European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/5242

29.9.2025

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-28 ta' Lulju 2025

li tagħti l-istruzzjoni lill-amministratur ċentrali tar-Reġistru tal-Unjoni li jdaħħal il-korrezzjonijiet tat-tabelli tal-allokazzjoni nazzjonali taċ-Ċekja, tal-Ġermanja, ta’ Franza, tan-Netherlands u tal-Finlandja fir-Reġistru tal-Unjoni

(C/2025/5242)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1122 tat-12 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta d-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-funzjonament tar-Reġistru tal-Unjoni (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 47(3), it-tieni subparagrafu, tiegħu,

Billi:

(1)

L-Istati Membri ssottomettew il-lista tal-installazzjonijiet fit-territorju tagħhom skont l-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 2003/87/KE lill-Kummissjoni.

(2)

F’konformità mal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/355 (3), il-Kummissjoni ma ressqet l-ebda oġġezzjoni fir-rigward tal-listi tal-installazzjonijiet koperti mid-Direttiva 2003/87/KE kif sottomessi mill-Belġju, mill-Bulgarija, miċ-Ċekja, mid-Danimarka, mill-Ġermanja, mill-Estonja, mill-Irlanda, mill-Greċja, minn Spanja, minn Franza, mill-Kroazja, mill-Italja, minn Ċipru, mil-Latvja, mil-Litwanja, mil-Lussemburgu, mill-Ungerija, min-Netherlands, mill-Awstrija, mill-Polonja, mill-Portugall, mir-Rumanija, mis-Slovenja, mis-Slovakkja, mill-Finlandja u mill-Iżvezja, għajr kif stabbilit fl-Artikolu 1 u fl-Annessi ta’ dik id-Deċiżjoni.

(3)

L-Istati Membri ddeterminaw u nnotifikaw l-ammonti annwali preliminari ta’ kwoti bla ħlas għal kull installazzjoni bl-użu tal-valuri tal-parametru referenzjarju riveduti ddeterminati fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/447 (4), skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/331 (5).

(4)

Fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/927 (6), ġie ddeterminat li ma kien jeħtieġ jiġi applikat l-ebda aġġustament għall-ammonti annwali preliminari tal-kwoti bla ħlas skont l-Artikolu 10a(5) tad-Direttiva 2003/87/KE, peress li d-domanda ma qabżitx l-ammont massimu.

(5)

Iċ-Ċekja nnotifikat xi bidliet fit-tabella tal-allokazzjoni nazzjonali tagħha, permezz ta’ ittra bid-data tat-23 ta’ Ġunju 2025. Fil-każ tal-installazzjoni CZ-167, ġew ikkoreġuti l-livelli ta’ attività storiċi tas-subinstallazzjonijiet tas-sħana u tas-subinstallazzjoni tat-tisħin distrettwali. Is-subinstallazzjoni tat-tisħin distrettwali fl-installazzjoni CZ-128 inqasmet f’subinstallazzjoni tas-sħana u f’subinstallazzjoni tat-tisħin distrettwali.

(6)

Il-Ġermanja nnotifikat xi bidliet fit-tabella tal-allokazzjoni nazzjonali tagħha permezz ta’ ittra bid-data tat-3 ta’ Lulju 2025. Fil-każ tal-installazzjoni DE-63, ġie kkoreġut il-fattur ta’ skambjabbiltà tal-elettriku tas-subinstallazzjoni tal-azzar bil-karbonju bl-użu ta’ fran bl-ark elettriku (EAF, electric arc furnace). Fil-każ tal-installazzjoni DE-67, ġew ikkoreġuti l-fatturi ta’ skambjabbiltà tal-elettriku tas-subinstallazzjoni tal-azzar bil-karbonju bl-użu ta’ EAF u tas-subinstallazzjoni tal-azzar illigat ħafna bl-użu ta’ EAF. Fil-każ tal-installazzjoni DE-1134, ġie kkoreġut il-livell ta’ attività storiku tas-subinstallazzjoni tas-sħana. Fil-każ tal-installazzjoni DE-1255, ġie kkoreġut l-istatus tal-ġeneratur tal-elettriku. Fil-każ tal-installazzjoni DE-1687, ġie kkoreġut l-istatus tal-ġeneratur tal-elettriku. Mal-installazzjoni DE-1687 żdiedet subinstallazzjoni tal-fjuwil. Fil-każ tal-installazzjoni DE-1868, ġie kkoreġut il-livell ta’ attività storiku tas-subinstallazzjoni tas-sħana.

(7)

Franza nnotifikat xi bidliet fit-tabella tal-allokazzjoni nazzjonali tagħha permezz ta’ ittra bid-data tal-4 ta’ Lulju 2025. Fil-każ tal-installazzjoni FR-12, ġie kkoreġut il-livell ta’ attività storiku tas-subinstallazzjoni tas-sħana. Mal-installazzjoni FR-12 żdiedet subinstallazzjoni tal-fjuwil. Fil-każ tal-installazzjoni FR-443, ġiet ikkoreġuta d-diviżjoni f’subinstallazzjonijiet. Fil-każ tal-installazzjoni FR-443, ġew ikkoreġuti l-livelli ta’ attività storiċi tas-subinstallazzjoni tal-karta fina miksija u tas-subinstallazzjoni tas-sħana. Barra minn hekk, mal-installazzjoni FR-443 żdiedu subinstallazzjoni tal-karta fina mhux miksija u subinstallazzjoni tal-fjuwil. Fil-każ tal-installazzjoni FR-825, ġew ikkoreġuti l-livelli ta’ attività storiċi tas-subinstallazzjoni tas-sħana u tas-subinstallazzjoni tal-fjuwil. Fil-każ tal-installazzjoni FR-206282, ġew ikkoreġuti l-livelli ta’ attività storiċi tas-subinstallazzjoni tas-sħana u tas-subinstallazzjoni tal-fjuwil.

(8)

In-Netherlands innotifikaw xi bidliet fit-tabella tal-allokazzjoni nazzjonali tagħhom permezz ta’ ittri bid-data tal-24 ta’ Frar 2025 u tal-21 ta’ Mejju 2025. Fil-każ tal-installazzjoni NL-111, ġie kkoreġut il-livell ta’ attività storiku tas-subinstallazzjoni tas-sħana. Il-livelli ta’ attività storiċi, il-fatturi ta’ skambjabbiltà tal-elettriku u l-importazzjonijiet tas-sħana minn installazzjonijiet mhux tas-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet (ETS, emissions trading system) ġew ikkoreġuti għas-subinstallazzjoni tas-sħana, għas-subinstallazzjoni tal-fjuwil, għas-subinstallazzjoni tal-ikkrekkjar bil-fwar, għas-subinstallazzjoni tal-aromatiċi, għas-subinstallazzjoni tal-istiren u għas-subinstallazzjoni tal-ossidu tal-etilen/tal-etilenglikol fl-installazzjoni NL-383.

(9)

Il-Finlandja nnotifikat xi bidliet fit-tabella tal-allokazzjoni nazzjonali tagħha permezz ta’ ittra bid-data tat-3 ta’ Lulju 2025. Fil-każ tal-installazzjoni FI-26, ġie kkoreġut il-livell ta’ attività storiku tas-subinstallazzjoni tat-tisħin distrettwali. Fil-każ tal-installazzjoni FI-396, ġew ikkoreġuti l-livelli ta’ attività storiċi tas-subinstallazzjoni tal-kartun mhux miksi, tas-subinstallazzjoni tal-kartun miksi u tas-subinstallazzjoni tas-sħana. Mal-installazzjoni FI-399 żdiedet subinstallazzjoni tal-polpa tal-karta rkuprata. Fil-każ tal-installazzjoni FI-444, ġew ikkoreġuti l-livelli ta’ attività storiċi tas-subinstallazzjoni tas-sħana, tas-subinstallazzjoni tal-fjuwil u tas-subinstallazzjoni tal-emissjonijiet minn proċess. Fil-każ tal-installazzjoni FI-444, ġie kkoreġut il-fattur ta’ skambjabbiltà tal-elettriku tas-subinstallazzjoni tal-azzar illigat ħafna bl-użu ta’ EAF. Is-subinstallazzjoni tas-sħana għar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju fl-installazzjoni FI-445 inqasmet f’subinstallazzjoni tas-sħana għar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju u f’subinstallazzjoni tas-sħana mhux għar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju. Fil-każ tal-installazzjoni FI-458, ġew ikkoreġuti l-livelli ta’ attività storiċi tas-subinstallazzjonijiet tas-sħana. Fil-każ tal-installazzjoni FI-568, ġie kkoreġut il-livell ta’ attività storiku tas-subinstallazzjoni tas-sħana. Fil-każ tal-installazzjoni FI-623, ġew ikkoreġuti l-livelli ta’ attività storiċi tas-subinstallazzjoni tas-sħana u tas-subinstallazzjoni tal-fjuwil. L-importazzjonijiet tas-sħana minn installazzjonijiet mhux tal-ETS ġew ikkoreġuti għas-subinstallazzjoni tal-ikkrekkjar bil-fwar u għas-subinstallazzjoni tal-fenol/aċeton fl-installazzjoni FI-623. Fil-każ tal-installazzjoni FI-206121, ġie kkoreġut il-livell ta’ attività storiku tas-subinstallazzjoni tal-fjuwil. Is-subinstallazzjoni tal-emissjonijiet minn proċess tneħħiet mill-installazzjoni FI-206121. Fil-każ tal-installazzjoni FI-206136, ġew ikkoreġuti l-livelli ta’ attività storiċi tas-subinstallazzjoni tal-fjuwil u tas-subinstallazzjoni tal-emissjonijiet minn proċess.

(10)

It-tabelli tal-allokazzjoni nazzjonali nnotifikati huma f’konformità mal-Artikolu 10c tad-Direttiva 2003/87/KE, mar-Regolament Delegat (UE) 2019/331 u mad-Deċiżjoni (UE) 2021/355.

(11)

Għalhekk, jixraq li l-amministratur ċentrali jingħata l-istruzzjoni li jdaħħal dawk il-korrezzjonijiet fir-Reġistru tal-Unjoni,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu uniku

L-amministratur ċentrali tar-Reġistru tal-Unjoni qed jingħata l-istruzzjoni li jdaħħal il-korrezzjonijiet tat-tabelli tal-allokazzjoni nazzjonali taċ-Ċekja, tal-Ġermanja, ta’ Franza, tan-Netherlands u tal-Finlandja bl-ammonti annwali finali għall-allokazzjoni tranżizzjonali bla ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet għall-perjodu mill-2021 sal-2025, kif stabbilit fl-Anness, fir-Reġistru tal-Unjoni.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Lulju 2025.

Għall-Kummissjoni

Wopke HOEKSTRA

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2003/87/oj.

(2)   ĠU L 177, 2.7.2019, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2019/1122/oj.

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/355 tal-25 ta’ Frar 2021 dwar miżuri ta’ implimentazzjoni nazzjonali għall-allokazzjoni tranżizzjonali bla ħlas ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra f’konformità mal-Artikolu 11(3) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 68, 26.2.2021, p. 221, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2019/1122/oj).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/447 tat-12 ta’ Marzu 2021 li jiddetermina l-valuri riveduti tal-parametri referenzjarji għall-allokazzjoni bla ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet għall-perjodu mill-2021 sal-2025 skont l-Artikolu 10a(2) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 87, 15.3.2021, p. 29, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/447/oj).

(5)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/331 tad-19 ta’ Diċembru 2018 li jiddetermina regoli tranżizzjonali għall-Unjoni kollha għall-allokazzjoni armonizzata bla ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 59, 27.2.2019, p. 8, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2019/331/oj).

(6)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/927 tal-31 ta’ Mejju 2021 li tiddetermina l-fattur ta’ korrezzjoni transsettorjali uniformi għall-aġġustament ta’ allokazzjonijiet bla ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet għall-perjodu mill-2021 sal-2025 (OJ L 203, 9.6.2021, p. 14, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2021/927/oj).


ANNESS I

Tabella tal-allokazzjoni nazzjonali għall-perjodu 2021–2025 skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE

Stat Membru: Iċ-Ċekja

ID tal-Installazzjoni

ID tal-Istallazzjoni (Reġistru tal-Unjoni)

Isem l-installazzjoni

Isem l-operatur

Kwantità li għandha tiġi allokata

Kwantità li għandha tiġi allokata għall-istallazzjoni

2021

2022

2023

2024

2025

CZ000000000000128

128

Elektrárna Tisová

Elektrárna Tisová, a.s.

9 237

8 999

8 762

8 525

8 287

43 810

CZ000000000000167

167

TAMERO INVEST s.r.o.

TAMERO INVEST s.r.o.

104 156

101 480

98 804

96 128

93 451

494 019


TOTAL

113 393

110 479

107 566

104 653

101 738

537 829


ANNESS II

Tabella tal-allokazzjoni nazzjonali għall-perjodu 2021–2025 skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE

Stat Membru: Il-Ġermanja

ID tal-Installazzjoni

ID tal-Istallazzjoni (Reġistru tal-Unjoni)

Isem l-installazzjoni

Isem l-operatur

Kwantità li għandha tiġi allokata

Kwantità li għandha tiġi allokata għall-istallazzjoni

2021

2022

2023

2024

2025

DE000000000000063

63

Elektrostahlwerk mit Nebenanlagen

ESF Elbe-Stahlwerke Feralpi GmbH

43 022

43 022

43 022

43 022

43 022

215 110

DE000000000000067

67

Elektrostahlwerk

ArcelorMittal Hamburg GmbH

64 291

64 291

64 291

64 291

64 291

321 455

DE000000000001134

1134

EVC I

GLOBALFOUNDRIES Dresden Module Two Limited Liability Company & Co. KG

4 346

4 234

4 123

4 011

3 899

20 613

DE000000000001255

1255

Heizwerk Dieselstraße (HW Dieselstraße)

EVH GmbH

274

267

260

253

246

1 300

DE000000000001687

1687

Kartoffelverarbeitungswerk Aldrup

Agrarfrost GmbH

28 285

28 285

28 285

28 285

28 285

141 425

DE000000000001868

1868

EVC II

GlobalFoundries Dresden Module One LLC & Co. KG

6 511

6 343

6 176

6 009

5 841

30 880


TOTAL

146 729

146 442

146 157

145 871

145 584

730 783


ANNESS III

Tabella tal-allokazzjoni nazzjonali għall-perjodu 2021–2025 skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE

Stat Membru: Franza

ID tal-Installazzjoni

ID tal-Istallazzjoni (Reġistru tal-Unjoni)

Isem l-installazzjoni

Isem l-operatur

Kwantità li għandha tiġi allokata

Kwantità li għandha tiġi allokata għall-istallazzjoni

2021

2022

2023

2024

2025

FR000000000000012

12

Chaufferie INTERSNACK FRANCE - Montigny-Lengrain

INTERSNACK

1 874

1 874

1 874

1 874

1 874

9 370

FR000000000000443

443

PAPETERIES DU LEMAN

PAPETERIES DU LEMAN

5 911

5 911

5 911

5 911

5 911

29 555

FR000000000000825

825

Chaufferie BUTACHIMIE

BUTACHIMIE SNC

547 797

547 797

547 797

547 797

547 797

2 738 985

FR000000000206282

206282

Unilin Bazeilles

UNILIN SAS

87 782

87 782

87 782

87 782

87 782

438 910


TOTAL

643 364

643 364

643 364

643 364

643 364

3 216 820


ANNESS IV

Tabella tal-allokazzjoni nazzjonali għall-perjodu 2021–2025 skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE

Stat Membru: In-Netherlands

ID tal-Installazzjoni

ID tal-Istallazzjoni (Reġistru tal-Unjoni)

Isem l-installazzjoni

Isem l-operatur

Kwantità li għandha tiġi allokata

Kwantità li għandha tiġi allokata għall-istallazzjoni

2021

2022

2023

2024

2025

NL000000000000111

111

Chemours Netherlands B.V.

Chemours Netherlands B.V.

52 400

52 400

52 400

52 400

52 400

262 000

NL000000000000383

383

Shell Nederland Chemie BV, vestiging Moerdijk

Shell Nederland Chemie BV

1 619 991

1 619 991

1 619 991

1 619 991

1 619 991

8 099 955


TOTAL

1 672 391

1 672 391

1 672 391

1 672 391

1 672 391

8 361 955


ANNESS V

Tabella tal-allokazzjoni nazzjonali għall-perjodu 2021–2025 skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE

Stat Membru: Il-Finlandja

ID tal-Installazzjoni

ID tal-Istallazzjoni (Reġistru tal-Unjoni)

Isem l-installazzjoni

Isem l-operatur

Kwantità li għandha tiġi allokata

Kwantità li għandha tiġi allokata għall-istallazzjoni

2021

2022

2023

2024

2025

FI000000000000026

26

Suomenojan voimalaitos

Fortum Power and Heat Oy

68 883

67 113

65 343

63 573

61 803

326 715

FI000000000000396

396

Stora Enso Oyj, Imatran tehtaat

Stora Enso Oyj

248 725

248 725

248 725

248 725

248 725

1 243 625

FI000000000000399

399

Stora Enso Oyj Varkauden tehtaat

Stora Enso Oyj

84 159

84 159

84 159

84 159

84 159

420 795

FI000000000000444

444

Outokumpu Tornion tehtaat

Outokumpu Chrome Oy, Outokumpu Stainless Oy

717 340

717 340

717 340

717 340

717 340

3 586 700

FI000000000000445

445

Raahen terästehdas

Raahen Voima Oy, SSAB Europe Oy

3 302 175

3 302 175

3 302 175

3 302 175

3 302 175

16 510 875

FI000000000000458

458

Lapinlahden lämpölaitos

Adven Oy

16 285

15 866

15 448

15 030

14 611

77 240

FI000000000000568

568

Joutsenon laitos

Adven Oy

10 955

10 955

10 955

10 955

10 955

54 775

FI000000000000623

623

Borealis Polymers Oy:n tuotantolaitokset

Borealis Polymers Oy

577 590

577 590

577 590

577 590

577 590

2 887 950

FI000000000206121

206121

Boliden Kokkola Oy, sinkkitehdas

Boliden Kokkola Oy

48 462

48 462

48 462

48 462

48 462

242 310

FI000000000206136

206136

Boliden Harjavalta Oy, Harjavallan tehtaat

Boliden Harjavalta Oy

42 767

42 767

42 767

42 767

42 767

213 835


TOTAL

5 117 341

5 115 152

5 112 964

5 110 776

5 108 587

25 564 820


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5242/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)