5.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 413/12


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8731 — COMSA/Mirova/PGGM/Cedinsa Concessionària)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 413/10)

1.

Fl-24 ta’ Novembru 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

COMSA Concesiones SLU (“COMSA”), li hija proprjetà kollha kemm hi ta’ COMSA Corporación de Infrastructure, SL (Spanja),

—

Mirova Core Infrastructure SÀRL (“Mirova”), ikkontrollata minn Natixis Asset Management, li tappartjeni għall-Banque Populaire u Caisse d’Épargne Group (Franza),

—

Stichting Depositary PGGM Infrastructure Fund (“PGGM”), fil-kapaċità tagħha bħala s-sid titolari ta’ PGGM Infrastructure Fund (in-Netherlands)

—

Cedinsa Concessionària SA (“Cedinsa”, Spanja).

—

Meridiam Investments II, SAS (“Meridiam”, Franza).

—

Copcisa Concesiones, SL (“Copcisa”, Spanja).

COMSA, Mirova u PGGM jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ Cedinsa, flimkien mal-azzjonisti l-oħra ta’ Cedinsa, jiġifieri Meridiam u Copcisa

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal COMSA: infrastrutturi u s-settur tal-inġinerija,

—   għal Mirova: soluzzjonijiet ta’ ġestjoni tal-portafoll immirati biex jgħaqdu l-ħolqien tal-valur u l-iżvilupp sostenibbli.

—   għal PGGM: jipprovdi servizzi tal-pensjonijiet, billi jispeċjalizza fl-amministrazzoni ta’ pensjonijiet kollettivi u li jinkludi l-ġestjoni tal-assi.

—   għal Cedinsa: kumpanija azzjonarja b’sussidjarji attivi fil-qasam tal-konċessjonijiet tal-infrastruttura, b’mod partikulari konċessjonijiet tal-pedaġġi tal-motorway

—   għal Meridiam: il-ġestjoni ta’ investimenti tal-infrastruttura

—   għal Copcisa: il-kostruzzjoni, konċessjonijiet ta’ xogħlijiet pubbliċi u l-iżvilupp ta’ proprjetà immobbli

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.8731 — COMSA/Mirova/PGGM/Cedinsa Concessionària

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.