European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/654

31.3.2025

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/654

tas-26 ta’ Marzu 2025

dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza marbuta mal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fl-Ungerija u fis-Slovakkja u li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/613

(notifikata bid-dokument C(2025) 1957)

(It-testi bl-Ungeriż u bis-Slovakk biss huma awtentiċi)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trasmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 259(1), il-punt (c), tiegħu,

Billi:

(1)

Il-marda tal-ilsien u d-dwiefer hija marda virali infettiva li taffettwa lill-mammiferi tal-ordni Artiodactyla u li jista’ jkollha impatt serju fuq il-popolazzjoni tal-annimali kkonċernata u fuq il-profittabbiltà tat-trobbija tal-annimali, u tikkawża tfixkil għall-movimenti tal-kunsinni ta’ dawk l-annimali u tal-prodotti tagħhom fl-Unjoni u għall-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi.

(2)

F’każ ta’ tifqigħa tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer f’annimali tal-ispeċijiet elenkati, hemm riskju serju li dik il-marda tinfirex lejn stabbilimenti oħra li jżommu annimali tal-ispeċijiet elenkati.

(3)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 (2) jissupplimenta r-regoli għall-kontroll tal-mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 9(1), il-punti (a), (b) u (c), tar-Regolament (UE) 2016/429, u definit bħala mard tal-kategoriji A, B u C fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 (3). B’mod partikolari, l-Artikoli 21 u 22 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 jipprevedu l-istabbiliment ta’ żona ristretta f’każ ta’ tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A, inkluż il-marda tal-ilsien u d-dwiefer, kif ukoll ċerti miżuri li jridu jiġu applikati fiha. L-Artikolu 21(1) ta’ dak ir-Regolament Delegat jipprevedi li ż-żona ristretta trid tkun tinkludi żona ta’ protezzjoni, żona ta’ sorveljanza, u jekk ikun meħtieġ, żoni ristretti ulterjuri madwar jew li jmissu ż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza.

(4)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/613 (4) ġiet adottata abbażi tar-Regolament (UE) 2016/429, u tistabbilixxi ċerti miżuri ta’ emerġenza interim relatati ma’ tifqigħa tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fi stabbiliment li jżomm l-annimali bovini fil-Kontea ta’ Győr-Moson-Sopron fl-Ungerija, li ġie kkonfermat mill-awtorità kompetenti fis-6 ta’ Marzu 2025, u li huwa qrib ħafna tal-fruntiera mas-Slovakkja. Aktar speċifikament, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/613 tipprevedi li ż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza li għandhom jiġu stabbiliti fl-Ungerija u ż-żona ta’ sorveljanza li għandha tiġi stabbilita fis-Slovenja, f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, wara dik it-tifqigħa, kellhom jinkludu mill-inqas iż-żoni elenkati fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni. Barra minn hekk, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/613 tipprevedi li l-miżuri meħtieġa li jridu jiġu applikati f’dawk iż-żoni, iridu jiġu applikati mill-inqas sat-30 ta’ April 2025.

(5)

Minn meta tħejjiet id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/613, is-Slovakkja infurmat lill-Kummissjoni dwar il-konferma ta’ tliet tifqigħat tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fir-reġjun ta’ Trnava qrib il-fruntiera mal-Kontea ta’ Győr-Moson-Sopron fl-Ungerija, li ġew ikkonfermati fil-21 ta’ Marzu 2025, u f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, stabbiliet żona ristretta, li tinkludi żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, fejn jiġu applikati l-miżuri ta’ kontroll tal-mard stabbiliti f’dak ir-Regolament Delegat sabiex jiġi evitat aktar tixrid ta’ dik il-marda.

(6)

Biex jiġi evitat kull xkiel bla bżonn għall-kummerċ fl-Unjoni u sabiex jiġu evitati ostakli mhux ġustifikati għall-kummerċ imposti minn pajjiżi terzi, jeħtieġ li fil-livell tal-Unjoni, jiġu identifikati malajr iż-żoni fis-Slovakkja fejn jenħtieġ li tiġi stabbilita żona ristretta għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer, li tinkludi ż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, kif ukoll iż-żoni fl-Ungerija fejn jenħtieġ li tiġi stabbilita żona ta’ sorveljanza, b’kollaborazzjoni ma’ dawk l-Istati Membri. Għalhekk, iż-żoni li għandhom jiġu inklużi f’dawk iż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza jenħtieġ li jiġu definiti kemm fiżikament kif ukoll fir-rigward tad-durata, sabiex jiġi evitat it-tixrid tal-marda mill-istabbilimenti affettwati fis-Slovakkja lejn partijiet oħra ta’ dawk l-Istati Membri, lejn Stati Membri oħra jew lejn pajjiżi terzi. Jeħtieġ ukoll li tiġi pprovduta ċarezza fil-livell tal-Unjoni, billi jiġi adottat att legali tal-Unjoni, li jistabbilixxi l-ambitu eżatt ta’ dawk iż-żoni, kif ukoll dwar il-miżuri li għandhom jiġu applikati fihom, sabiex jiġi evitat kwalunkwe tfixkil mhux ġustifikat tal-movimenti tal-annimali u tal-prodotti tagħhom fl-Unjoni, kif ukoll tal-esportazzjonijiet lejn il-pajjiżi terzi.

(7)

Għaldaqstant, jeħtieġ li fil-livell tal-Unjoni jiġu rieżaminati malajr il-miżuri applikabbli fiż-żoni li bħalissa huma deżinjati bħala żoni ristretti għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer, li jinkludu żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza fis-Slovakkja, u li jinkludu żoni ta’ sorveljanza fl-Ungerija, f’kollaborazzjoni ma’ dawk l-Istati Membri.

(8)

Barra minn hekk, jeħtieġ li jiġu aġġornati l-perimetri taż-żoni ristretti fir-rigward tat-tifqigħa preċedenti f’Győr-Moson-Sopron fl-Ungerija, u d-durata tal-miżuri applikati fihom filwaqt li titqies l-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni epidemjoloġika.

(9)

L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/613 jenħtieġ li jiġi emendat, u l-Anness tagħha jenħtieġ li jiġi sostitwit.

(10)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/613 hija emendata kif ġej:

1.

L-Artikolu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ Artikolu 1

1.   L-Ungerija u s-Slovakkja għandhom jistabbilixxu minnufih żoni ristretti, li jinkludu żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, kif stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni, f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687.

2.   L-Ungerija u s-Slovakkja għandhom jiżguraw li:

(a)

iż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza msemmija fil-paragrafu 1 jinkludu mill-inqas iż-żoni elenkati fl-Anness; u li

(b)

il-miżuri li jeħtieġ li jiġu applikati fiż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, jiġu applikati mill-inqas sad-dati elenkati fl-Anness.”

;

2.

L-Anness huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Ungerija u lir-Repubblika Slovakka.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Marzu 2025.

Għall-Kummissjoni

Olivér VÁRHELYI

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/429/oj.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 64, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/687/oj).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 tat-3 ta’ Diċembru 2018 dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard għal kategoriji ta’ mard elenkat u li jistabbilixxi lista ta’ speċijiet u gruppi ta’ speċijiet li jippreżentaw riskju konsiderevoli għat-tixrid ta’ dak il-mard elenkat (ĠU L 308, 4.12.2018, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/1882/oj).

(4)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/613 tal-24 ta’ Marzu 2025 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza marbuta mal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fl-Ungerija u li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/496 (ĠU L, 2025/613, 25.3.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/613/oj).


ANNESS

Żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti madwar it-tifqigħa kkonfermata

Pajjiż

Reġjun u numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa

Żoni stabbiliti bħala żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza kif imsemmi fl-Artikolu 1

Data sa meta applikabbli

L-Ungerija

HU-FMD-2025-00001

Protection zone:

Those parts of Hungary, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat. 47.745480, Long. 17.694840.

30.4.2025

Surveillance zone:

Those parts of Hungary, contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat. 47.745480, Long. 17.694840, excluding the areas contained in the protection zone.

30.4.2025

Is-Slovakkja

HU-FMD-2025-00001

Surveillance zone:

In district Dunajská Streda: the municipalities of Medveďov, Sap, Baloň, Čiližská Radvaň and Kľúčovec.

In district Komárno: the municipalities of Číčov, Trávnik and Klížska Nemá.

30.4.2025

Is-Slovakkja

SK-FMD-2025-00001

Protection zone:

Those parts of Slovakia, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat. 47.8049, Long. 17.6666.

30.4.2025

Surveillance zone:

Those parts of Slovakia, contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat. 47.8049, Long. 17.6666, excluding the areas contained in the protection zone.

30.4.2025

L-Ungerija

SK-FMD-2025-00001

Surveillance zone:

Those parts of Hungary, contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat. 47.8049, Long. 17.6666.

30.4.2025

Is-Slovakkja

SK-FMD-2025-00002

Protection zone:

Those parts of Slovakia, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat. 47.8433, Long. 17.6214.

30.4.2025

Surveillance zone:

Those parts of Slovakia, contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat. 47.8433, Long. 17.6214, excluding the areas contained in the protection zone.

30.4.2025

L-Ungerija

SK-FMD-2025-00002

Surveillance zone:

Those parts of Hungary, contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat. 47.8433, Long. 17.6214.

30.4.2025

Is-Slovakkja

SK-FMD-2025-00003

Protection zone:

Those parts of Slovakia, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat. 47.9097, Long. 17.5387.

30.4.2025

Surveillance zone:

Those parts of Slovakia, contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat. 47.9097, Long. 17.5387, excluding the areas contained in the protection zone.

30.4.2025

L-Ungerija

SK-FMD-2025-00003

Surveillance zone:

Those parts of Hungary, contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on ETRS89 coordinates Lat. 47.9097, Long. 17.5387.

30.4.2025


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/654/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)