|
12.4.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 114/1 |
REGOLAMENT (UE) 2022/590 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-6 ta’ April 2022
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 138/2004 dwar il-kontijiet ekonomiċi reġjonali għall-agrikoltura
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 338(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,
Waqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (1),
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jistabbilixxi s-Sistema Ewropea tal-Kontijiet 2010 (“ESA 2010”) u fih il-qafas ta’ referenza ta’ standards komuni, id-definizzjonijiet, il-klassifikazzjonijiet u r-regoli tal-kontabbiltà għat-tfassil tal-kontijiet tal-Istati Membri għar-rekwiżiti statistiċi tal-Unjoni. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 138/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jistabbilixxi l-kontijiet ekonomiċi għall-agrikoltura (“EAA” — economic accounts for agriculture) fl-Unjoni billi jipprevedi l-metodoloġija u l-limiti ta’ żmien għat-trażmissjoni tal-kontijiet agrikoli. L-EAA huma kontijiet satellita ta’ kontijiet nazzjonali, kif previst mill-ESA 2010, bil-għan li jinkisbu riżultati li huma armonizzati u komparabbli bejn l-Istati Membri sabiex jitfasslu l-kontijiet għall-finijiet tal-Unjoni. Fl-2016, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri ppubblikat ir-Rapport Speċjali Nru 1/2016 bit-titlu “Is-sistema tal-Kummissjoni għall-kejl tal-prestazzjoni fir-rigward tal-introjtu tal-bdiewa hija mfassla b’mod tajjeb u bbażata fuq data soda?”. Dak ir-rapport jinkludi osservazzjonijiet u rakkomandazzjonijiet validi u rilevanti fir-rigward tal-EAA u r-Regolament (KE) Nru 138/2004. |
|
(3) |
Il-kontijiet ekonomiċi reġjonali għall-agrikoltura (“REAA” — regional economic accounts for agriculture) huma adattament fil-livell reġjonali tal-EAA. Iċ-ċifri nazzjonali waħedhom ma jistgħux jiżvelaw l-istampa sħiħa u xi kultant kumplessa ta’ dak li qed jiġri f’livell aktar dettaljat. Għalhekk, id-data fil-livell reġjonali tgħin biex jiżdied il-fehim tad-diversità li teżisti bejn ir-reġjuni, biex tiġi kkomplementa l-informazzjoni għall-Unjoni, iż-żona tal-euro u l-Istati Membri individwali, filwaqt li tirrispondi għaż-żieda akbar fil-bżonn tal-istatistika għall-akkontabilità, u ttejjeb il-livell tal-armonizzazzjoni, l-effiċjenza u l-konsistenza tal-istatistiċi agrikoli tal-Unjoni. Għalhekk, ir-REAA jeħtieġ li jiġu integrati fir-Regolament (KE) Nru 138/2004 f’termini ta’ metodoloġija u tal-programm tat-trażmissjoni ta’ data. |
|
(4) |
L-istatistika ma għadhiex titqies bħala wieħed biss minn ħafna sorsi ta’ informazzjoni għal skopijiet ta’ tfassil tal-politika, iżda, minflok, għandha rwol ċentrali fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet. It-teħid tad-deċiżjonijiet abbażi tal-evidenza jeħtieġ statistika li tissodisfa kriterji ta’ kwalità għolja, kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), skont l-għanijiet li jkunu qegħdin iservu. |
|
(5) |
Data statistika ta’ kwalità għolja fil-livell reġjonali hija għodda ċentrali għall-implimentazzjoni, il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni, ir-rieżami u l-valutazzjoni tal-impatt ekonomiku, ambjentali u soċjali tal-politiki relatati mal-agrikoltura fl-Unjoni, b’mod partikolari l-politika agrikola komuni (“PAK”), inklużi l-miżuri ta’ żvilupp rurali, il-mudell ta’ implimentazzjoni ġdid tal-PAK u l-Pjanijiet Strateġiċi nazzjonali, kif ukoll il-politiki tal-Unjoni relatati, fost l-oħrajn, mal-ambjent, it-tibdil fil-klima, il-bijodiversità, l-ekonomija ċirkolari, l-użu tal-art, l-iżvilupp reġjonali ekwilibrat u sostenibbli, is-saħħa pubblika, il-benessri tal-annimali, is-sikurezza u s-sigurtà tal-ikel u l-għanijiet ta’ żvilupp sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti. Ir-REAA huma kruċjali wkoll għall-valutazzjoni preċiża tal-kontribut tas-settur agrikolu għall-kisba tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, b’mod partikolari l-Istrateġija mill-Għalqa sal-Platt u l-istrateġija għall-bijodiversità tal-Unjoni. Ir-rikonoxximent tar-rwol tar-reġjuni u tad-data reġjonali fl-implimentazzjoni tal-PAK qed jiżdied. Ir-reġjuni jirrappreżentaw xprun importanti għall-impjiegi u t-tkabbir ekonomiku sostenibbli fl-Unjoni u jipprovdu data aħjar għall-valutazzjoni tas-sostenibbiltà tas-settur agrikolu għall-ambjent, in-nies, ir-reġjuni u l-ekonomija. |
|
(6) |
Skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), il-pubbliku għandu jingħata aċċess għad-data miġbura skont dan ir-Regolament li ma ġietx ippubblikata. |
|
(7) |
Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 jipprevedi qafas legali għall-istatistika Ewropea u jirrikjedi lill-Istati Membri jikkonformaw mal-prinċipji tal-istatistika u l-kriterji ta’ kwalità stabbiliti f’dak ir-Regolament. Ir-rapporti dwar il-kwalità huma essenzjali għall-valutazzjoni, it-titjib u l-komunikazzjoni dwar il-kwalità tal-istatistika Ewropea. Il-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika (“ESSC”) approva l-istruttura unika integrata tal-metadata bħala l-istandard tas-Sistema Statistika Ewropea għar-rapportar dwar il-kwalità, u b’hekk għen biex jiġu ssodisfati, permezz ta’ standards uniformi u metodi armonizzati, ir-rekwiżiti tal-kwalità tal-istatistika stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 223/2009, b’mod partikolari dawk stipulati fl-Artikolu 12(3) tiegħu. Ir-riżorsi jenħtieġ li jintużaw bl-aħjar mod u l-piż tar-rispons jenħtieġ li jiġi minimizzat. |
|
(8) |
Biex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-arranġamenti għar-rapporti dwar il-kwalità u għall-kontenut tagħhom. Il-Kummissjoni jenħtieġ ukoll li tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni fir-rigward ta’ derogi possibbli mir--rekwiżiti REAA. Jenħtieġ li dawn is-setgħat jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). |
|
(9) |
Il-EAA jipprovdu data makroekonomika annwali importanti lil dawk li jfasslu l-politika Ewropea tliet darbiet fis-sena, kif previst fl-Anness II għal dan ir-Regolament. L-iskadenza attwali tat-trażmissjoni għat-tieni stimi tal-EAA, waħda minn dawk it-tliet trażmissjonijiet ta’ data li għandhom isiru kull sena, ma tipprovdix ħafna żmien wara t-tmiem tal-perjodu ta’ referenza biex tinġabar data mtejba meta mqabbla mad-data pprovduta għall-ewwel stimi tal-EAA. Sabiex titjieb il-kwalità tat-tieni stimi tal-EAA, l-iskadenza tat-trażmissjoni trid tiġi posposta bi ftit. |
|
(10) |
Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 138/2004 jenħtieġ li jiġi emendat bix-xieraq. |
|
(11) |
Minħabba li l-għan ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri l-integrazzjoni tar-REAA fil-qafas legali attwali għall-istatistika Ewropea dwar l-EAA, ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jistgħu pjuttost, minħabba, għal raġunijiet ta’ konsistenza u komparabbiltà, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan. |
|
(12) |
Il-ESSC ġie kkonsultat, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 138/2004 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Fl-Artikolu 3, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “2 L-ewwel trażmissjoni tad-data għandha sseħħ f’Novembru 2003. Madankollu, l-ewwel trażmissjoni ta’ data għall-kontijiet ekonomiċi reġjonali għall-agrikoltura (‘REAA’ — regional economic accounts for agriculture) fil-livell NUTS 2 fis-sens tar-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1) għandha ssir sat-30 ta’ Settembru 2023. (*1) Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1).”;" |
|
(2) |
Jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin: “Artikolu 3a Id-disseminazzjoni tal-istatistika Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*2) u r-Regolament (KE) Nru 223/2009, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tiddissemina online d-data trażmessa lilha skont l-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament, mingħajr ħlas. Artikolu 3b Valutazzjoni tal-Kwalità 1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw il-kwalità tad-data u tal-metadata trażmessa. 2. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-kriterji tal-kwalità stabbiliti fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 għandhom japplikaw għad-data li għandha tiġi trażmessa skont l-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament. 3. Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tivvaluta l-kwalità tad-data trażmessa. Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom jibagħtu rapport dwar il-kwalità lill-Kummissjoni (Eurostat), għall-ewwel darba sal-31 ta’ Diċembru 2025, u kull ħames snin minn hemm ‘il quddiem, għas-settijiet ta’ data trażmessi matul il-perjodu ta’ rappurtaġġ. 4. Fl-applikazzjoni tal-kriterji ta’ kwalità stabbiliti fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 għad-data li tiġi trażmessa skont l-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tiddefinixxi l-modalitajiet, l-istruttura u l-indikaturi tal-valutazzjoni tar-rapporti dwar il-kwalità msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 4a(2) ta’ dan ir-Regolament. Huma ma għandhomx jimponu piż jew spiża addizzjonali li jkunu sinifikanti fuq l-Istati Membri. 5. L-Istati Membri għandhom jipprovdu mingħajr dewmien lill-Kummissjoni (Eurostat) kwalunkwe informazzjoni jew bidla fir-rigward tal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament li jistgħu, b’xi mod sostanzjali, jinfluwenzaw il-kwalità tad-data trażmessa. 6. Fuq talba debitament ġustifikata tal-Kummissjoni (Eurostat), l-Istati Membri għandhom, mingħajr dewmien, jipprovdu kwalunkwe kjarifika addizzjonali meħtieġa biex tivvaluta l-kwalità tad-data statistika. (*2) Ir-Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Settembru 2006 dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (ĠU L 264, 25.9.2006, p. 13).”;" |
|
(3) |
Jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin: “Artikolu 4a Proċedura ta’ Kumitat 1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 223/2009. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. 2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. Artikolu 4b Derogi 1. Fejn l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament tkun teħtieġ adattamenti kbar f’sistema nazzjonali tal-istatistika ta’ Stat Membru fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Kapitolu VII tal-Anness I, u tal-programm ta’ trażmissjoni ta’ data għar-REAA kif imsemmi fl-Anness II, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jagħtu derogi lil dak l-Istat Membru għal perjodu massimu ta’ sentejn. L-ewwel data għat-trażmissjoni tad-data għar-REAA ma għandha, madankollu, f’ebda każ tmur lil hinn mit-30 ta’ Settembru 2025. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 4a(2). 2. L-Istat Membru li jiddeċiedi li japplika għal deroga msemmija fil-paragrafu 1 għandu jippreżenta talba debitament motivata għal tali deroga lill-Kummissjoni sal-21 ta’ Awwissu 2022. 3. L-Unjoni tista’ tipprovdi kontribwiti finanzjarji mill-baġit ġenerali tal-Unjoni lill-istituti nazzjonali tal-istatistika u lil awtoritajiet nazzjonali oħra msemmija fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 sabiex jiġu koperti l-ispejjeż tal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament meta l-istabbiliment tar-REAA jkun jeħtieġ l-adattament kbar fis-sistema statistika nazzjonali ta’ Stat Membru.”; |
|
(4) |
L-Anness I huwa emendat skont l-Anness I ta’ dan ir-Regolament; |
|
(5) |
L-Anness II huwa sostiwit bit-test li jinsab fl-Anness II għal dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, is-6 ta’ April 2022.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
R. METSOLA
Għall-Kunsill
Il-President
C. BEAUNE
(1) Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta’ Marzu 2022 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-29 ta’ Marzu 2022.
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 174, 26.6.2013, p. 1).
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 138/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Diċembru 2003 dwar il-kontijiet ekonomiċi għall-agrikoltura fil-Komunità (ĠU L 33, 5.2.2004, p. 1).
(4) Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta’ data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 dwar Statistika tal-Komunità, u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164).
(5) Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni ( ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).
(6) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
ANNESS I
L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 138/2004 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Fit-taqsima “Werrej”, jiżdied il-kapitolu li ġej:
|
|
(2) |
Fil-punt 1.27, it-tielet inċiż huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(3) |
Il-punt 2.006 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(4) |
Fil-punt 2.108, il-punt (g) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(5) |
Fil-punt 2.136, it-tielet inċiż huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(6) |
Jiżdied il-kapitolu li ġej: “VII. KONTIJIET EKONOMIĊI REĠJONALI GĦALL-AGRIKOLTURA (‘REAA’) A. PRINĊIPJI ĠENERALI 1. Introduzzjoni
2. Ekonomija reġjonali, territorju reġjonali
3. Unità bażika fil-kompilazzjoni tar-REAA
4. Metodi ta’ kompilar tar-REAA
5. Kunċetti ta’ residenza u territorju
6. L-industrija agrikola u l-unitajiet karatteristiċi
B. TRANŻAZZJONIJIET FI PRODOTTI
1. L-output (a) Il-kejl tal-output
(b) Valwazzjoni tal-output
2. Il-konsum intermedju (a) Definizzjoni
(b) L-ivvalutar tal-konsum intermedju
3. Il-formazzjoni grossa ta’ kapital
(a) Il-GFCF
(b) Bidliet fl-inventarji
C. TRANŻAZZJONIJIET DISTRIBUTTIVI U FLUSSI OĦRAJN
1. Regoli ġenerali
2. Valur miżjud (a) Regoli ġenerali
(b) Valwazzjoni tal-valur miżjud
3. Konsum ta’ kapital fiss
4. Sussidji
5. Taxxi
6. Kumpens lill-impjegati
7. Surplus operatorju nett
8. Imgħax, renti
9. Introjtu intraprenditorjali agrikolu: regoli ġenerali tal-kalkolu
D. ĦARSA ĦAFIFA LEJN L-IMPLIMENTAZZJONI 1. Introduzzjoni
2. Id-definizzjoni tal-agrikoltura reġjonali
3. Il-kejl tal-output agrikolu
4. Attivitajiet sekondarji mhux agrikoli inseparabbli
5. Il-konsum intermedju
(*1) Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1)." (*2) Sakemm il-bejgħ u x-xiri korrispondenti jaqgħu fl-istess perjodu tal-ikkontjar." (*3) Ix-xiri ta’ annimal qatt ma għandu jiġi rreġistrat bħala konsum intermedju (bażikament, huwa akkwist ta’ xogħol li għadu għaddej, cf. 2.067) u l-kalkolu tal- output tal-annimali jista’ jiġi kkalkulat biss indirettament, fuq il-bażi tal-bejgħ, il-GFCF u t-tibdil fl-istokk." (*4) Skont il-metodu użat, il-konsum fi ħdan l-unità għandu jiġi aġġustat għall-valuri tal-EAA." (*5) Il-prodotti agrikoli importati (ħlief l-annimali) huma esklużi.”." |
(*1) Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1).
(*2) Sakemm il-bejgħ u x-xiri korrispondenti jaqgħu fl-istess perjodu tal-ikkontjar.
(*3) Ix-xiri ta’ annimal qatt ma għandu jiġi rreġistrat bħala konsum intermedju (bażikament, huwa akkwist ta’ xogħol li għadu għaddej, cf. 2.067) u l-kalkolu tal- output tal-annimali jista’ jiġi kkalkulat biss indirettament, fuq il-bażi tal-bejgħ, il-GFCF u t-tibdil fl-istokk.
(*4) Skont il-metodu użat, il-konsum fi ħdan l-unità għandu jiġi aġġustat għall-valuri tal-EAA.
(*5) Il-prodotti agrikoli importati (ħlief l-annimali) huma esklużi.”.”
ANNESS II
“ANNESS II
IL-PROGRAMM TAT-TRAŻMISSJONI TAD-DATA
Għal kull wieħed mill-oġġetti ta’ output (l-entrati 01 sa 18, inklużi s-subentrati), il-valur bil-prezzijiet bażiċi kif ukoll il-komponenti tiegħu (il-valur skont il-prezzijiet tal-produttur, is-sussidji fuq il-prodotti u t-taxxi fuq il-prodotti) għandhom jiġu trażmessi.
Id-data għall-kont tal-produzzjoni u għall-formazzjoni grossa tal-kapital fiss (“GFCF”) għandha tiġi trasmessa kemm skont il-prezzijiet attwali kif ukoll skont dawk tas-sena preċedenti.
Il-valuri kollha għandhom jiġu espressi f’miljuni ta’ unitajiet tal-munita nazzjonali. L-input tax-xogħol għandu jiġi espress f’1 000 unità ta’ xogħol annwali.
Id-data għall-kontijiet ekonomiċi reġjonali għall-agrikoltura (“REAA”) għandha tiġi pprovduta fil-livell NUTS 2 u tiġi trażmessa bil-prezzijiet attwali biss.
1. Kont tal-produzzjoni
|
|
|
Trasmissjoni li tikkonċerna s-sena ta’ referenza n |
|||||
|
a |
b |
c |
d |
||||
|
Entrata |
Lista ta’ varjabbli |
Novembru sena n (estimi tal-EAA) |
Marzu sena n+1 (estimi tal-EAA) |
Settembru sena n+1 (data tal-EAA) |
Settembru sena n+2 (data tar-REAA) |
||
|
01 |
ĊEREALI (inkluż żrieragħ) |
X |
X |
X |
X |
||
|
01.1 |
Qamħ u farru |
X |
X |
X |
X |
||
|
01.1/1 |
Qamħ artab u farru artab |
— |
— |
X |
X |
||
|
01.1/2 |
Qamħ durum |
— |
— |
X |
X |
||
|
01.2 |
Segala u meslin |
X |
X |
X |
X |
||
|
01.3 |
Xgħir |
X |
X |
X |
X |
||
|
01.4 |
Ħafur u taħlit ta’ ċereali tas-sajf |
X |
X |
X |
X |
||
|
01.5 |
Żerriegħa tal-qamħirrum |
X |
X |
X |
X |
||
|
01.6 |
Ross |
X |
X |
X |
X |
||
|
01.7 |
Ċereali oħrajn |
X |
X |
X |
X |
||
|
02 |
GĦELEJJEL INDUSTRIJALI |
X |
X |
X |
X |
||
|
02.1 |
Żrieragħ taż-żejt u frott taż-żejt (inkluż żrieragħ) |
X |
X |
X |
X |
||
|
02.1/1 |
Żerriegħa tal-kolza u tan-nevew |
— |
— |
X |
X |
||
|
02.1/2 |
Ġirasol |
— |
— |
X |
X |
||
|
02.1/3 |
Sojja |
— |
— |
X |
X |
||
|
02.1/4 |
Prodotti żejtnin oħrajn |
— |
— |
X |
X |
||
|
02.2 |
Għelejjel tal-proteini (inkluż iż-żrieragħ) |
X |
X |
X |
X |
||
|
02.3 |
Tabakk mhux maħdum |
X |
X |
X |
X |
||
|
02.4 |
Pitrava ħelwa |
X |
X |
X |
X |
||
|
02.5 |
Għelejjel industrijali oħrajn |
X |
X |
X |
X |
||
|
02.5/1 |
Pjanti tal-fibra |
— |
— |
X |
— |
||
|
02.5/2 |
Ħops |
— |
— |
X |
— |
||
|
02.5/3 |
Għelejjel industrijali oħrajn: oħrajn |
— |
— |
X |
— |
||
|
03 |
PJANTI TAL-FORAĠĠ |
X |
X |
X |
X |
||
|
03.1 |
Qamħirrum għall-għalf |
— |
— |
X |
X |
||
|
03.2 |
Għelejjel b’għerq li jintuża bħala għalf (inkluż pitravi għall-foraġġ) |
— |
— |
X |
X |
||
|
03.3 |
Pjanti tal-foraġġ oħrajn |
— |
— |
X |
X |
||
|
04 |
PRODOTTI TAL-ĦAXIX U ORTIKULTURALI |
X |
X |
X |
X |
||
|
04.1 |
Ħaxix frisk |
X |
X |
X |
X |
||
|
04.1/1 |
Pastard |
— |
— |
X |
— |
||
|
04.1/2 |
Tadam |
— |
— |
X |
— |
||
|
04.1/3 |
Ħaxix frisk ieħor |
— |
— |
X |
— |
||
|
04.2 |
Pjanti u fjuri |
X |
X |
X |
X |
||
|
04.2/1 |
Mixtli |
— |
— |
X |
— |
||
|
04.2/2 |
Pjanti u fjuri ornamentali (inkluż siġar tal-Milied) |
— |
— |
X |
— |
||
|
04.2/3 |
Pjantaġġuni |
— |
— |
X |
— |
||
|
05 |
PATATA (inkluż żrieragħ) |
X |
X |
X |
X |
||
|
06 |
FROTT |
X |
X |
X |
X |
||
|
06.1 |
Frott frisk |
X |
X |
X |
X |
||
|
06.1/1 |
Tuffieħ għad-deżerta |
— |
— |
X |
— |
||
|
06.1/2 |
Lanġas għad-deżerta |
— |
— |
X |
— |
||
|
06.1/3 |
Ħawħ |
— |
— |
X |
— |
||
|
06.1/4 |
Frott frisk ieħor |
— |
— |
X |
— |
||
|
06.2 |
Frott taċ-ċitru |
X |
X |
X |
X |
||
|
06.2/1 |
Larinġ ħelu |
— |
— |
X |
— |
||
|
06.2/2 |
Mandolin |
— |
— |
X |
— |
||
|
06.2/3 |
Lumi |
— |
— |
X |
— |
||
|
06.2/4 |
Frott taċ-ċitru ieħor |
— |
— |
X |
— |
||
|
06.3 |
Frott tropikali |
X |
X |
X |
X |
||
|
06.4 |
Għeneb |
X |
X |
X |
X |
||
|
06.4/1 |
Għeneb għad-deżerta |
— |
— |
X |
— |
||
|
06.4/2 |
Għeneb ieħor |
— |
— |
X |
— |
||
|
06.5 |
Żebbuġ |
X |
X |
X |
X |
||
|
06.5/1 |
Żebbuġ tal-mejda |
— |
— |
X |
— |
||
|
06.5/2 |
Żebbuġ ieħor |
— |
— |
X |
— |
||
|
07 |
INBID |
X |
X |
X |
X |
||
|
07.1 |
Inbid tal-mejda |
— |
— |
X |
— |
||
|
07.2 |
Inbid ta’ kwalità |
— |
— |
X |
— |
||
|
08 |
ŻEJT TAŻ-ŻEBBUĠA |
X |
X |
X |
X |
||
|
09 |
GĦELEJJEL OĦRAJN |
X |
X |
X |
X |
||
|
09.1 |
Materjali tal-ħaxix użati primarjament għall-immaljar |
— |
— |
X |
— |
||
|
09.2 |
Żrieragħ |
— |
— |
X |
— |
||
|
09.3 |
Għelejjel oħrajn: oħrajn |
— |
— |
X |
— |
||
|
10 |
L-OUTPUT TAL-GĦELEJJEL (01 SA 09) |
X |
X |
X |
X |
||
|
11 |
ANNIMALI |
X |
X |
X |
X |
||
|
11.1 |
Bhejjem tal-ifrat |
X |
X |
X |
X |
||
|
11.2 |
Majjali |
X |
X |
X |
X |
||
|
11.3 |
Ekwini |
X |
X |
X |
X |
||
|
11.4 |
Nagħaġ u mogħoż |
X |
X |
X |
X |
||
|
11.5 |
Tjur tat-trobbija |
X |
X |
X |
X |
||
|
11.6 |
Annimali oħra |
X |
X |
X |
X |
||
|
12 |
PRODOTTI TAL-ANNIMALI |
X |
X |
X |
X |
||
|
12.1 |
Ħalib |
X |
X |
X |
X |
||
|
12.2 |
Bajd |
X |
X |
X |
X |
||
|
12.3 |
Prodotti tal-annimali oħrajn |
X |
X |
X |
X |
||
|
12.3/1 |
Suf mhux maħdum |
— |
— |
X |
— |
||
|
12.3/2 |
Fsiedaq tad-dudu tal-ħarir |
— |
— |
X |
— |
||
|
12.3/3 |
Prodotti tal-annimali oħrajn: oħrajn |
— |
— |
X |
— |
||
|
13 |
OUTPUT TAL-ANNIMALI (11+12) |
X |
X |
X |
X |
||
|
14 |
OUTPUT TA’ OĠĠETTI AGRIKOLI (10+13) |
X |
X |
X |
X |
||
|
15 |
OUTPUT TA’ SERVIZZI AGRIKOLI |
X |
X |
X |
X |
||
|
15.1 |
Servizzi agrikoli |
— |
— |
X |
— |
||
|
15.2 |
Kiri ta’ kwoti tal-ħalib |
— |
— |
X |
— |
||
|
16 |
OUTPUT AGRIKOLU (14+15) |
X |
X |
X |
X |
||
|
17 |
ATTIVITAJIET SEKONDARJI MHUX AGRIKOLI (INSEPARABBLI) |
X |
X |
X |
X |
||
|
17.1 |
L-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli |
X |
X |
X |
X |
||
|
17.2 |
Attivitajiet sekondarji inseparabbli oħrajn (oġġetti u servizzi) |
X |
X |
X |
X |
||
|
18 |
OUTPUT TAL-INDUSTRIJA AGRIKOLA (16+17) |
X |
X |
X |
X |
||
|
19 |
IL-KONSUM INTERMEDJU TOTALI |
X |
X |
X |
X |
||
|
19.01 |
L-inventarju taż-żrieragħ u t-twaħħil |
X |
X |
X |
X |
||
|
19.02 |
Enerġija; lubrikanti |
X |
X |
X |
X |
||
|
19.02/1 |
|
— |
— |
X |
— |
||
|
19.02/2 |
|
— |
— |
X |
— |
||
|
19.02/3 |
|
— |
— |
X |
— |
||
|
19.02/4 |
|
— |
— |
X |
— |
||
|
19.03 |
Fertilizzanti u tejjieba tal-ħamrija |
X |
X |
X |
X |
||
|
19.04 |
Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u pestiċidi |
X |
X |
X |
X |
||
|
19.05 |
Spejjeż veterinarji |
X |
X |
X |
X |
||
|
19.06 |
Għalf għall-annimali |
X |
X |
X |
X |
||
|
19.06/1 |
|
X |
X |
X |
X |
||
|
19.06/2 |
|
X |
X |
X |
X |
||
|
19.06/3 |
|
X |
X |
X |
X |
||
|
19.07 |
Manutenzjoni ta’ materjali |
X |
X |
X |
X |
||
|
19.08 |
Manutenzjoni ta’ bini |
X |
X |
X |
X |
||
|
19.09 |
Servizzi agrikoli |
X |
X |
X |
X |
||
|
19.10 |
Servizzi finanzjarji intermedji mkejla b’mod indirett (fisim) |
X |
X |
X |
X |
||
|
19.11 |
Oġġetti u servizzi oħrajn |
X |
X |
X |
X |
||
|
20 |
IL-VALUR MIŻJUD GROSS BI PREZZIJIET BAŻIĊI (18-19) |
X |
X |
X |
X |
||
|
21 |
KONSUM TA’ KAPITAL FISS |
X |
X |
X |
X |
||
|
21.1 |
Apparat |
— |
— |
X |
— |
||
|
21.2 |
Bini |
— |
— |
X |
— |
||
|
21.3 |
Pjantaġġuni |
— |
— |
X |
— |
||
|
21.4 |
Oħrajn |
— |
— |
X |
— |
||
|
22 |
VALUR MIŻJUD NETT BI PREZZIJIET BAŻIĊI (20-21) |
X |
X |
X |
X |
||
2. Kont tal-ġenerazzjoni tad-dħul
|
|
|
Trasmissjoni li tikkonċerna s-sena ta’ referenza n |
|||
|
a |
b |
c |
d |
||
|
Entrata |
Lista ta’ varjabbli |
Novembru sena n (estimi tal-EAA) |
Marzu sena n+1 (estimi tal-EAA) |
Settembru sena n+1 (data tal-EAA) |
Settembru sena n+2 (data tar-REAA) |
|
23 |
KUMPENS LILL-IMPJEGATI |
X |
X |
X |
X |
|
24 |
TAXXI OĦRAJN FUQ IL-PRODUZZJONI |
X |
X |
X |
X |
|
25 |
SUSSIDJI OĦRAJN FUQ IL-PRODUZZJONI |
X |
X |
X |
X |
|
26 |
INTROJTU TAL-FATTUR (22-24+25) |
X |
X |
X |
X |
|
27 |
SURPLUS OPERATORJU / INTROJTU MĦALLAT (22-23-24+25) |
X |
X |
X |
X |
3. Il-kont tal-introjtu intraprenditorjali
|
|
|
Trasmissjoni li tikkonċerna s-sena ta’ referenza n |
|||
|
a |
b |
c |
d |
||
|
Entrata |
Lista ta’ varjabbli |
Novembru sena n (estimi tal-EAA) |
Marzu sena n+1 (estimi tal-EAA) |
Settembru sena n+1 (data tal-EAA) |
Settembru sena n+2 (data tar-REAA) |
|
28 |
RENTI U IMPOSTI OĦRAJN GĦALL-KIRI TA’ PROPRJETÀ IMMOBBLI LI JRIDU JITĦALLSU |
X |
X |
X |
X |
|
29 |
IMGĦAX PAGABBLI |
X |
X |
X |
X |
|
30 |
IMGĦAX RIĊEVIBBLI |
X |
X |
X |
X |
|
31 |
INTROJTU INTRAPRENDITORJALI (27-28-29+30) |
X |
X |
X |
X |
4. Elementi tal-kont kapitali
|
|
|
Trasmissjoni li tikkonċerna s-sena ta’ referenza n |
|||
|
a |
b |
c |
d |
||
|
Entrata |
Lista ta’ varjabbli |
Novembru sena n (estimi tal-EAA) |
Marzu sena n+1 (estimi tal-EAA) |
Settembru sena n+1 (data tal-EAA) |
Settembru sena n+2 (data tar-REAA) |
|
32 |
GFCF FI PRODOTTI AGRIKOLI |
— |
— |
X |
X |
|
32.1 |
GFCF fi pjantaġġuni |
— |
— |
X |
— |
|
32.2 |
GFCF tal-annimali |
— |
— |
X |
— |
|
33 |
GFCF FI PRODOTTI MHUX AGRIKOLI |
— |
— |
X |
X |
|
33.1 |
GFCF f’materjali |
— |
— |
X |
— |
|
33.2 |
GFCF f’bini |
— |
— |
X |
— |
|
33.3 |
GFCF oħra |
— |
— |
X |
— |
|
34 |
GFCF (MINBARRA L-VAT DEDUĊIBBLI) (32+33) |
— |
— |
X |
X |
|
35 |
FORMAZZJONI TA’ KAPITAL FISS NETT (MINBARRA L-VAT DEDUĊIBBLI) (34-21) |
— |
— |
X |
X |
|
36 |
BIDLIET FL-INVENTARJI |
— |
— |
X |
X |
|
37 |
TRASFERIMENTI KAPITALI |
— |
— |
X |
X |
|
37.1 |
Sovvenzjonijiet ta’ investiment |
— |
— |
X |
— |
|
37.2 |
Trasferimenti kapitali oħrajn |
— |
— |
X |
— |
5. L-input tax-xogħol agrikolu
|
|
|
Trasmissjoni li tikkonċerna s-sena ta’ referenza n |
||
|
a |
b |
c |
||
|
Entrata |
Lista ta’ varjabbli |
Novembru sena n (estimi tal-EAA) |
Marzu sena n+1 (estimi tal-EAA) |
Settembru sena n+1 (data tal-EAA) |
|
38 |
INPUT TAX-XOGĦOL AGRIKOLU TOTALI |
X |
X |
X |
|
38.1 |
Input tax-xogħol agrikolu mhux b’salarju |
X |
X |
X |
|
38.2 |
L-input tax-xogħol agrikolu b’salarju |
X |
X |
X |