|
30.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 142/18 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10679 — TELEFONICA / PONTEGADEA / TELXIUS)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 142/07)
1.
Fit-22 ta’ Marzu 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Telefónica, S.A. (“Telefonica”, Spanja), |
|
— |
Pontegadea Inversiones, S.L. (“Pontegadea”, Spanja), |
|
— |
Telxius Telecom, S.A. (“Telxius”, Spanja), bħalissa kkontrollata bi sħab minn Telefonica u Taurus Bidco S.à.r.l. |
Telefónica u Pontegadea jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Telxius.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Telefónica: kumpanija tat-telekomunikazzjonijiet globali li tħaddem networks tat-telekomunikazzjonijiet fissi u taċ-ċellulari. Telefónica toffri servizzi tat-telefon ċellulari, telefonija fissa, internet u televiżjoni b’għadd ta’ ismijiet tad-ditta, fosthom Movistar, O2 u Vivo; |
|
— |
Pontegadea: attiva prinċipalment fis-settur tat-tessuti u f’investimenti tal-proprjetà immobbli; |
|
— |
Telxius: tħaddem network internazzjonali ta’ cables tal-fibra ottika taħt il-baħar b’kapaċità għolja, tipprovdi konnettività diretta għall-internet u toffri firxa ta’ servizzi ta’ kapaċità fin-network tagħha, bħalma huma konnessjonijiet minn punt għal punt b’bandwidth apposta. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi speċifikata dejjem:
M.10679 — TELEFONICA / PONTEGADEA / TELXIUS
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).