6.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 5/31


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/62

tal-5 ta’ Jannar 2023

li jikkoreġi l-verżjoni bil-lingwa Pollakka tar-Regolament (UE) Nru 1300/2014 dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-interoperabbiltà relatati mal-aċċessibbiltà tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni għall-persuni b’diżabbiltà u għall-persuni b’mobbiltà mnaqqsa

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(11) tagħha,

Billi:

(1)

Il-verżjoni bil-lingwa Pollakka tal-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1300/2014 (2) fiha żball fil-punt 4.2.1.4, is-subpunt (2) li jwessa’ l-kamp ta’ applikazzjoni tar-rekwiżit stabbilit f’dik id-dispożizzjoni.

(2)

Għalhekk, jenħtieġ li l-verżjoni bil-lingwa Pollakka tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 1300/2014 tiġi korretta skont dan. Il-verżjonijiet bil-lingwi l-oħra mhumiex affettwati.

(3)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 51(1) tad-Direttiva (UE) 2016/797, mogħtija fit-30 ta’ Jannar 2014,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

(ma japplikax għal-lingwa Maltija)

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Jannar 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 138, 26.5.2016, p. 44.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1300/2014 tat-18 ta’ Novembru 2014 dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-interoperabbiltà relatati mal-aċċessibbiltà tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni għall-persuni b’diżabbiltà u għall-persuni b’mobbiltà mnaqqsa (ĠU L 356, 12.12.2014, p. 110).