti mill-qorti tar-rinviju fil-kuntest tal-evalwazzjoni proviżorja tagħha tal-kwistjoni fil-kawża prinċipali, ġew ċertament żviluppati wara, b’mod partikolari, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19960523">23 ta’ Mejju 1996</DATE>, <NAME.CASE>O’Flynn</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑237/94</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1996:206">EU:C:1996:206</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), fil-kuntest speċifiku tar-regola tal-ugwaljanza fit-trattament prevista kemm fl-Artikolu 45 TFUE kif ukoll fl-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 492/2011, dawn ma japplikawx biss għall-ħaddiema migranti impjegati iżda dawn japplikaw ukoll, <HT TYPE="ITALIC">mutatis mutandis</HT>, fil-kuntest tal-Artikolu 49 TFUE, għall-ħaddiema migranti li jaħdmu għal rashom, bħal ma huwa s-sur M (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190314">14 ta’ Marzu 2019</DATE>, <NAME.CASE>Jacob u Lennertz</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑174/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:205">EU:C:2019:205</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86</NO.P><TXT>Fil-fatt, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, id-dispożizzjonijiet kollha tat-Trattat dwar il-moviment liberu tal-persuni għandhom l-għan li jiffaċilitaw, għaċ-ċittadini tal-Istati Membri, l-eżerċizzju ta’ attivitajiet professjonali ta’ kull natura fit-territorju tal-Unjoni u jipprekludu miżuri li jistgħu jiżvantaġġjaw lil dawn iċ-ċittadini meta jkunu jixtiequ jeżerċitaw attività ekonomika fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor (sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060221">21 ta’ Frar 2006</DATE>, <NAME.CASE>Ritter-Coulais</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑152/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:123">EU:C:2006:123</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080401">1 ta’ April 2008</DATE>, <NAME.CASE>Gouvernement de la Communauté française et gouvernement wallon</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑212/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:178">EU:C:2008:178</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-prinċipji sanċiti fil-ġurisprudenza mfakkra fil-punti 80 sa 84 ta’ din is-sentenza, għandu jiġi kkonstatat, hekk kif tagħmel, essenzjalment, il-qorti tar-rinviju, li, għalkemm l-esklużjoni mill-benefiċċju tal-Artikolu 11 tal-WRPA 1999 tapplika mingħajr distinzjoni għall-ħaddiema migranti u għall-ħaddiema nazzjonali, din id-dispożizzjoni, minħabba n-natura stess tagħha u, b’mod partikolari, minħabba li ma tippermettix li tintalab l-awtorizzazzjoni ta’ skema ta’ pensjoni barranija wara l-falliment, fatt li għandu jiġi vverifikat mil-qorti tar-rinviju, tista’ taffettwa, fil-prattika, proporzjon sostanzjalment ikbar ta’ ħaddiema migranti milli ta’ ħaddiema nazzjonali u konsegwentement hija tirriskja li tisfavorixxi b’mod iktar partikolari lil dawn tal-ewwel, b’tali mod li din id-dispożizzjoni nazzjonali għandha titqies bħala li hija indirettament diskriminatorja, sakemm din ma hijiex oġġettivament iġġustifikata u proporzjonali mal-għan imfittex minnha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88</NO.P><TXT>Fil-fatt, hekk kif tesponi l-qorti tar-rinviju, il-ħaddiema nazzjonali li jaħdmu għal-rashom għandhom jibbenefikaw, bħala regola ġenerali, mill-protezzjoni prevista fl-Artikolu 11 tal-WRPA 1999 f’dak li jirrigwarda d-drittijiet tagħhom għall-pensjoni misluta minn skemi ta’ pensjoni stabbiliti u akkumulati fir-Renju Unit peress li, ta’ sikwit, minħabba l-vantaġġi fiskali li jirriżultaw abbażi tad-dritt fiskali tar-Renju Unit, dawn l-iskemi jkunu rreġistrati abbażi tal-Artikolu 153 tal-Liġi tal-Finanzi tal-2004 u, għaldaqstant, ikunu awtorizzati għall-finijiet tat-taxxa fir-Renju Unit.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, il-ħaddiema migranti li jaħdmu għal rashom ikollhom, fil-parti l-kbira tal-każijiet, drittijiet għall-pensjoni misluta minn skemi ta’ pensjoni stabbiliti u awtorizzati għall-finijiet tat-taxxa fl-Istat Membru ta’ oriġini tagħhom jew fi Stat Membru ieħor fejn huma kienu ekonomikament attivi, li ma jkunux, bħala regola ġenerali, awtorizzati għall-finijiet<?PAGE NO="18"?> tat-taxxa fir-Renju Unit, b’tali mod li, anki fid-dawl tal-fatt li ma huwiex possibbli li titressaq talba għal awtorizzazzjoni wara l-falliment għal dawn l-istess skemi, fatt li għandu jiġi vverifikat mil-qorti tar-rinviju, id-drittijiet għall-pensjoni misluta minn dawn l-iskemi jibbenefikaw, ta’ sikwit, biss mill-protezzjoni prevista fl-Artikolu 12 tal-WRPA 1999 għall-Iskemi ta’ pensjoni mhux awtorizzati, li hija nettament iktar limitata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, l-amministraturi ta’ tali skemi ta’ pensjoni barranin ma jibdewx, bħala regola ġenerali, il-proċessi neċessarji, anki jekk dawn ma humiex, bħala tali, diffiċli li jitwettqu, sabiex dawn l-iskemi jkunu barra minn hekk awtorizzati fir-Renju Unit sabiex iservu l-bżonnijiet individwali ta’ wħud mill-benefiċjarji tagħhom permezz tar-reġistrazzjoni tal-iskema kkonċernata abbażi tal-Artikolu 153 tal-Liġi tal-Finanzi tal-2004 jew tal-issodisfar tar-rekwiżiti sabiex dawn ikunu jikkostitwixxu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0048" ID="QS0048"/>skemi ta’ pensjoni li jissodisfaw il-kundizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/>, fis-sens tal-Artikolu 308A tal-ITEPA.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tindika madankollu li reġistrazzjoni, abbażi tal-Artikolu 153 tal-Liġi tal-Finanzi tal-2004, ta’ skemi ta’ pensjoni barranin bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali hija, bħala prinċipju, possibbli iżda tikkostitwixxi proċess li x’aktarx iġib miegħu konsegwenzi sostanzjali peress li din tagħti lok għal ċerti żvantaġġi, relatati, mal-limitazzjoni tal-ħlasijiet li jistgħu jitwettqu mill-iskema mingħajr ma jiġi ġġenerat dejn fiskali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92</NO.P><TXT>Dik il-qorti tosserva wkoll li għalkemm, fil-prattika, ir-rekwiżiti sabiex tali skemi ta’ pensjoni barranin jiġu awtorizzati bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0049" ID="QS0049"/>skema ta’ pensjoni li tissodisfa l-kundizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/>, fis-sens tal-Artikolu 308A tal-ITEPA, ma jimplikawx l-osservanza ta’ rekwiżiti partikolarment ħorox, madankollu ma hemmx, b’mod ġenerali, wisq interess għall-amministraturi ta’ dawn l-iskemi li jibdew il-proċessi neċessarji sabiex din r-rekwiżiti ħlief, li ma huwiex il-każ fil-każ inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn ikun ippjanat li jitħallsu kontribuzzjonijiet fl-iskema minn jew f’isem benefiċjarji li stabbilixxew ruħhom fir-Renju Unit.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi konkluż li l-Artikolu 11 tal-WRPA 1999, sa fejn dan jissuġġetta l-benefiċċju tal-esklużjoni, bħala prinċipju integrali u awtomatika, ta’ drittijiet għall-pensjoni mill-massa fallimentari għar-rekwiżit tal-ksib minn qabel ta’ awtorizzazzjoni għall-finijiet tat-taxxa tal-skema ta’ pensjoni li minnha jinsiltu dawn id-drittijiet, inkluż meta inkwistjoni jkun hemm, bħal fil-każ inkwistjoni fil-kawża prinċipali, skema ta’ pensjoni stabbilita u diġà awtorizzata fl-Istat Membru ta’ oriġini taċ-ċittadin tal-Unjoni kkonċernat qabel ma stabbilixxa ruħu b’mod permanenti fir-Renju Unit, imur kontra r-regola tal-ugwaljanza fit-trattament prevista fl-Artikolu 49 TFUE u, għaldaqstant, jikkostitwixxi ostakolu għal-libertà ta’ stabbiliment ipprojbit minn din id-dispożizzjoni, ħlief jekk dan l-ostakolu huwa ġġustifikat fid-dawl tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni ma hijiex ikkonfutata mill-argumenti magħmula mill-amministraturi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, għandu jiġi miċħud l-argument ibbażat, essenzjalment, fuq il-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja u, b’mod partikolari fuq il-punti 24 u 25 tas-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20000127">27 ta’ Jannar 2000</DATE>, <NAME.CASE>Graf</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑190/98</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2000:49">EU:C:2000:49</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li jgħid li ma jistax jiġi sostnut li l-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali x’aktarx li tiddiswadi lil ħaddiem għal rasu milli juża l-libertà tiegħu ta’ stabbiliment sa fejn, fil-każ ta’ falliment ieħor fl-Istat Membru ospitanti, ikun hemm ir-riskju li d-drittijiet tiegħu għall-pensjoni ma jibbenefikawx minn protezzjoni xierqa peress li, fil-mument tal-eżerċizzju ta’ din il-libertà, il-falliment ikun avveniment fil-ġejjieni u ipotetiku li għandu jitqies bħala ċirkustanza wisq inċerta u indiretta fis-sens ta’ din il-ġurisprudenza.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="19"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-protezzjoni xierqa, fil-każ ta’ falliment, ta’ drittijiet għall-pensjoni akkumulati fl-Istat Membru ta’ oriġini minn ċittadin tal-Unjoni hija fattur li jista’ jittieħed inkunsiderazzjoni minn dan iċ-ċittadin fil-mument tat-teħid tad-deċiżjoni li jiċċaqlaq lejn Stat Membru ieħor sabiex hemmhekk jeżerċita attività professjonali b’mod permanenti, speċjalment jekk dan iċ-ċittadin diġà akkumula drittijiet għal pensjoni fl-Istat Membru ta’ oriġini tiegħu jew fi Stat Membru ieħor fejn kien ekonomikament attiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0097"><NO.P>97</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-falliment ta’ ħaddiem migrant ekonomikament attiv u li jaħdem għal rasu, għalkemm jikkostitwixxi, bħala regola ġenerali, avveniment fil-ġejjieni u ipotetiku fil-mument ta’ meta dan il-ħaddiem jeżerċita d-dritt tiegħu ta’ moviment liberu, ma jistax jitqies bħala li jikkostitwixxi ċirkustanza wisq inċerta u indiretta, sabiex jiġi eskluż li l-miżura nazzjonali inkwistjoni hija ta’ natura li tostakola l-libertà ta’ stabbiliment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0098"><NO.P>98</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, lanqas ma jista’ jiġi aċċettat l-argument li jgħid li persuna li tiċċaqlaq volontarjament lejn Stat Membru ieħor sabiex hemmhekk hija tiddikjara l-falliment tagħha jew meta tkun konxja mill-falliment probabbli tagħha f’dan l-Istat ma tkunx tista’, fl-ebda każ, tiġi awtorizzata tikkontesta s-sistema ta’ insolvenza ta’ dan l-Istat Membru li tikkostitwixxi l-<HT TYPE="ITALIC">lex fori concursus</HT>, abbażi ta’ libertà fundamentali ggarantita mit-Trattat FUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0099"><NO.P>99</NO.P><TXT>Fil-fatt, anki jekk jitqies li s-sur M, billi stabbilixxa ruħu fir-Renju Unit, kellu l-intenzjoni li hemmhekk jiddikjara l-falliment tiegħu sabiex, b’mod partikolari jew prinċipalment, ikun jista’ jibbenefika minn ċerti vantaġġi mogħtija mid-dritt tar-Renju Unit dwar l-insolvenza, bħal ma huwa t-terminu relattivament qasir ta’ tnax-il xahar li warajh il-persuna li tkun falliet hija bħala prinċipju lliberata mill-falliment, filwaqt li dan it-terminu kien, skont l-amministraturi, ta’ tnax-il sena fl-Irlanda, għandu neċessarjament jiġi kkonstatat li l-proċess li jinstab quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja ma jinkludi ebda element li jippermetti li tiġi konkluża l-eżistenza, f’moħħ is-sur M, ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0050" ID="QS0050"/>abbuż ta’ dritt<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/> jew ta‘ xi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0051" ID="QS0051"/>frodi<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/>, fis-sens tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19990309">9 ta’ Marzu 1999</DATE>, <NAME.CASE>Centros</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑212/97</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1999:126">EU:C:1999:126</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0100"><NO.P>100</NO.P><TXT>Issa, huwa paċifiku li s-sur M kien, qabel il-falliment tiegħu, effettivament ċaqlaq iċ-ċentru prinċipali tal-interessi tiegħu mill-Irlanda lejn ir-Renju Unit u b’dan il-mod assuma l-konsegwenzi kollha ta’ tali għażla, inkluż l-issuġġettar għal-leġiżlazzjoni fiskali ta’ dan il-pajjiż, u dan kellu bħala konsegwenza li l-qrati tar-Renju Unit ikunu kompetenti biex jiftħu l-proċedura ta’ insolvenza fil-konfront tiegħu konformement mal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 1346/2000, b’tali mod li huwa lanqas ma jista’ jiġi kkritikat li wettaq <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0052" ID="QS0052"/>forum shopping<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0101"><NO.P>101</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, skont l-amministraturi, is-sur M ma jistax, billi jinvoka libertà fundamentali, iwettaq <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0053" ID="QS0053"/>cherry picking<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/>, li jippermettilu li joħloq sistema ta’ insolvenza <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0054" ID="QS0054"/>à la carte<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/> billi jagħżel l-elementi tas-sistema ta’ insolvenza previsti mid-dritt tar-Renju Unit li huma favorevoli għalih u billi jirrifjuta dawk li ma humiex favorevoli għalih sa fejn tali approċċ ikun ta’ ħsara għall-effett utli tar-Regolament Nru 1346/2000.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0102"><NO.P>102</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, b’żieda ma dak li diġà ġie espost fil-punti 75 u 76 ta’ din is-sentenza, għandu jiġi osservat li, għalkemm l-Artikolu 11 tal-WRPA 1999 jifforma parti minn grupp iktar wiesa’ ta’ regoli tar-Renju Unit dwar l-insolvenza, li wħud minnhom huma iktar favorevoli minn oħrajn għall-persuna li tkun falliet, din id-dispożizzjoni għandha, sa fejn hija tipprevedi skema ta’ protezzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni misluta minn skemi ta’ pensjoni awtorizzati li huma nettament iktar vantaġġużi, għall-persuna li tkun falliet, mill-iskema prevista fl-Artikolu 12 tal-WRPA 1999 applikabbli għad-drittijiet għall-pensjoni misluta minn skemi ta’ pensjoni mhux awtorizzati, tkun konformi bħala tali mal-libertajiet fundamentali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="20"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0103"><NO.P>103</NO.P><TXT>Fir-raba’ lok, għandu jiġi miċħud ukoll l-argument li jgħid li l-Artikolu 11 tal-WRPA 1999 ma jaqax taħt l-Artikolu 49 TFUE peress li l-imsemmi Artikolu 11 japplika biss wara li tkun ġiet eżerċitata l-libertà ta’ stabbiliment, jiġifieri fil-mument tal-falliment tal-ħaddiem migrant. Barra minn hekk, il-possibbiltà tal-eżistenza ta’ ostakolu ma tistax titqiegħed f’dubju minħabba s-sempliċi fatt li, milli jidher, l-imsemmi Artikolu 11, effettivament, ma kellux effett dissważiv fuq is-sur M peress li dan tal-aħħar stabbilixxa ruħu fir-Renju Unit minkejja dan l-istess artikolu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0104"><NO.P>104</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li l-impossibbiltà li ħaddiem migrant iressaq, wara l-falliment, talba għall-finijiet li jibbenefika, f’dak li jirrigwarda d-drittijiet tiegħu għall-pensjoni li jirriżultaw minn skema ta’ pensjoni awtorizzata fl-Istat Membru ta’ oriġini tiegħu jew fi Stat Membru ieħor li fih huwa kien ekonomikament attiv, mill-esklużjoni, bħala prinċipju integrali u awtomatika, mill-massa fallimentari, hekk kif prevista fl-Artikolu 11 tal-WRPA 1999, tista’, <HT TYPE="ITALIC">prima facie</HT>, tirrendi inqas attraenti l-eżerċizzju minn tali ħaddiem migrant tal-libertà tiegħu ta’ stabbiliment billi jistabbilixxi ruħu b’mod permanenti fir-Renju Unit, mingħajr ma jkun neċessarju li jiġi eżaminat jekk, fis-sitwazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali, is-sur M, effettivament, ġiex jew ma ġiex disważ milli jistabbilixxi ruħu fir-Renju Unit minħabba l-eżistenza ta’ din il-leġiżlazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0105"><NO.P>105</NO.P><TXT>Iktar minn hekk, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-artikoli tat-Trattat dwar il-moviment liberu tal-merkanzija, tal-persuni, tas-servizzi u tal-kapitali jikkostitwixxu dispożizzjonijiet fundamentali għall-Unjoni u li kull ostakolu, anki ta’ importanza minuri, għal din il-libertà huwa pprojbit (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131205">5 ta’ Diċembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Zentralbetriebsrat der gemeinnützigen Salzburger Landeskliniken</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑514/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:799">EU:C:2013:799</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-eżistenza ta’ ġustifikazzjoni tar-restrizzjoni għall-libertà ta’ stabbiliment</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0106"><NO.P>106</NO.P><TXT>Hekk kif jissemma fil-punt 93 ta’ din is-sentenza, l-Artikolu 11 tal-WRPA 1999, sa fejn dan jissuġġetta l-benefiċċju tal-esklużjoni, bħala prinċipju integrali u awtomatika, ta’ drittijiet għall-pensjoni mill-massa fallimentari għar-rekwiżit tal-ksib minn qabel ta’ awtorizzazzjoni għall-finijiet tat-taxxa tal-iskema ta’ pensjoni li minnha jinsiltu dawn id-drittijiet, anki meta inkwistjoni jkun hemm, bħal fil-każ inkwistjoni fil-kawża prinċipali, skema ta’ pensjoni stabbilita u diġà awtorizzata fl-Istat Membru ta’ oriġini taċ-ċittadin tal-Unjoni kkonċernat, imur kontra r-regola tal-ugwaljanza fit-trattament stabbilita fl-Artikolu 49 TFUE u, għalhekk, jikkostitwixxi ostakolu għal-libertà ta’ stabbiliment ipprojbit minn din id-dispożizzjoni, ħlief jekk tali ostakolu huwa ġġustifikat fid-dawl tad-dritt tal-Unjoni, fatt li għandu, għaldaqstant, jiġi eżaminat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0107"><NO.P>107</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li minn ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li restrizzjoni għal libertà fundamentali ggarantita mit-Trattat FUE tista’ tiġi aċċettata biss bil-kundizzjoni li l-miżura nazzjonali inkwistjoni tkun tissodisfa raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali, li tkun xierqa sabiex tiggarantixxi t-twettiq tal-għan li hija tkun trid tilħaq u li ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex dan l-għan jintlaħaq (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210203">3 ta’ Frar 2021</DATE>, <NAME.CASE>Fussl Modestraße Mayr</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑555/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:89">EU:C:2021:89</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0108"><NO.P>108</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-Artikolu 11 tal-WRPA 1999 jikkostitwixxi restrizzjoni għall-libertà ta’ stabbiliment minħabba li min-natura tiegħu jiddiskrimina indirettament minħabba n-nazzjonalità, sa fejn tali restrizzjoni hija aċċettata biss jekk tkunx oġġettivament iġġustifikata u proporzjonata mal-għan imfittex (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191010">10 ta’ Ottubru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Krah</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑703/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:850">EU:C:2019:850</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="21"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0109"><NO.P>109</NO.P><TXT>Madankollu, l-eżami tan-natura oġġettivament iġġustifikata tar-restrizzjoni inkwistjoni jikkorrispondi, essenzjalment, għal dak relatat ma eventwali ġustifikazzjoni abbażi ta’ raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali, minn dan isegwi li dawn iż-żewġ eżamijiet għandhom isiru bl-istess mod (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210203">3 ta’ Frar 2021</DATE>, <NAME.CASE>Fussl Modestraße Mayr</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑555/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:89">EU:C:2021:89</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0105">105</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-eżistenza ta’ raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali li tista’ tiġġustifika ir-restrizzjoni għal-libertà ta’ stabbiliment</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0110"><NO.P>110</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi kkonstatat li l-Gvern tar-Renju Unit ma ppreżentax osservazzjonijiet bil-miktub fil-kuntest ta’ din il-proċedura u li mil-linji gwida tad-dipartiment tal-insolvenza jirriżulta li, skont dan il-korp pubbliku tar-Renju Unit, jeżisti obbligu ta’ ugwaljanza fit-trattament tal-iskemi ta’ pensjoni rikonoxxuti jew awtorizzati fl-Istati Membri, b’tali mod li d-drittijiet misluta minn dawn l-iskemi għandhom ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-esklużjoni mill-massa fallimentari prevista fl-Artikolu 11 tal-WRPA 1999, u dan jagħti l-wieħed x’jifhem, hekk kif isostni s-sur M, li, skont l-evalwazzjoni ta’ dan id-dipartiment, l-inugwaljanza fit-trattament inkwistjoni ma tistax tiġi ġġustifikata fid-dawl ta’ raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0111"><NO.P>111</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għalkemm, fid-deċiżjoni tar-rinviju, il-qorti tar-rinviju ma tanalizzax b’mod speċifiku eventwali ġustifikazzjoni tar-restrizzjoni inkwistjoni fid-dawl ta’ raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali, dik il-qorti tosserva, f’dak li jirrigwarda l-għan tal-Artikolu 11 tal-WRPA 1999, li d-drittijiet għall-pensjoni huma kkonċepiti u l-vantaġġ fiskali relatat magħhom jingħata sabiex l-individwi jingħataw sostenn finanzjarju fil-kuntest tal-irtirar futur tagħhom u mhux sabiex il-kredituri jkunu protetti fil-każ li l-individwi jfallu qabel ma jirtiraw u li, ħlief fil-każ ta’ kontribuzzjonijiet imsejħa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0055" ID="QS0055"/>eċċessivi<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/>, dawn id-drittijiet huma esklużi mill-massa fallimentari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0112"><NO.P>112</NO.P><TXT>Meqjus dan l-għan, il-Kummissjoni Ewropea ssostni, essenzjalment, li jista’ jittieħed inkunsiderazzjoni bħala raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali l-għan ta’ politika soċjali marbut mal-garanzija, għall-persuna li tkun falliet, ta’ ċertu livell ta’ drittijiet għall-pensjoni sabiex din ikun jista’ jkollha dħul xieraq u għalhekk tevita li ssir ta’ piż fuq l-Istat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0113"><NO.P>113</NO.P><TXT>Jekk, bla ħsara għal verifika minn naħa tal-qorti tar-rinviju, tali raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali tista’ tiġi aċċettata, jidher li din għandha tkun ippreċiżata fid-dawl tal-għan speċifiku tal-Artikolu 11 tal-WRPA 1999 bħala li hija intiża li tiżgura bilanċ ġust bejn protezzjoni xierqa tal-interessi tal-persuna li tkun falliet u l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-kredituri tal-persuna li tkun falliet relatati mal-irkupru, minn tal-inqas parzjali, tal-kreditu tagħhom fil-massa fallimentari.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-proporzjonalità tar-restrizzjoni għal-libertà ta’ stabbiliment</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0114"><NO.P>114</NO.P><TXT>Għalkemm l-għan ta’ protezzjoni bbilanċjata tal-interessi neċessarjament kunfliġġenti tal-persuna li tkun falliet u tal-kredituri tagħha fir-rigward tad-drittijiet għall-pensjoni tal-persuna li tkun falliet imfittex mill-Artikolu 11 tal-WRPA 1999 jista’ jikkostitwixxi raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali, xorta jibqa’ l-fatt, hekk kif diġà ġie mfakkar fil-punt 107 ta’ din is-sentenza, li r-restrizzjoni għal-libertà ta’ stabbiliment li tinvolvi din id-dispożizzjoni nazzjonali tista’ tkun iġġustifikata, li din tkun xierqa li tiggarantixxi t-twettiq tal-għan imfittex minnha u li ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex dan l-għan jintlaħaq.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="22"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0115"><NO.P>115</NO.P><TXT>Tqum, b’mod partikolari, il-kwistjoni ta’ jekk ir-restrizzjoni għall-libertà ta’ stabbiliment li jinvolvi l-Artikolu 11 tal-WRPA 1999 hijiex xierqa sabiex tiggarantixxi t-twettiq tal-għan imfittex minnha u ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex dan l-għan jintlaħaq, sa fejn din id-dispożizzjoni tillimita l-benefiċċju tal-esklużjoni, bħala prinċipju integrali u awtomatika, mill-massa fallimentari li hija tipprevedi biss għad-drittijiet għall-pensjoni li joriġinaw minn skemi ta’ pensjoni awtorizzati għall-finijiet tat-taxxa fir-Renju Unit bl-esklużjoni, b’mod partikolari, tad-drittijiet għall-pensjoni misluta minn skemi ta’ pensjoni li ma ġewx awtorizzati għall-finijiet tat-taxxa fir-Renju Unit iżda fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni, bħal ma huwa l-Istat Membru ta’ oriġini tal-ħaddiem migrant li d-drittijiet għall-pensjoni tiegħu huma inkwistjoni, li huma s-suġġett ta’ esklużjoni parzjali u diskrezzjonali mill-massa fallimentari abbażi tal-Artikolu 12 tal-WRPA 1999.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0116"><NO.P>116</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa jekk, f’dak li jirrigwarda skemi ta’ pensjoni diġà awtorizzati għall-finijiet tat-taxxa fi Stat Membru tal-Unjoni u mhux fir-Renju Unit, ir-rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni addizzjonali u minn qabel tal-falliment ta’ tali skemi ta’ pensjoni mill-awtoritajiet tat-taxxa tar-Renju Unit bħala kundizzjoni li għandha tiġi ssodisfatta sabiex id-drittijiet għall-pensjoni inkwistjoni jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-esklużjoni prevista fl-Artikolu 11 tal-WRPA 1999 huwiex proporzjonali għal-għan imfittex minn din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0117"><NO.P>117</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, għandu jiġi indikat li, jekk tali rekwiżit ikun intiż li jillimita l-esklużjoni mill-massa fallimentari tad-drittijiet misluta minn skemi ta’ pensjoni li huma rregolati u suġġetti għal superviżjoni, dan’ x’aktarx ikun imur lil hinn minn dak li huwa neċessarju sa fejn l-effett tiegħu jkun li mill-benefiċċju tal-esklużjoni jiġu esklużi d-drittijiet għall-pensjoni misluta minn skemi ta’ pensjoni awtorizzati għall-finijiet tat-taxxa fi Stat Membru u mhux fir-Renju Unit sa fejn dawn l-iskemi huma wkoll irregolati u suġġetti għal superviżjoni, anki jekk, eventwalment, b’mod differenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0118"><NO.P>118</NO.P><TXT>Barra minn hekk, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa jekk teżistix relazzjoni bejn ir-regoli fiskali dwar ir-regoli u s-superviżjoni tal-iskemi ta’ pensjoni u l-għan tad-dispożizzjoni nazzjonali inkwistjoni li donnu huwa dak li jiġi żgurat, fi proċedura ta’ insolvenza, bilanċ ġust bejn l-interessi tal-persuna li tkun falliet marbuta mal-esklużjoni ta’ dawn id-drittijiet għall-pensjoni mill-massa fallimentari u dawk tal-kredituri marbuta ma inklużjoni massima ta’ dawn id-drittijiet fil-massa fallimentari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0119"><NO.P>119</NO.P><TXT>Fil-fatt, ir-rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni fiskali ta’ skema ta’ pensjoni bħala rekwiżit sabiex wieħed ikun jista’ jibbenefika minn ċerti vantaġġi fiskali marbutin mal-kontribuzzjonijiet għal tali skema u mal-benefiċċji mħallsa minnha jidher li ma għandu ebda rabta mal-impożizzjoni ta’ dan l-istess rekwiżit barra minn kull kuntest fiskali bħala kundizzjoni sabiex jinkiseb il-benefiċċju tal-esklużjoni, bħala prinċipju integrali u awtomatika, mill-massa fallimentari prevista fl-Artikolu 11 tal-WRPA 1999, b’mod partikolari jekk, bħal ma huwa l-każ fis-sitwazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali, il-persuna li tkun falliet ma tinvoka ebda wieħed minn dawn il-vantaġġi fiskali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0120"><NO.P>120</NO.P><TXT>Fi kliem ieħor, għalkemm, fil-kuntest tal-fiskalità, rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni ta’ skema ta’ pensjoni jista’ jkun iġġustifikat sabiex ikunu jistgħu jiġu limitati u kontrollati l-vantaġġi fiskali relatati magħha, tali loġika tista’ tkun assenti meta tali rekwiżit jiġi impost fil-kuntest speċifiku tal-insolvenza, b’mod partikolari, fid-dawl tar-regoli li jiddeterminaw l-assi li huma s-suġġett tal-ispussessar.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="23"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0121"><NO.P>121</NO.P><TXT>Barra minn hekk, jekk, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju, l-għan ta’ dan ir-rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni għall-finijiet tat-taxxa kien li jiġi ggarantit li l-iskema ta’ pensjoni li minnha l-persuna li tkun falliet tislet id-drittijiet tagħha hija skema li hija s-suġġett ta’ ċerta pubbliċità, b’tali mod li dawn id-drittijiet ma jiġux sotratti b’mod abbużiv mill-kredituri tal-persuna falluta, l-imsemmija dispożizzjoni tkun tmur lil hinn minn dak li huwa neċessarju jekk jiġi kkonfermat li, hekk kif issostni l-Kummissjoni, id-dritt tar-Renju Unit dwar l-insolvenza jipprevedi li, fil-kuntest tal-ftuħ tal-proċedura ta’ insolvenza, il-persuna li tkun falliet hija obbligata li tiddikjara mal-amministraturi l-attivi kollha tagħha inklużi d-drittijiet għall-pensjoni li hija tista’ tislet minn skema ta’ pensjoni barranija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0122"><NO.P>122</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għalkemm, hekk kif isostnu l-amministraturi, l-għan tal-impożizzjoni ta’ obbligu ta’ awtorizzazzjoni fir-Renju Unit minn qabel il-falliment ta’ skema ta’ pensjoni barranija diġà awtorizzata fi Stat Membru kien li jippermetti li l-awtoritajiet tat-taxxa Brittanniċi jivverifikaw jekk l-iskema ta’ pensjoni inkwistjoni hijiex tabilħaqq skema ta’ pensjoni barranija li ġiet effettivament awtorizzata, tali obbligu x’aktarx li jmur lil hinn minn dak li huwa neċessarju. Fil-fatt, jekk, kif huwa l-każ fis-sitwazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali, l-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istat Membru li fih ġiet stabbilita l-iskema ta’ pensjoni jikkonfermaw bil-miktub u mingħajr dubju li din l-iskema tabilħaqq ġiet awtorizzata konformement mal-leġiżlazzjoni fiskali ta’ dan l-Istat Membru, l-impożizzjoni ta’ kontroll intiż li jiżgura li din l-awtorizzazzjoni tabilħaqq ingħatat tkun superfluwa u tkun tidher sproporzjonata anki peress li l-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri huma marbutin minn dover ta’ fiduċja reċiproka.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0123"><NO.P>123</NO.P><TXT>Fl-aħħar, jidher li anki r-restrizzjoni li tinvolvi l-Artikolu 11 tal-WRPA 1999 tkun sproporzjonata, fatt li wkoll għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju, jekk ir-rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni fiskali għandu imperattivament jiġi ssodisfatt l-iktar tard fil-mument tad-dikjarazzjoni tal-falliment, u għalhekk jeskludi l-possibbiltà li l-persuna li tkun falliet titlob l-awtorizzazzjoni tal-iskema ta’ pensjoni barranija inkwistjoni wara din id-data sabiex tkun tista’ tibbenefika mill-esklużjoni mill-massa fallimentari tad-drittijiet misluta minn din l-iskema prevista minn din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0124"><NO.P>124</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak kollu li ġie espost iktar ’il fuq, ir-risposta li għandha tingħata għad-domandi magħmula għandha tkun li l-Artikolu 49 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni tad-dritt ta’ Stat Membru li tissuġġetta l-esklużjoni, bħala prinċipju integrali u awtomatika, mill-massa fallimentari ta’ drittijiet għall-pensjoni misluta minn skema ta’ pensjoni għar-rekwiżit li, fil-mument tal-falliment, l-iskema kkonċernata kienet awtorizzata għall-finijiet tat-taxxa f’dan l-Istat, meta dan ir-rekwiżit huwa impost f’sitwazzjoni fejn ċittadin tal-Unjoni li kien, qabel il-falliment tiegħu, eżerċita d-dritt tiegħu ta’ moviment liberu billi stabbilixxa ruħu, b’mod permanenti, f’dan l-istess Stat, sabiex hemmhekk jeżerċita attività ekonomika għal rasu, jislet drittijiet għall-pensjoni minn skema ta’ pensjoni stabbilita u awtorizzata għall-finijiet tat-taxxa fl-Istat Membru ta’ oriġini tiegħu, ħlief jekk ir-restrizzjoni għall-libertà ta’ stabbiliment li tinvolvi l-imsemmija dispożizzjoni nazzjonali hija ġġustifikata meta hija tissodisfa raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali, hija xierqa sabiex tiggarantixxi t-twettiq tal-għan imfittex minnha u ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq dan l-għan.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="24"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0125"><NO.P>125</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li għandha tiddeċiedi dwar l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni ta’ osservazzjonijiet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn ir-raġunijiet, il-Qorti tal-Ġustizzja (it-Tielet Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 49 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni tad-dritt ta’ Stat Membru li tissuġġetta l-esklużjoni, bħala prinċipju integrali u awtomatika, mill-massa fallimentari ta’ drittijiet għall-pensjoni misluta minn skema ta’ pensjoni għar-rekwiżit li, fil-mument tal-falliment, l-iskema kkonċernata kienet awtorizzata għall-finijiet tat-taxxa f’dan l-Istat, meta dan ir-rekwiżit huwa impost f’sitwazzjoni fejn ċittadin tal-Unjoni li kien, qabel il-falliment tiegħu, eżerċita d-dritt tiegħu ta’ moviment liberu billi stabbilixxa ruħu, b’mod permanenti, f’dan l-istess Stat, sabiex hemmhekk jeżerċita attività ekonomika għal rasu, jislet drittijiet għall-pensjoni minn skema ta’ pensjoni stabbilita u awtorizzata għall-finijiet tat-taxxa fl-Istat Membru ta’ oriġini tiegħu, ħlief jekk ir-restrizzjoni għall-libertà ta’ stabbiliment li tinvolvi l-imsemmija dispożizzjoni nazzjonali hija ġġustifikata meta hija tissodisfa raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali, hija xierqa sabiex tiggarantixxi t-twettiq tal-għan imfittex minnha u ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq dan l-għan.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>