|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/5124 |
1.10.2026 |
Informazzjoni li għandha tiġi preżentata skont l-Artikolu 5(2)
It-Twaqqif ta’ Raggruppament Ewropew ta’ Kooperazzjoni Territorjali (REKT)
(Ir-Regolament (KE) Nru 1082/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006) ( ĠU L 210, 31.7.2006, p. 19)
(C/2026/5124)
I. 1) Isem, indirizz u punt ta’ kuntatt
Isem reġistrat: GECT Terre di accoglienza e libertà a r.l.
Indirizz postali: Via Dario Campana, 64, 47922 Rimini, L-ITALJA
Kuntatt: dott. Pierpaolo Deluigi
I. 2) It-tul taż-żmien tar-Raggruppament:
It-tul taż-żmien tar-Raggruppament: indefinit
Data tar-reġistrazzjoni: 3.8.2026
Data tal-pubblikazzjoni: 3.8.2026
II. GĦANIJIET
|
(a) |
li jippromovi l-benesseri u t-titjib tal-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini taż-żona kkonċernata permezz tal-iżvilupp ulterjuri tar-rabtiet ekonomiċi, soċjali u kulturali bejn il-popli taż-żewġ territorji u t-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika u soċjali; |
|
(b) |
jisfrutta l-opportunitajiet ta’ finanzjament maħsubin biex jappoġġjaw il-ħtiġijiet territorjali u istituzzjonali relatati billi jistabbilixxi azzjonijiet konġunti u prijoritarji għall-iżvilupp strateġiku tat-territorju; |
|
(c) |
jappoġġja u jiddefendi l-interessi u l-korpi territorjali involuti fil-proċess Ewropew tat-teħid tad-deċiżjonijiet, fir-rigward tal-politiki reġjonali u settorjali żviluppati mill-Unjoni Ewropea; |
|
(d) |
jiżgura u jiffaċilita l-konsultazzjoni, id-djalogu u d-dibattitu politiku, il-kondiviżjoni tal-prijoritajiet preżenti fiż-żona transfruntiera kif ukoll il-koerenza tagħhom; |
|
(e) |
jiffaċilita l-implimentazzjoni ta’ proġetti strateġiċi dwar it-temi koperti mill-mandat tar-REKT, u fl-istess waqt jippromovi l-kooperazzjoni fl-oqsma kollha rilevanti għall-iżvilupp armonjuż tat-territorju; |
|
(f) |
jelimina jew inaqqas l-ostakli għall-kooperazzjoni transfruntiera fiż-żona funzjonali li fiha jopera r-REKT. |
III. DETTALJI ADDIZZJONALI DWAR ISEM IR-RAGGRUPPAMENT
Isem bl-Ingliż:
Isem bil-Franċiż:
IV. MEMBRI
|
IV. 1) |
Għadd sħiħ tal-membri tar-Raggruppament: 2 |
|
IV. 2) |
Nazzjonalitajiet tal-membri tar-Raggruppament: IT |
|
IV. 3) |
Informazzjoni dwar il-membri (1) |
Isem uffiċjali: Provincia di Rimini
Indirizz postali: Via Dario Campana, 64, 47922 Rimini, L-ITALJA
Indirizz tal-Internet: presidenza@provincia.rimini.it
Tip ta’ membru: Awtorità lokali
Isem uffiċjali: Eccellentissima Camera della Repubblica di San Marino
Indirizz postali: Piazza della Libertà, 47890 Città di San Marino, L-ITALJA
Indirizz tal-Internet: info@esteri.sm
Tip ta’ membru: Pajjiż terz jew territorju ekstra-Ewropew
(1) Jekk jogħġbok żid għal kull membru.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/5124/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)