13.4.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 100/7


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/751

tat-30 ta’ Jannar 2023

li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2020/687 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 67 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2016/429 jistabbilixxi r-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard tal-annimali li huwa trażmissibbli lill-annimali jew lill-bnedmin, inklużi regoli dwar is-sensibilizzazzjoni, it-tħejjija u l-kontroll tal-mard. B’mod partikolari, ir-Regolament (UE) 2016/429 jistabbilixxi regoli speċifiċi għall-mard għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard elenkat fl-Artikolu 5 tiegħu.

(2)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 (2) jistabbilixxi regoli li jissupplimentaw ir-Regolament (UE) 2016/429 fir-rigward tal-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat, l-aktar il-mard tal-kategoriji A, B u C f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 (3). B’mod aktar partikolari, ir-Regolament Delegat (UE) 2020/687 jipprevedi l-istabbiliment ta’ żona ristretta fil-każ ta’ tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A u restrizzjonijiet u kundizzjonijiet għall-movimenti ta’ annimali u l-prodotti tagħhom f’żoni ristretti u minn żoni ristretti, bħala parti mill-miżuri għall-kontroll tat-tixrid tal-mard tal-kategorija A.

(3)

Ir-Regolament Delegat (UE) 2020/687 u r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 (4) jipprovdu definizzjonijiet differenti għal “budellat”, u d-definizzjoni korretta hija dik stabbilita fir-Regolament Delegat (UE) 2020/692. Sabiex tiġi żgurata l-koerenza fost id-dispożizzjonijiet tal-atti delegati li jissupplimentaw ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/429, id-definizzjoni ta’ “budellat” stabbilita fir-Regolament Delegat (UE) 2020/687 jenħtieġ li għalhekk tiġi kkoreġuta u allinjata ma’ dik fir-Regolament Delegat (UE) 2020/692.

(4)

L-Artikolu 23(c) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 jipprevedi l-possibbiltà li l-awtorità kompetenti tagħti derogi mill-miżuri li għandhom jiġu applikati fiż-żona ristretta f’każ li sseħħ tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A fi stabbiliment li jżomm sa 50 għasfur fil-magħluq, iżda mhux mill-obbligu li tiġi stabbilita żona ristretta, li jirriżulta mid-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 21 ta’ dak ir-Regolament Delegat. Dan l-obbligu jista’ joħloq restrizzjonijiet kummerċjali mhux meħtieġa u jimponi piż mhux ġustifikat fuq l-operaturi u fuq l-awtoritajiet kompetenti.

(5)

Jenħtieġ li l-miżuri għall-kontroll tal-mard previsti fir-Regolament Delegat (UE) 2020/687 jkunu proporzjonati għar-riskji involuti. F’ċerti ċirkostanzi, jekk stabbiliment fejn jinżammu sa 50 għasfur fil-magħluq ma jkollu l-ebda kuntatt dirett jew indirett ma’ stabbilimenti oħra fejn jinżammu pollam jew għasafar miżmuma fil-magħluq, ir-riskju li tifqigħa bħal din tikkontribwixxi għat-tixrid tal-marda jista’ jkun insinifikanti. Għal dik ir-raġuni, l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jitħallew jidderogaw mill-istabbiliment ta’ żona ristretta meta sseħħ tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A fi stabbiliment li jżomm sa 50 għasfur fil-magħluq, jekk valutazzjoni tar-riskju mwettqa mill-awtorità kompetenti tipprovdi li l-istabbiliment ma għandux kuntatt dirett jew indirett ma’ pollam jew ma’ stabbilimenti oħra li jżommu għasafar fil-magħluq.

(6)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 jiġi emendat biex jinkludi stabbilimenti li jżommu sa 50 għasfur fil-magħluq fost il-postijiet fejn, jekk isseħħ tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A, l-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi f’ċerti ċirkostanzi jekk għandhiex tistabbilixxi żona ristretta jew le.

(7)

L-Artikoli 28 u 43 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 jistabbilixxu l-kundizzjonijiet ġenerali għall-għoti ta’ derogi mill-projbizzjonijiet tal-movimenti ta’ annimali u prodotti fiż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, rispettivament. Dawn il-kundizzjonijiet ġenerali jispeċifikaw il-miżuri li għandhom jiġu applikati mill-awtorità kompetenti biex jiġi żgurat li r-riskju tat-tixrid ta’ marda tal-kategorija A b’movimenti bħal dawn ikun negliġibbli. Dawn il-miżuri jinkludu ċerti miżuri supplimentari stretti ta’ bijosigurtà matul l-operazzjonijiet kollha tat-trasport mill-istabbiliment tal-oriġini sal-ħatt fl-istabbiliment tad-destinazzjoni, li huwa, f’konformità mal-Artikoli 28 u 43 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, magħżul mill-awtorità kompetenti tal-istabbiliment tal-oriġini. Meta l-awtorità kompetenti tal-istabbiliment tal-oriġini tkun differenti mill-awtorità kompetenti tal-istabbiliment tad-destinazzjoni, jista’ jkun li l-awtorità kompetenti tal-oriġini ma tkunx tista’ tiżgura l-implimentazzjoni ta’ dawn il-miżuri kollha, b’mod partikolari li tkun taf il-post tal-istabbilimenti b’annimali ta’ speċijiet elenkati, li tagħżel rotta li tevita dawk il-postijiet, jew li tiżgura li jiġu implimentati miżuri supplimentari ta’ bijosigurtà fil-ħatt fl-istabbiliment tad-destinazzjoni magħżul.

(8)

Barra minn hekk, jekk l-awtorità kompetenti tal-istabbiliment tal-oriġini tkun differenti mill-awtorità kompetenti tal-istabbiliment tad-destinazzjoni magħżul, jenħtieġ li tinforma lill-awtorità kompetenti tal-istabbiliment tad-destinazzjoni dwar din l-għażla. Madankollu, sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni korretta tal-miżuri kollha stabbiliti mill-Artikoli 28 u 43 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, jenħtieġ li l-għażla tal-istabbiliment tad-destinazzjoni ssir b’kooperazzjoni bejn l-awtorità kompetenti tal-istabbiliment tal-oriġini u dik tal-istabbiliment tad-destinazzjoni. Għalhekk jenħtieġ li l-Artikolu 28(3) u l-Artikolu 43(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 jiġu emendati skont dan.

(9)

L-Artikolu 30(2) u l-Artikolu 46(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 jipprevedu l-kundizzjonijiet speċifiċi għall-awtorizzazzjoni ta’ movimenti ta’ pollam lest biex ibid minn stabbilimenti li jinsabu fiż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti b’reazzjoni għal tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A, rispettivament. F’konformità ma’ dawn l-Artikoli, l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza tali movimenti biss jekk ma jkun hemm l-ebda annimal miżmum ieħor ta’ xi speċi elenkata fl-istabbiliment tad-destinazzjoni. Fil-prattika, f’xi każijiet, l-istabbilimenti tat-tiġieġ tal-bajd fejn jintbagħat il-pollam lest biex ibid jistgħu jikkonsistu minn diversi unitajiet epidemjoloġiċi, kif iddefinit fl-Artikolu 4(39) tar-Regolament (UE) 2016/429, li jridu jiġu stokkjati fi żminijiet differenti biex ikunu jistgħu jiżguraw produzzjoni stabbli ta’ bajd matul is-sena. Għalhekk, jenħtieġ li l-Artikolu 30(2) u l-Artikolu 46(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 jiġu emendati, biex tingħata l-possibbiltà li l-pollam lest biex ibid minn żona ta’ protezzjoni jew ta’ sorveljanza jkun jista’ jintbagħat ukoll f’unità epidemjoloġika vojta fi stabbiliment fejn l-annimali tal-ispeċijiet elenkati jinżammu f’unitajiet epidemjoloġiċi oħra.

(10)

L-Artikoli 39 u 55 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għat-tneħħija tal-miżuri ta’ kontroll applikati fiż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, rispettivament. It-tindif u d-diżinfezzjoni preliminari huma miżuri essenzjali li jridu jitwettqu b’mod effettiv biex jiġi evitat it-tixrid tal-marda tal-kategorija A mill-istabbiliment affettwat. Il-proċeduri għat-tindif u d-diżinfezzjoni huma stabbiliti fil-punti A u B tal-Anness IV ta’ dak ir-Regolament Delegat. Skont dawn il-proċeduri, it-tindif u d-diżinfezzjoni preliminari jkunu tlestew jekk id-diżinfettant ikun baqa’ fuq il-wiċċ ittrattat għal mill-inqas 24 siegħa. Bħala prinċipju magħruf għall-kontroll u għall-eradikazzjoni tal-mard tal-kategorija A, il-perjodu minimu ta’ tul ta’ żmien tal-miżuri li jridu jiġu implimentati fiż-żoni ristretti jibda biss wara t-tlestija tat-tindif u d-diżinfezzjoni preliminari.

(11)

It-test attwali tal-Artikoli 39 u 55 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 ma huwiex ċar dwar il-punt tat-tluq għall-perjodu minimu ta’ durata tal-miżuri li jridu jiġu implimentati fiż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza u dan jista’ jwassal għal implimentazzjoni differenti ta’ dak ir-rekwiżit mill-Istati Membri. Għalhekk, jenħtieġ li l-Artikoli 39 u 55 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 jiġu emendati biex jispeċifikaw b’mod ċar il-punt tat-tluq għall-għadd tal-perjodu minimu ta’ durata tal-miżuri fiż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza.

(12)

L-Artikolu 31(1)(a) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 jippermetti lill-awtorità kompetenti tawtorizza l-moviment ta’ bajd għat-tifqis minn stabbiliment li jinsab fiż-żona ta’ protezzjoni lejn mafqas li jinsab fl-istess Stat Membru, li jinkludi l-moviment ta’ bajd għat-tifqis minn stabbiliment li jinsab fiż-żona ta’ protezzjoni lejn mafqas li jinsab fiż-żona ta’ sorveljanza. Madankollu, f’konformità mad-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 46(1)(a) ta’ dak ir-Regolament Delegat, il-movimenti ta’ flieles ta’ ġurnata li joriġinaw fiż-żona ta’ sorveljanza lejn stabbilimenti fl-istess Stat Membru jistgħu jiġu awtorizzati biss jekk ikunu faqqsu minn bajd li joriġina fi stabbilimenti fiż-żona ta’ sorveljanza. Għalhekk, skont l-Artikolu 46(1)(a) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, l-awtorità kompetenti ma tistax tawtorizza movimenti miż-żona ta’ sorveljanza ta’ flieles ta’ ġurnata li faqqsu minn bajd li joriġina minn stabbilimenti fiż-żona ta’ protezzjoni.

(13)

L-Artikolu 30(1)(a) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 jippermetti l-moviment ta’ flieles ta’ ġurnata minn stabbiliment li jinsab fiż-żona ta’ protezzjoni, jekk dawn ikunu faqqsu minn bajd li joriġina fiż-żona ristretta. Konsegwentement, skont l-Artikolu 30(1)(a) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, il-moviment miż-żona ta’ restrizzjoni ta’ flieles ta’ ġurnata li faqqsu minn bajd li joriġina minn stabbilimenti fiż-żona ta’ protezzjoni jista’ jiġi awtorizzat mill-awtorità kompetenti, jekk jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet. L-awtorità kompetenti jenħtieġ li tkun tista’ tawtorizza wkoll, jekk jiġu ssodisfati kundizzjonijiet simili, il-moviment miż-żona ta’ sorveljanza ta’ flieles ta’ ġurnata li faqqsu minn bajd li joriġina fi stabbilimenti fiż-żona ta’ protezzjoni. Għalhekk, l-Artikolu 46(1)(a) jenħtieġ li jiġi emendat kif xieraq.

(14)

L-Artikolu 52 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 jipprevedi l-kundizzjonijiet speċifiċi li għandhom jiġu ssodisfati meta l-awtorità kompetenti tawtorizza movimenti ta’ materjali tal-għalf li joriġinaw minn pjanti u tiben prodotti fiż-żona ta’ sorveljanza. Bil-formulazzjoni attwali tal-Artikolu 52 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 jista’ jinftiehem li l-kundizzjonijiet kollha elenkati fil-punti (a) sa (d) ta’ dak l-Artikolu jridu jiġu ssodisfati. Madankollu, l-Artikolu 52(d) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 jirreferi għall-każ fejn il-materjali tal-għalf li joriġinaw mill-pjanti u t-tiben ikunu għaddew minn mill-inqas wieħed mit-trattamenti ta’ mitigazzjoni tar-riskju stabbiliti fl-Anness VIII ta’ dak ir-Regolament Delegat. B’konsegwenza tal-applikazzjoni tat-trattament tal-mitigazzjoni tar-riskju, il-materjali tal-għalf li joriġinaw mill-pjanti u t-tiben isiru komoditajiet sikuri u għalhekk jistgħu jiġu mċaqalqa barra miż-żona ta’ sorveljanza. Barra minn hekk, l-Artikolu 36 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 jipprevedi l-kundizzjonijiet speċifiċi għall-awtorizzazzjoni tal-moviment ta’ materjali tal-għalf li joriġinaw minn pjanti u tiben miż-żona ta’ protezzjoni. F’konformità mal-Artikolu 36 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, il-movimenti ta’ materjali tal-għalf li joriġinaw minn pjanti u tiben miż-żona ta’ protezzjoni jistgħu jiġu awtorizzati jekk ikunu għaddew minn mill-inqas wieħed mit-trattamenti għall-mitigazzjoni tar-riskju f’konformità mal-Anness VIII tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687. Barra minn hekk, il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 52(a) sa (d) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 huma simili għal dawk stabbiliti fl-Artikolu 36 ta’ dak ir-Regolament Delegat. Għalhekk, jenħtieġ li l-moviment ta’ materjali tal-għalf li joriġinaw minn pjanti u tiben prodotti fiż-żona ta’ sorveljanza ma jkunx soġġett għal kundizzjonijiet aktar stretti minn dawk applikabbli għall-moviment ta’ materjal tal-għalf li joriġina minn pjanti u tiben prodotti fiż-żona ta’ protezzjoni. Għalhekk, jenħtieġ li l-Artikolu 52 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 jiġi kkoreġut biex jiġu żgurati restrizzjonijiet simili fiż-żona ta’ sorveljanza bħal dawk fiż-żona ta’ protezzjoni meta jiġu ssodisfati kundizzjonijiet simili.

(15)

L-Artikolu 59(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati maħsuba għar-ripopolazzjoni ta’ stabbilimenti affettwati minn tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A. Dawk l-annimali jridu joriġinaw minn stabbiliment li ma jkunx jinsab f’żona ristretta u soġġett għall-miżuri ta’ kontroll tal-mard għall-mard tal-kategorija A tal-annimali terrestri miżmuma, kif stabbilit fil-Parti II, il-Kapitolu II, tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687. Madankollu, l-Artikolu 59(2)(a) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 jirreferi bi żball għar-restrizzjonijiet previsti fil-Kapitolu III ta’ dak ir-Regolament Delegat. Għalhekk jenħtieġ li jiġi kkoreġut it-test fl-Artikolu 59(2)(a) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 biex jiġi jirreferi għar-restrizzjonijiet previsti fil-Kapitolu II ta’ dak ir-Regolament Delegat.

(16)

L-Artikoli 27 u 42 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 jistabbilixxu l-projbizzjonijiet fuq ċerti attivitajiet, fosthom il-movimenti, ta’ annimali, ta’ prodotti u ta’ materjali oħra fiż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stess, movimenti ’l barra minnhom u movimenti lejhom. Il-projbizzjonijiet huma elenkati fit-tabella stabbilita fl-Anness VI ta’ dak ir-Regolament Delegat. Il-ġarr ta’ annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati lejn stabbilimenti fiż-żona ristretta huwa pprojbit f’konformità ma’ dik it-tabella, sabiex tiġi evitata ż-żieda fil-popolazzjoni tal-annimali miżmuma li huma suxxettibbli għall-marda tal-kategorija A li tkun ġiet ikkonfermata f’dik iż-żona. Jekk jinġarr għal mafqas li jinsab f’żona ristretta, il-bajd għat-tifqis jista’ jwassal għall-produzzjoni ta’ flieles ta’ ġurnata, u dan ikabbar il-popolazzjoni ta’ annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati fiż-żona ristretta. Għalhekk, tali moviment ikun f’kunflitt mal-għan tal-projbizzjoni tal-ġarr ta’ annimali miżmuma ta’ speċijiet elenkati lejn stabbilimenti fiż-żona ristretta. Għaldaqstant, bħala regola ġenerali, it-tali ġarr jitqies bħala pprojbit. Madankollu, it-tabella stabbilita fl-Anness VI tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 b’mod żbaljat telenka biss il-projbizzjoni tal-ġarr tal-bajd għat-tifqis ’il barra minn stabbilimenti fiż-żona ristretta. Għalhekk, jenħtieġ li t-test fit-tabella stabbilita fl-Anness VI tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 jiġi kkoreġut biex jirreferi wkoll għall-projbizzjoni tal-ġarr ta’ bajd għat-tifqis lejn stabbilimenti fiż-żona ristretta.

(17)

Barra minn hekk, il-projbizzjoni elenkata fl-Anness VI tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 għall-ġarr ta’ materjal tal-għalf li joriġina minn pjanti u tiben b’mod żbaljat hija limitata għal dawk li jinkisbu miż-żona ta’ protezzjoni, u dan jippermetti l-ġarr ta’ materjal tal-għalf li joriġina minn pjanti u tiben miksuba miż-żona ta’ sorveljanza, li jista’ joħloq ir-riskju li tinxtered il-marda. Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness VI tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 jiġi kkoreġut biex ikun ipprojbit il-ġarr ta’ materjali tal-għalf li joriġinaw mill-pjanti u ta’ tiben li jinkisbu miż-żona ristretta.

(18)

L-Anness VII tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 jipprevedi trattamenti għall-mitigazzjoni tar-riskju għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali, b’mod partikolari l-laħam, il-budellat u l-ħalib, miż-żona ristretta. Dawk it-trattamenti, li jinattivaw l-aġenti tal-mard, jenħtieġ li jkunu konformi mal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni, mal-istandards internazzjonali, u mal-evidenza xjentifika l-ġdida. L-entrata f’dak l-Anness għall-virus tal-ġidri tan-nagħaġ u tal-ġidri tal-mogħoż għal dawk il-komoditajiet bħalissa hija vojta, minħabba n-nuqqas ta’ data xjentifika jew ta’ studji dwar it-trattamenti miksuba s’issa. Minħabba l-okkorrenza riċenti fl-Unjoni ta’ tifqigħat tal-ġidri tan-nagħaġ u tal-ġidri tal-mogħoż, jenħtieġ li t-trattament tal-laħam u tal-ħalib minn annimali kaprini u ovini li joriġinaw miż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza jsir possibbli għall-Istati Membri li jkunu qed jimmaniġġaw tali tifqigħat. Dawn it-trattamenti ma ġewx previsti fl-Anness VII tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, peress li l-Kummissjoni qed tistenna r-riżultati ta’ studju kkummissjonat lil-Laboratorju ta’ Referenza tal-UE għall-viruses tal-Capripox, jew aktar pariri xjentifiċi pprovduti mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”). Madankollu, filwaqt li titqies is-similarità bejn il-virus tal-ġidri tan-nagħaġ u tal-ġidri tal-mogħoż u l-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda, li t-tnejn huma tal-familja Poxviridae u tal-ġeneru Capripoxvirus, jixraq li tkun permessa l-applikazzjoni ta’ trattamenti għall-mitigazzjoni tar-riskju fit-tabella rilevanti tal-Anness VII tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687. L-applikazzjoni tat-trattamenti għall-mitigazzjoni tar-riskju għall-ġidri tan-nagħaġ u l-ġidri tal-mogħoż għandha tiġi riveduta ladarba jkun hemm aktar evidenza xjentifika.

(19)

F’opinjoni xjentifika riċenti (5), l-Awtorità vvalutat l-effettività ta’ ċerti trattamenti ta’ mitigazzjoni tar-riskju għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali u għal materjali oħrajn fir-rigward ta’ mard tal-kategorija A. Fost trattamenti oħrajn, l-Awtorità kienet tal-opinjoni li t-trattament tal-laħam bis-sħana sakemm tinkiseb temperatura ta’ 70 °C fil-qalba, li tinżamm għal mill-inqas 30 minuta, kien trattament effettiv biex jiġi inattivat il-virus tad-deni Afrikan tal-ħnieżer. Għalhekk, abbażi tal-evidenza xjentifika l-ġdida, u f’konformità mal-istandard internazzjonali tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (WOAH) (6) b’rabta mad-deni Afrikan tal-ħnieżer, jenħtieġ li l-Anness VII tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 jiġi emendat kif xieraq biex jinkludi trattament addizzjonali għall-mitigazzjoni tar-riskju tad-deni Afrikan tal-ħnieżer.

(20)

L-Anness VIII tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 jistabbilixxi t-“trattamenti ta’ mitigazzjoni tar-riskju għal prodotti li ma joriġinawx mill-annimali miż-żona ta’ protezzjoni”, għalkemm ir-referenzi għal dawk it-trattamenti jsiru wkoll fl-Artikolu 52 ta’ dak ir-Regolament Delegat, li huwa relatat ma’ kundizzjonijiet speċifiċi għall-awtorizzazzjoni tal-moviment ta’ materjali tal-għalf li joriġinaw minn pjanti u tiben miż-żona ta’ sorveljanza. Għalhekk, jenħtieġ li t-titolu tal-Anness VIII tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 jiġi kkoreġut biex jirreferi għat-“trattamenti ta’ mitigazzjoni tar-riskju għal prodotti li ma joriġinawx mill-annimali miż-żona ristretta”.

(21)

Għalhekk, ir-Regolament Delegat (UE) 2020/687 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament Delegat (UE) 2020/687 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 21(3), jiżdied il-punt (g) li ġej:

“(g)

stabbilimenti li jżommu sa 50 għasfur fil-magħluq, dment li ma jkollhom l-ebda kuntatt dirett jew indirett ma’ pollam jew ma’ stabbilimenti oħra li jżommu għasafar fil-magħluq.”;

(2)

l-Artikolu 28(3) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   L-awtorità kompetenti tal-istabbiliment tal-oriġini għandha tagħżel l-istabbiliment tad-destinazzjoni għall-movimenti minn jew lejn iż-żona ta’ protezzjoni. Jekk l-awtorità kompetenti tal-istabbiliment tal-oriġini tkun differenti mill-awtorità kompetenti tal-istabbiliment tad-destinazzjoni, trid tagħmel l-għażla b’kooperazzjoni mal-awtorità kompetenti tal-istabbiliment tad-destinazzjoni.”

;

(3)

fl-Artikolu 30(2), il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

ma jkun hemm ebda annimal miżmum ieħor tal-ispeċijiet elenkati fl-istabbiliment jew fl-unità epidemjoloġika tad-destinazzjoni;”;

(4)

l-Artikolu 39(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-awtorità kompetenti tista’ tneħħi l-miżuri previsti fit-Taqsimiet 1 u 2 ta’ dan il-Kapitolu biss jekk:

(a)

ikun għadda l-perjodu minimu stabbilit fl-Anness X wara d-data tat-tlestija tat-tindif u d-diżinfezzjoni preliminari u, fejn rilevanti, il-kontroll tal-insetti u tar-rodituri, imwettaq f’konformità mal-Artikolu 15 fl-istabbiliment affettwat; u

(b)

fl-istabbilimenti kollha li jżommu annimali tal-ispeċijiet elenkati fiż-żona ta’ protezzjoni, l-annimali tal-ispeċijiet elenkati jkunu għaddew, b’riżultati favorevoli, minn eżamijiet kliniċi u, meta jkunu meħtieġa, minn eżamijiet fil-laboratorju f’konformità mal-Artikolu 26.”;

(5)

l-Artikolu 43(3) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   L-awtorità kompetenti tal-istabbiliment tal-oriġini għandha tagħżel l-istabbiliment tad-destinazzjoni għall-movimenti minn jew lejn iż-żona ta’ sorveljanza. Jekk l-awtorità kompetenti tal-istabbiliment tal-oriġini tkun differenti mill-awtorità kompetenti tal-istabbiliment tad-destinazzjoni, trid tagħmel l-għażla b’kooperazzjoni mal-awtorità kompetenti tal-istabbiliment tad-destinazzjoni.”

;

(6)

l-Artikolu 46(1)(a) huwa emendat kif ġej:

(a)

is-sentenza introduttorja tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“lejn stabbilimenti fl-istess Stat Membru fejn kienu faqqsu minn bajd li oriġina minn stabbilimenti fiż-żona ristretta, jekk:”;

(b)

jiżdied il-punt (iii) li ġej:

“(iii)

il-mezz tat-trasport jiġi ssiġillat mill-awtorità kompetenti jew taħt is-superviżjoni tagħha fil-mument tat-tagħbija.”;

(7)

fl-Artikolu 46(2), il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

ma jkun hemm ebda annimal miżmum ieħor tal-ispeċijiet elenkati fl-istabbiliment jew fl-unità epidemjoloġika tad-destinazzjoni;”;

(8)

l-Artikolu 55(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-awtorità kompetenti tista’ tneħħi l-miżuri għall-kontroll tal-mard applikati fiż-żona ta’ sorveljanza skont it-Taqsimiet 1 u 3 biss jekk:

(a)

il-perjodu minimu stabbilit fl-Anness XI ikun għadda wara d-data tat-tlestija tat-tindif u d-diżinfezzjoni preliminari u, fejn rilevanti, il-kontroll tal-insetti u tar-rodituri, imwettqa f’konformità mal-Artikolu 15 fl-istabbiliment affettwat,

(b)

ir-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 39(1)(b) ġew issodisfati fiż-żona ta’ protezzjoni, u

(c)

għadd rappreżentattiv ta’ stabbilimenti li jżommu l-annimali tal-ispeċijiet elenkati jkunu għaddew, b’riżultati favorevoli, minn żjarat imwettqa minn veterinarji uffiċjali, f’konformità mal-Artikolu 41.”;

(9)

fl-Anness VII, l-ewwel tabella, relatata mal-laħam, mal-budellat u mal-ħalib, hija sostitwita bit-tabella stabbilita fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Ir-Regolament Delegat (UE) 2020/687 huwa kkoreġut kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 2(10), id-definizzjoni ta’ “budellat” tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“(10)

“budellat” tfisser il-boroż tal-awrina u l-intestini li wara t-tindif ikunu ġew ipproċessati bi brix tat-tessuti, tneħħija tax-xaħam u ħasil u li jkunu ġew ittrattati bil-melħ jew imnixxfin;

(2)

fl-Artikolu 52, il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c)

huma maħsubin biex jintużaw fiż-żona ta’ sorveljanza; jew”;

(3)

fl-Artikolu 59(2), il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

ma joriġinawx minn stabbiliment soġġett għar-restrizzjonijiet previsti fil-Kapitolu II; u”;

(4)

fl-Anness VI, it-tabella hija emendata kif ġej:

(a)

it-test fl-ewwel kolonna tal-għaxar ringiela tat-tabella huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Movimenti ta’ bajd għat-tifqis lejn u minn stabbilimenti fiż-żona ristretta”;

(b)

it-test fl-ewwel kolonna tal-aħħar ringiela tat-tabella huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Movimenti ta’ materjali tal-għalf li joriġinaw mill-pjanti u ta’ tiben miksuba miż-żona ristretta”;

(5)

fl-Anness VIII, it-titolu jiġi sostitwit b’li ġej:

“ TRATTAMENTI TA’ MITIGAZZJONI TAR-RISKJU GĦALL-PRODOTTI MHUX TA’ ORIĠINI MILL-ANNIMALI MIŻ-ŻONA RISTRETTA ”.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Jannar 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 64).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 tat-3 ta’ Diċembru 2018 dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard għal kategoriji ta’ mard elenkat u li jistabbilixxi lista ta’ speċijiet u gruppi ta’ speċijiet li jippreżentaw riskju konsiderevoli għat-tixrid ta’ dak il-mard elenkat (ĠU L 308, 4.12.2018, p. 21).

(4)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 379).

(5)   EFSA Journal 2022;20(8):7443.

(6)  WOAH Terrestrial Animal Health Code, 30th Edition, 2022. Volumes I and II, ISBN 978-92-95121-28-7; https://www.woah.org/en/what-we-do/standards/codes-and-manuals/terrestrial-code-online-access/


ANNESS

Fl-Anness VII tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, l-ewwel tabella, b’rabta mal-laħam, mal-ġlud u mal-ħalib, hija sostitwita b’dan li ġej:

“Trattament

FMD (1)

RP

RVFV

LSD

CBPP

SPGP

PPR

CCPP

CSF

ASF

AHS

HPAI

NCD

LAĦAM

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Trattament bis-sħana f’kontenitur issiġillat ermetikament, sakemm jinkiseb valur F0  (2) minimu ta’ 3

X

 

 

 

 

 

X

 

X

X

 

X

X

Trattament bis-sħana sakemm fil-qalba tinkiseb temperatura ta’ 80 °C

X

 

 

 

 

 

X

 

X

X

 

X

X

Trattament bis-sħana sakemm fil-qalba tinkiseb temperatura ta’ 70 °C

X

 

 

 

 

 

X

 

X

 

 

X

X

Trattament bis-sħana (għal laħam li diġà tneħħilu l-għadam u x-xaħam) sakemm fil-qalba tinkiseb temperatura ta’ 70 °C għal minimu ta’ 30 minuta

X

 

 

 

 

 

X

 

X

X

 

 

 

F’kontenitur issiġillat ermetikament, l-applikazzjoni ta’ temperatura ta’ 60 °C għal minimu ta’ 4 sigħat

X

 

 

 

 

 

X

 

X

X

 

 

 

Temperatura fil-qalba ta’ 73,9 °C għal minimu ta’ 0,51 sekonda (3)

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

X

Temperatura fil-qalba ta’ 70,0 °C għal minimu ta’ 3,5 sekondi (3)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

X

Temperatura fil-qalba ta’ 65,0 °C għal minimu ta’ 42 sekonda (3)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

X

Temperatura fil-qalba ta’ 60 °C għal minimu ta’ 507 sekondi (3)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

X

Trattament bis-sħana sabiex tinkiseb dessikazzjoni għal valuri massimi ta’ Aw ta’ 0,93 u pH ta’ 6

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Trattament bis-sħana sakemm fil-qalba tinkiseb temperatura ta’ 65 °C għal ħin biżżejjed biex jinkiseb valur minimu ta’ pasturizzazzjoni ta’ 40

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

Fermentazzjoni naturali u maturazzjoni għal-laħam bl-għadam: minimu ta’ 9 xhur, sabiex jinkisbu valuri massimi ta’ Aw ta’ 0,93 u pH ta’ 6

X

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

Fermentazzjoni naturali u maturazzjoni għal-laħam mingħajr għadam: minimu ta’ 9 xhur, sabiex jinkisbu valuri massimi ta’ Aw ta’ 0,93 u pH ta’ 6

X

 

 

 

 

 

 

 

X

X

 

 

 

Fermentazzjoni naturali għal-lojns: minimu ta’ 140 jum, sakemm jinkisbu valuri massimi ta’ Aw ta’ 0,93 u pH ta’ 6 (4)

 

 

 

 

 

 

 

 

X

X

 

 

 

Fermentazzjoni naturali għall-prieżet: minimu ta’ 190 jum, sakemm jinkisbu valuri massimi ta’ Aw ta’ 0,93 u pH ta’ 6 (4)

 

 

 

 

 

 

 

 

X

X

 

 

 

Tnixxif wara t-tmelliħ tal-prieżet bl-għadma stil Taljan: minimu ta’ 313-il jum  (4)

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

Tnixxif wara t-tmelliħ tal-prieżet u tal-lojns bl-għadma stil Spanjol  (4):

—

Prieżet Iberjani: minimu ta’ 252 jum

—

Spallejn Iberjani: minimu ta’ 140 jum

—

Lojns Iberjani: minimu ta’ 126 jum

—

Prieżet ta’ Serrano: minimu ta’ 140 jum

X

 

 

 

 

 

 

 

X

X

 

 

 

Maturazzjoni tal-karkassi f’temperatura minima ta’ 2 °C għal minimu ta’ 24 siegħa wara l-iskarnar

 

 

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Tneħħija tal-ġewwieni

 

 

 

X

X

X

 

X

 

 

 

 

 

BUDELLAT

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Tmelliħ bil-klorur tas-sodju (NaCl) niexef jew bħala salmura saturata (Aw < 0,80), għal perjodu kontinwu ta’ 30 jum jew iżjed f’temperatura ambjentali ta’ 20 C jew aktar

X

 

 

SC (5)

 

 

X

 

X

X

 

 

 

Tmelliħ b’melħ issupplimentat bil-fosfat 86,5 % NaCl, 10,7 % Na2HPO4 u 2,8 % Na3PO4 niexef jew bħala salmura saturata (Aw < 0,80), għal perjodu kontinwu ta’ 30 jum jew iżjed f’temperatura ambjentali ta’ 20 °C jew aktar

X

 

 

 

 

X

 

X

X

 

 

 

Tmelliħ bil-klorur tas-sodju (NaCl) għal minimu ta’ 30 jum (6)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Ibbliċjar (6)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Tnixxif (6)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

ĦALIB

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Trattament bis-sħana (proċess ta’ sterilizzazzjoni) sakemm jinkiseb valur F0 minimu ta’ 3

X

 

 

 

SC (5)

 

 

SC (5)

 

 

 

 

 

Trattament bis-sħana UHT (temperatura ultra għolja): Minimu ta’ 132 °C għal minimu ta’ sekonda

X

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

Trattament bis-sħana UHT (temperatura ultra għolja): Minimu ta’ 135 °C għal ħin adattat ta’ ħżin

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Trattament bis-sħana HTST (Pasturizzazzjoni f’temperatura għolja u għal ħin qasir) jekk il-pH tal-ħalib ikun inqas minn 7, minimu ta’ 72 °C għal minimu ta’ 15-il sekonda

X

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

Trattament bis-sħana HTST (Pasturizzazzjoni f’temperatura għolja u għal ħin qasir) jekk il-pH tal-ħalib ikun 7 jew ogħla, minimu ta’ 72 °C għal minimu ta’ 15-il sekonda, applikat darbtejn

X

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

Trattament bis-sħana HTST (Pasturizzazzjoni f’temperatura għolja u għal ħin qasir) ikkumbinat ma’ trattament fiżiku sabiex jinkiseb valur ta’ pH aktar baxx minn 6 għal minimu ta’ siegħa (1h) jew sakemm tinkiseb temperatura minima ta’ 72 °C, ikkumbinat mad-dessikazzjoni

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Pasturizzazzjoni li tikkonsisti minn trattament wieħed bis-sħana li jkollu effett mill-inqas ekwivalenti għal dak miksub bl-applikazzjoni ta’ temperatura ta’ 72 °C għal 15-il sekonda

X

 

X

X

X

 

 

 

 

 

 


(1)  L-abbrevjazzjonijiet tal-mard f’konformità mal-Anness II.

(2)  F0 huwa l-effett ikkalkulat li joqtol l-ispori batterjoloġiċi. Valur F0 ta’ 3 ifisser li l-aktar punt kiesaħ fil-prodott issaħħan biżżejjed biex laħaq l-istess effett mortali bħal ta’ 121 °C (250 °F) fi tliet minuti b’tisħin u tkessiħ istantanju.

(3)  Għal-laħam tal-pollam biss.

(4)  Għall-annimali porċini biss.

(5)  Komodità sikura.

(6)  Mhux għall-budellat tal-annimali bovini, ovini, kaprini u porċini.”