Official Journal L 279 , 28/10/1994 P. 0007 - 0008
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 33 P. 0053
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 33 P. 0053
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2612/94 tas-27 ta' Ottubru 1994 li jiftaħ kwoti kwantitattivi ta' importazzjoni għal prodotti tat-tessuti fil-kategoriji 127 B u 145 mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina li jemenda l-Annessi IV u V tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 517/94 dwar regoli komuni għall-importazzjoni ta' prodotti tat-tessuti minn ċerti pajjiżi terzi IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 517/94 tas-7 ta' Marzu 1994 dwar regoli komuni għall-importazzjoni ta' prodotti tat-tessuti minn ċerti pajjiżi terzi mhux koperti minn ftehim bilaterali, protokolli jew arranġamenti oħra, jew minn regoli oħra speċifiċi tal-Komunità dwar l-importazzjoni [1], kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1756/94 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 3(3) u (5) ta' dan b'rabta ma' l-Artikolu 25(4) ta' dan, Billi l-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 517/94 jistipula li l-prodotti tat-tessuti mniżżla fl-Anness V li joriġinaw fil-pajjiżi elenkati jistgħu jkunu impurtati biss jekk limitu kwantitattiv annwali jkun ġie ffissat skond il-proċedura xierqa kif provduta mill-Artikolu 25; Billi saret talba lill-Kummissjoni minn żewġ Stati Membri għall-introduzzjoni ta' kwoti ta' importazzjoni li jkopru prodotti fil-kategoriji 127 B u 145 mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina biex jintlaħqu ċerti domandi tas-suq; billi l-kumitat stabbilit bl-Artikolu 25 kien, wara diskussjoni, qies li hu xieraq fid-dawl ta' l-istat ta' l-industrija tal-Komunità jiddeċiedi fuq 5 u 7 tunnellati rispettivament bħala l-limiti kwantitattivi annwali li għalihom l-importazzjoni fil-Komunità ta' prodotti fil-kategoriji 127 B u 145 li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina tkun soġġetta mid-data li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ; billi għalhekk hu meħtieġ li jkunu emendati l-Annessi IV u V tar-Regolament (KE) Nru 517/94 u jkun stipulat, fl-interessi tas-sigurtà legali li l-kwota tkun amministrata skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 17 ta' l-imsemmi Regolament; Billi dawn il-miżuri huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 517/94, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-importazzjonijiet fil-Komunità ta' prodotti tat-tessuti fil-kategoriji 127 B u 145 mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għandha tkun soġġetta għal limiti kwantitattivi annwali ta' 5 u 7 tunnellati rispettivament li jkunu amministrati skond il-proċedura kif provduta fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 517/94. Artikolu 2 L-Annessi IV u V tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 517/94 għandu jkun emendat kif jidher fl-Anness ta' dan ir-Regolament. Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fis-27 ta' Ottubru 1994. Għall-Kummissjoni Leon Brittan Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 67, ta' l-10.3.1994, p. 1. [2] ĠU L 183, tad-19.7.1994, p. 9. -------------------------------------------------- L-ANNESS " L-ANNESS IV Limiti kwantitattivi annwali tal-Komunità msemmija fl-Artikolu 3(1) (Id-deskrizzjonijiet tal-prodotti elenkati f'dan l-Anness jinsabu fl-Anness I A ta' dan ir-Regolament) IĊ-ĊINA Kategorija | Kejl | Kwantità | ex 13 | 1000 biċċa | 150 | ex 18 | tunnellati | 98 | ex 20 | tunnellati | 10 | ex 24 | 1000 biċċa | 120 | ex 39 | tunnellati | 10 | ex 78 | tunnellati | 3 | 115 | tunnellati | 450 | 117 | tunnellati | 450 | 118 | tunnellati | 950 | 120 | tunnellati | 63 | 122 | tunnellati | 130 | 123 | tunnellati | 5 | 124 | tunnellati | 600 | 125 B | tunnellati | 8 | 127 B | tunnellati | 5 | Ex 136 | tunnellati | 285 | 140 | tunnellati | 100 | 145 | tunnellati | 7 | 146 A | tunnellati | 15 | 146 B | tunnellati | 110 | 146 C | tunnellati | 270 | 156 | tunnellati | 760 | 157 | tunnellati | 5400 | 159 | tunnellati | 3020 | 160 | tunnellati | 30 | 161 | tunnellati | 10777 | --------------------------------------------------