|
5.10.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 258/38 |
DEĊIŻJONI (UE, Euratom) 2022/1690 TAL-PARLAMENT EWROPEW
tal-4 ta’ Mejju 2022
dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, Taqsima III — Il-Kummissjoni
IL-PARLAMENT EWROPEW,
|
— |
wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020 (COM(2021) 381 — C9-0258/2021) (2), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2019 (COM(2021) 405) u t-tweġibiet dettaljati għat-talbiet speċifiċi magħmula mill-Parlament Ewropew, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-2020 tal-Kummissjoni dwar il-Ġestjoni u l-Prestazzjoni għall-Baġit tal-UE (COM(2021) 301), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2020 (COM(2021) 292), u d-dokument ta’ ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD(2021) 132), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet (3), ir-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-prestazzjoni tal-baġit tal-UE – Status fi tmiem l-2020, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet (4), u r-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (5) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2022 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020 (06001/2022 — C9-0061/2022), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (6), u b’mod partikolari l-Artikoli 69, 260, 261 u 262 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 99 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, tal-Kumitat għall-Iżvilupp, tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, tal-Kumitat għall-Ambjent, tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi, |
|
— |
wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0127/2022), |
|
1. |
Jagħti l-kwittanza lill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020; |
|
2. |
Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hija parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, Taqsima III — Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, flimkien mar-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri, kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali u lill-istituzzjonijiet tal-awditjar nazzjonali u reġjonali tal-Istati Membri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L). |
Il-President
Roberta METSOLA
Is-Segretarju Ġenerali
Klaus WELLE
(2) ĠU C 436, 28.10.2021, p. 1.
(3) ĠU C 430, 25.10.2021, p. 7
(4) ĠU C 458, 12.11.2021, p. 21