|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/7399 |
12.12.2024 |
DEĊIŻJONI TAS-SEGRETARJU ĠENERALI TAL-PARLAMENT EWROPEW
(C/2024/7399)
IS-SEGRETARJU ĠENERALI TAL-PARLAMENT EWROPEW
Wara li kkunsidra r-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-kondizzjonijiet ta’ impjieg ta’ aġenti oħra tal-Unjoni Ewropea stabbiliti mir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (1), kif emendat b’mod partikolari bir-Regolament (UE) Nru 1023/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2013 li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-UE u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra tal-UE (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 30 tar-Regolamenti tal-Persunal;
Wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Jannar 2014 dwar id-delega tas-setgħat tal-awtorità tal-ħatra (AIPN) u tal-awtorità awtorizzata biex tagħmel il-kuntratti tal-impjieg (AECE) u d-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-25 ta’ Settembru 2017 li temenda d-diviżjoni tas-setgħat tal-AIPN u l-AECE;
Wara li kkunsidra d-data ta’ skadenza, il-31 ta’ Diċembru 2024, tal-listi ta’ kandidati tal-Parlament Ewropew li ġejjin: AD/2/20, AD/3/20, AST/1/20, AST/2/20, AST-SC/1/20, PE/168/S, PE/186/S, PE/226/S–1, PE/226/S–2, PE/226/S–3, PE/226/S–4, PE/227/S, PE/228/S, PE/229/S–1, PE/229/S–2, PE/229/S–3, PE/232/S, PE/255/S u l-ADDENDUM tagħha, PE/257/S, P/2020/AD9 (P), P/2020/AD10 (P), P/2020/AST/6 (P), P/2020/AST/7 (P);
Wara li kkunsidra li ntużat għal kollox il-lista ta’ kandidati tal-Parlament Ewropew li ġejja: AD/1/21;
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Konġunt mogħtija waqt il-laqgħa tiegħu tas-16 ta’ Ottubru 2024;
IDDEĊIEDA
Artikolu 1
Il-perjodu ta’ validità tal-listi ta’ kandidati: AD/2/20, AST/2/20, AST-SC/1/20, PE/226/S–1, PE/226/S–2, PE/226/S–3, PE/226/S–4, PE/228/S, PE/229/S–1, PE/229/S–2, PE/229/S–3, PE/232/S, PE/257/S, P/2020/AD9 (P), P/2020/AD10 (P), P/2020/AST/6 (P), P/2020/AST/7 (P) huwa estiż sal-31 ta’ Diċembru 2025.
Artikolu 2
Il-perjodu ta’ validità tal-listi ta’ kandidati: AD/3/20, AST/1/20, PE/168/S, PE/186/S, PE/227/S, PE/255/S u l-ADDENDUM tagħha mhuwiex estiż.
Brussell, id-19 ta’ Novembru 2024.
Is-Segretarju Ġenerali
Alessandro CHIOCCHETTI
(1) ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1968/259(1)/oj.
(2) ĠU L 287, 29.10.2013, p. 15, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/1023/oj.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/7399/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)