Official Journal L 151 , 26/06/1996 P. 0006 - 0008
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1140/96 tal-25 ta’ Ġunju 1996 li jemenda l-Anness III tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 li jistabilixxi proċedura tal-Komunità biex jiġu stabbiliti limiti massimi ta’ residwu ta’ prodotti mediċinali veterinarji f’ ikel li ġej mill-annimali. (Test b’ rilevanza ŻEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 tas-26 ta’ Ġunju 1990 li jistabilixxi kull proċedura tal-Komunità għat twaqqif tal-limiti massimi ta’ residwi fi prodotti mediċinali veterinarji f’oġġetti ta’ l-ikel [1], kif l-aħħar emendat minn Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 282/96 [2] u b’mod partikolari l-Artikoli 6, 7 u 8 dwar dan, Billi, b’mod konformi ma Regolament (KEE) Nru 2377/90, limiti massimu ta’ residwu jridu jiġi stabbiliti progressivament għal kull sustanza farmakoloġikament attiva li hi wżata fil-Komunità fi prodotti mediċinali veterinarji maħsuba għat teħid lill-annimali li jipproduċu l-ikel; Billi limiti massimu ta’ residwu għandhom jiġu stabbiliti biss wara eżami fil-Komunità għall-Prodotti Mediċinali Veterinarji fuq l-informazzjoni rilevanti kollha dwar is-sigurtà ta’ residwi tas-sustanza kkonċernata għall-konsumatur fuq oġġetti ta’ l-ikel ta’ li ġejjin mill-annimali u l-impatt ta’ residwi fuq l-ipproċessar industrijali ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel. Billi, fit-twaqqif tal-limiti massimu ta’ residwi għal residwi ta’ prodotti mediċinali veterinarji fl-oġġetti ta’ l-ikel ta’ oriġini mill-annimali, huwa meħtieġ li tiġi speċifikata l-ispeċi ta’ l-annimali fejn residwi jistgħu jkunu preżenti, il-livelli li jistgħu ikunu preżenti f’kull wieħed mit-tessuti tal-laħam rilevanti miksuba mill-annimal ittrattat (tessut bersal) u n-natura tar-residwu li hi rilevanti għall-monitoraġġ ta’ residwi (residwu markatur); Billi, għall-kontroll ta’ residwi, kif ipprovdut f’leġiżlazzjoni xierqa tal-Komunità, limiti massimu ta’ residwu massimi għandhom ġeneralment jiġu stabbiliti għat-tessuti bersalji ta’ fwied jew kliewi; billi, madankollu, il-fwied u l-kliewi huma ta’ spiss imneħħija mill-karkassi li jispustaw fil-kummerċ internazzjonali, u limiti massimu ta’ residwu għandhom ġeneralment għalhekk dejjem jiġu stabbiliti għal tessuti ta’ muskolu u grass; Billi, fil-każ ta’ prodotti mediċinali veterinarji maħsuba għall-użu f’għasafar li jbidu, annimali li jagħmlu l-ħalib jew żunżan li jagħmlu l-għasel, limiti massimu ta’ residwu għandhom jiġu stabbiliti għall-bajd, ħalib jew għasel; Billi, sabiex tippermetti għat tlestija ta’ l-istudji xjentifiċi, azemethiphos, streptomycin, dihydrostreptomycin, gentamycin u neomycin għandhom jiġu mdaħħla f’Anness III għal Regolament (KEE) nru 2377/90; Billi kull perijodu ta’ 60 jum għandu jiġi permess qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament sabiex jippermetti lill-Istati Membri biex jagħmlu kull bidla li tista’ tkun meħtieġa għall-awtroiżżazzjonijiet li ġew mogħtija b’mod konformi ma Direttiva tal-Kunsill 81/851/EEC [3], kif l-aħħar emendata minn Direttiva 93/40/EEC [4] biex jittieħed kont tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament biex tqiegħed il-prodotti mediċinali veterinarji kkonċernati fis-suq. Billi l-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-fehma tal-Kumitat għall-Adattament għal Progress Tekniku tad-Direttivi fuq it-Tneħħija ta’ Barrieri Tekniċi għall-Kummerċ fil-qasam ta’ Prodotti Mediċinali Veterinarji, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Anness III għal Regolament (KEE) Nru. 2377/90 huwa b’dan emendat kif stabbilit fl-Anness hawnhekk. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-60 jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament ghandu jorbot fl-intier tieghu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, il-25 ta’ Ġunju 1996. Għall-Kummissjoni Martin Bangemann Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 1. [2] ĠU L 37, tal-15.2.1996, p. 9. [3] ĠU L 317, tas-6.11.1981, p. 1. [4] ĠU L 214, ta’ l-24.8.1993, p. 31. -------------------------------------------------- ANNESS A. L-Anness III hu modifikat kif ġej: 1. Aġenti anti-infettivi 1.2. Antibijotiċi 1.2.5. Aminoglycosides "Sustanza(/i) farmakoloġikament attiva(/i) | Residwu markatur | Speċi tal-annimal | LMR | Tessut bersall | Disposizzjonijiet oħra | 1.2.5.2.Streptomycin | Streptomycin | Bovini, ovini, qżieqez | 1000 µg/kg | Kliewi | LMR proviżorji jiskadu fl-1 ta' Ġunju 2000 | Tjur | 500 µg/kg | Muskolu, fwied, grass | Bovini, ovini | 200 µg/kg | Ħalib | 1.2.5.3.Dihydrostreptomycin | Dihydrostreptomycin | Bovini, ovini qżieqez | 1000 µg/kg | Kliewi | LMR proviżorji jiskadu fl-1 ta' Ġunju 2000 | Tjur | 500 µg/kg | Muskolu, fwied u grass | Bovini, ovini | 200 µg/kg | Ħalib | 1.2.5.4.Gentamycin | Gentamycin | Bovini, qżieqez | 1000 µg/kg | Kliewi | LMR proviżorji jiskadu fl-1 ta' Ġunju 2000 | 200 µg/kg | Fwied | 100 µg/kg | Muskolu, grass | Bovini | 100 µg/kg | Ħalib | 1.2.5.5.Neomycin(inkluz frarmycetin) | Neomycin | Bovini, ovini, kaprini | 5000 µg/kg | Kliewi | LMR proviżorji jiskadu fl-1 ta' Ġunju 2000 | Qżieqez, tiġieġ, dundjan, papri | 500 µg/kg | Muskolu, fwied grass | Bovini, ovini, kaprini | 500 µg/kg | Ħalib | Tiġieġ | 500 µg/kg | Bajd" | 2. Aġenti antiparassitiċi 2.2. Aġenti li jaġixxu kontra l-ektoparassiti 2.2.2. Organofosfati "Sustanza(/i) farmakoloġikament attiva(/i) | Residwu markatur | Speċi tal-annimal | LMR | Tessut bersall | Disposizzjonijiet oħra | 2.2.2.1.Azamenhipohos | Azamenhipohos | Salamun | 100 µg/kg | Muskolu u ġilda fi proporzjon naturali | LMR proviżorji jiskadu fl-1 ta' Ġunju 1997" | --------------------------------------------------