2004R0872 — MT — 28.03.2013 — 016.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 872/2004

tad-29 ta' April 2004

li jirrigwarda iktar miżuri restrittivi li għandhom x'jaqsmu mal-Liberja

(ĠU L 162, 30.4.2004, p.32)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

 M1

COMMISSION REGULATION (EC) No 1149/2004 of 22 June 2004 (*)

  L 222

17

23.6.2004

 M2

COMMISSION REGULATION (EC) No 1478/2004 of 18 August 2004 (*)

  L 271

36

19.8.2004

 M3

COMMISSION REGULATION (EC) No 1580/2004 of 8 September 2004 (*)

  L 289

4

10.9.2004

 M4

COMMISSION REGULATION (EC) No 2136/2004 of 14 December 2004 (*)

  L 369

14

16.12.2004

►M5

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 874/2007 tad-9 ta' Ġunju 2005

  L 146

5

10.6.2005

 M6

REGOLAMENT KUMMISSJONI (KE) Nru 1453/2005 tas-6 ta' Settembru 2005

  L 230

14

7.9.2005

►M7

COMMISSION REGULATION (EC) No 2024/2005 of 12 December 2005 (*)

  L 326

10

13.12.2005

 M8

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1791/2006 ta' l-20 ta’ Novembru 2006

  L 363

1

20.12.2006

►M9

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1462/2007 tal-11 ta’ Diċembru 2007

  L 326

24

12.12.2007

►M10

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 973/2008 tat-2 ta’ Ottubru 2008

  L 265

8

4.10.2008

►M11

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1216/2008 tal-5 ta’ Diċembru 2008

  L 328

26

6.12.2008

►M12

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 275/2009 tat-2 ta' April 2009

  L 91

18

3.4.2009

►M13

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 496/2009 tal-11 ta' Ġunju 2009

  L 149

60

12.6.2009

►M14

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 835/2009 tal-11 ta’ Settembru 2009

  L 241

5

12.9.2009

►M15

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 26/2010 tat-12 ta’ Jannar 2010

  L 9

5

14.1.2010

►M16

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 9/2013 tad-9 ta’ Jannar 2013

  L 5

1

10.1.2013

►M17

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 291/2013 tas-26 ta’ Marzu 2013

  L 87

4

27.3.2013


Ikkoreġut b'

 C1

Rettifika, ĠU L 123, 19.5.2009, p. 100  (275/2009)



(*)

Dan l-att qatt ma ġie ppubblikat bil-Malti.




▼B

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 872/2004

tad-29 ta' April 2004

li jirrigwarda iktar miżuri restrittivi li għandhom x'jaqsmu mal-Liberja



IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 60 u 301 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Posizzjoni Komuni tal-Kunsill 2004/487/CFSP tad-29 ta' April 2004 li tirrigwarda l-konġelament tal-fondi ta' dak li qabel kien il-President Liberjan Chales Taylor u ta' dawk il-persuni u entitajiet assoċjati miegħu ( 1 ),

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Fil-10 ta' Frar 2004, wara l-adozzjoni mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU ta' l-UNSCR 1521 (2003), li tiddikjara l-miżuri rriveduti li jirrigardaw il-Liberja għalbiex iqisu l-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni fil-Liberja u b'mod partikolari t-tluq ta' dak li qabel kien il-President Charles Taylor, u l-adozzjoni tal-Posizzjoni Komuni tal-Kunsill 2004/137/CFSP tal-10 ta' Frar 2004 li tirrigwarda miżuri restrittivi kontra l-Liberja ( 2 ), il-Kunsill adotta r-Regolament 234/2004 li jimponi miżuri restrittivi rigward il-Liberja ( 3 ).

(2)

L-UNSCR 1532 (2004) tat-12 ta' Marzu 2004 tipprovdi illi l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi ppossjeduti jew ikkontrollati minn dak li qabel kien il-President Liberjan Charles Taylor, minn Jewell Howard Taylor u minn Charles Taylor, Jr, membri immedjati oħra tal-familjha, l-uffdiċjali anzjani tiegħu ta' qabel u alleati oħra mill-qrib u assoċjati kif innominati mill-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà stabbiliti skond il-paragrafu 21 ta' l-UNSCR 1251 (2003) għandhom jiġu kkonġelati.

(3)

L-azzjonijiet u l-politiki ta' dak li qabel kien il-President Liberjan Charles Taylor, u persuni oħra, b'mod partikolari t-tbattil tagħhom tar-riżorsi Liberjani u t-twarrib tagħhom mil-Liberja u t-tnixxija tal-fondi u tal-proprjetà Liberjani minn dan il-pajjiż, imminaw it-transizjoni tal-Liberja lejn id-demokrazija u l-iżvilupp bl-ordni ta' l-istituzzjonijiet u r-riżorsi politiċi, amministrattivi u ekonomiċi tagħha.

(4)

Minħabba l-impatt negattiv fuq il-Liberja bit-trasferiment 'il barra mill-pajjiż ta' fondi u attivi miżapproprjati, u l-użu ta' dawn il-fondi miżapproprjati minn Charles Taylor u l-assoċjati tiegħu għalbiex jimminaw il-paċi u l-istabbiltà fil-Liberja u fir-reġjun, huwa meħtieġ il-konġelament ta' dawn il-fondi ta' Charles Taylor u ta' l-assoċjati tiegħu.

(5)

Il-Posizzjoni Komuni 2004/487/CFSP tipprovdi li jiġi implimentat il-konġelament tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi ta' dak li qabel kien il-President Liberjan Cħarles Taylor u tal-membri immedjati tal-familja tiegħu, ta' l-uffiċjali anzjani ta' qabel u alleati u assoċjati oħra mill-qrib.

(6)

Il-miżuri jidħlu fl-iskop tat-Trattat u, għalhekk, għalbiex jiġi evitat kull tagħwiġ tal-kompetizzjoni, hija meħtieġa leġislazzjoni Komunitarja għalbiex timplimentahom safejn u sakemm jinteressaw lill-Komunità. Għall-għan ta' dan ir-Regolament, it-territoriju tal-Komunità għandu jitqies li jiġbor fih it-territorji ta' l-Istati Membri li għalihom japplika t-Trattat, skond il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan nit-Trattat.

(7)

Il-Posizzjoni Komuni 2004/387/CFSP tipprovdi wkoll illi jistgħu jiġu konċessi ċerti eżenzjonijiet mill-ħtieġa tal-konġelament għal għanijiet umanitarji jew is-sodisfazzjon tar-rahnijiet jew is-sentenzi tal-qorti midħula għalihom qabel id-data ta' l-UNSCR 1532 (2004).

(8)

Il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU esprima l-intenzjoni tiegħu li jikkunsidra jekk iridx jagħmel disponibbli lill-gvern tal-Liberja l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kkonġelati skond il-UNSCR 1532 (2004), ġaladarba dan il-Gvern stabbilixxa mekkaniżmu trasparenti tal-kontabbiltà u tal-verifika għalbiex jiżgura l-użu responsabbli tad-dħul tal-gvern għall-benefiċċju dirett tal-poplu tal-Liberja.

(9)

Sabiex jiġi żgurat illi l-miżuri pprovvduti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament irid jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:



Artikolu 1

Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw dawn id-definizzjonijiet:

1. “Kumitat tas-Sanzjonijiet” ifisser: il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti li ġie stabbilit skond il-paragrafu 21 ta' l-UNSCR 1521 (2003);

2. “fondi” ifissru l-attivi u l-benefiċċji finanzjarji ta' kull kwalità, inklużi imma mhux limitati għal:

(a) il-flus fil-pront, iċ-ċekkijiet, il-pretensjonijiet fuq il-flus, il-ġbid tal-flus, il-money orders u strumenri oħra tal-ħlas;

(d) id-depożiti għand instituzzjonijiet finanzjarji jew entitajiet oħra, il-bilanċi akkont, id-djun u l-obbligi fuq id-djun;

(ċ) it-titoli ta' sigurtà u l-istrumenti tad-dejn nnegozjati b'mod pubbliku jew privat, inklużi l-istocks u l-ishma, iċ-ċertifikati li jirrappreżentaw titoli tas-sigurtà, kambjali, noti, mandati, obbligazzjonijiet u kuntratti tad-derivattivi;

(d) imgħax, dividendi jew dħul ieħor jew il-valur li jakkumula jew iġġenerati mill-attivi;

(e) il-kreditu, id-dritt għall-kumpens, il-garanziji, il-kambjali tat-twettiq tax-xogħol jew impenji finanzjarji oħra;

(f) l-ittri ta' kreditu, il-poloz tat-tagħbija, il-kontijiet tal-bejgħ;

(g) dokumenti li jixhdu interess fil-fondi jew fir-riżorsi finanzjarji;

(h) kull strument ieħor tal-finanzjament ta' l-esportazzjonijiet;

3. “il-konġelament tal-fondi” ifisser il-prevenzjoni ta' kull ċaqliq, trasferiment, bidla, użu tal-fondi, aċċess għalihom jew negozju fihom b'kull mod li jista' jirriżulta f;kull bidla fil-volum, l-ammont, il-post, il-pussess, il-karattru, id-destinazzjoni jew kull bidla oħra tagħhom li tista' tgħin li jintużaw il-fondi, inkluża l-ġestjoni tal-portafolli;

4. “riżorsi ekonomiċi” ifissru l-attivi ta' kull kwalità, sewwa jekk tanġibbli u sewwa jekk intanġibbli, mobbli jew immobbli, li mhumiex fondi imma jistgħu jintużaw għalbiex jinkisbu fondi, oġġetti jew servizzi;

5. “konġelament tar-riżorsi ekonomiċi” tfisser li jiġi pprevenut l-użu tagħhom għalbiex jinkisbu fondi, oġġetti jew servizzi f'kull mod, inklużi, imma mhux limitati għall-bejgħ, il-kiri jew l-ipoteki tagħhom.

Artikolu 2

1.  Għandhom jiġu kkonġelati l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha possessi jew ikkontrollati, direttament jew indirettament, minn dak li qabel kien il-President Liberjan Charles Taylor, minn Jewell Howard Taylor u minn Charles Taylor Jr u mill-persuni u l-entitajiet li ġejjin, kif innominati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet u elenkati fl-Anness I:

(a) il-membri immedjati l-oħra tal-familja ta' dak li qabel kien il-President Liberjan Charles Taylor;

(b) l-uffiċjali anzjani ta' dak li qabel kien ir-reġim ta' Taylor, u alleati u assoċjati oħra mill-qrib;

(ċ) il-persuni legali, il-korpi jew l-entitajiet ippossjeduti jew ikkontrollati, direttament jew indirettament, mill-persuni rifeiti hawn fuq;

(d) kull persuna naturali jew legali li taġixxi f'isem jew fuq id-direzzjoni tal-persuni msemija hawn fuq.

2.  L-ebda fondi jew riżorsi ekonomiċi ma għandhom jintgħamlu disponibbli, direttament jew indirettament, lill-persuni naturali jew legali, lill-entitajiet jew lill-korpi elenkati fl-Anness jew għall-benefiċċju tagħhom.

3.  Għandha tiġi pprojbita l-parteċipazzjoni, konxjament u intenzjonalment, f'attivitajiet li l-għan jew l-effett tagħhom ikun, direttament jew indirettament, għalbiex jaħarbu mill-miżuri riferiti fil-paragrafi 1 u 2.

Artikolu 3

1.  Bħala deroga mill-Artikolu 2, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri, kif elenkati fl-Anness II, jistgħu jawtrorizzaw il-ħelsien ta' ċerti fondi jew riżorsi finanzjarji kkonġelati jew jagħmlu disponibbli ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi, jekk l-awtorità kompetenti tkun stabbiliet illi l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi interessati jkunu:

tal-fondi jew tar-riżorsi ekonomiċi kkonġelati;

(a) l-ħlasijiet għall-oġġetti ta' l-ikel, il-kiri u l-ipoteki, il-mediċini u t-trattamenti mediċi, it-taxxi, il-premiums ta' l-assigurazzjonijiet, u l-imposti fuq utilitajiet pubbliċi;

(b) maħsuba b'mod esklussiv għall-ħlas tal-piżijiet professjonali raġjonevoli u r-rifużjoni ta' l-ispejjeż miġrura assoċjati mal-provvediment tas-servizzi legali;

(ċ) maħsuba b'mod esklussiv għall-ħlas tal-piżijiet jew ta' l-imposti fuq is-servizzi għaż-żamma jew il-manutenzjoni tar-rutina ifikaw l-intenzjoni li jawtorizzaw l-aċċess għal dawn il-fondi u riżorsi ekonomiċi lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet u ma jkunux irċevew deċiżjoni negattiva mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet fi żmien jumejn tax-xogħol minn din in-notifka.

basta tkun magħrufa l-intenzjoni li jiġi awtorizzat tali aċċess għal-fondi u r-riżorsi eknomiċi lill-Kumitat tas-Sanzjonijet u li ma jkunx irċieva tweġiba negattiva mill-Kumitat fi żmien jumejn tat-tali notifika.

2.  Bħala deroga mill-Artikolu 2, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri, kif elenkati fl-Anness II, jistgħu jawtrorizzaw il-ħelsien ta' ċerti fondi jew riżorsi finanzjarji kkonġelati jew jagħmlu disponibbli ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi, jekk l-awtorità kompetenti tkun stabbiliet illi l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi interessati jkunu meħtieġa għal spejjeż straordinarji, u sakemm din l-awtorità kompetenti tkun innotifikat din id-determinazzjoni lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet u li d-determinazzjoni kienet approvata minn dan il-Kumitat.

Artikolu 4

Bħala deroga mill-Artikolu 2, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri, kif elenkati fl-Anness II, jistgħu jawtorizzaw il-ħelsien ta' ċerti forndi jew riżorsi ekonomiċi kkonġelati, jekk jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi huma bla ħsara għal rahan ġudizzjali, amministrattiv jew arbitrali stabbiliti qabel it-12 ta' Marzu 2004 jew ta' sentenza tal-qorti, amministrattiva jew arbitrali mogħtija qabel din id-data;

(b) il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi jridu jiġu wżati b'mod esklussiv għalbiex jissodisfaw il-pretensjonijiet żgurati b'dan il-għan jew ikkonoxxuti bħala validi f'din is-sentenza, ġewwa l-limiti ffissati bil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli li jirregolaw id-drittijiet tal-persuni li jkollhom dawn il-pretensjonijiet;

(ċ) ir-rahan jew is-sentenza tal-qorti ma jkunux għall-benefiċċju ta' persuna, entità jew korp innominati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet u msemmija fl-Anness I;

(d) jikkonoxxu illi r-rahan jew is-sentenza tal-qorti ma jkunux kuntrarju għall-politika pubblika fl-Istat Membru interessat.

(e) l-awtorità kompetenti tkun inotifikat ir-rahan jew is-sentenza tal-qorti lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet.

Artikolu 5

L-awtorità kompetenti rilevanti għandha tgħarraf lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri l-oħra u lill-Kummisjoni dwar kull awtorizzazzjoni konċessa skond l-Artikoli 3 u 4.

Artikolu 6

L-Artikolu 2 ma għandux japplika maż-żieda mal-kontijiet ikkonġelati ta':

(a) l-imgħax jew qligħ ieħor fuq dawn il-kontijiet; jew

(b) il-ħlasijiet mistħoqqa skond kuntratti, ftehimijiet jew obbligi li kienu ġew konklużi jew inħolqu qabel id-data li fiha dawn il-kontijiet saru bla ħsara għal dan ir-Regolament,

sakemm kull imgħax minn dan jew qligħ ieħor jew ħlasijiet ikunu kkonġelati skond l-Artikolu 2(1).

Artikolu 7

L-Artikolu 2(2) ma għandux jipprevjieni li jiġu akkreditati l-kontijiet ikkonġelati mill-istituazzjonijiet finanzjarji li jirċievu l-fondi ttrasferiti minn partijiet terzi fil-kont tal-persuna jew ta' l-entità elenkati, sakemm kull żieda minn dawn tiġi kkonġelata wkoll. L-istituzzjoni finanzjarja għandha tgħarraf lill-awtoritajiet kompetenti dwar dawn it-transazzjonijiet mingħajr dewmien.

Artikolu 8

1.  Mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli li jirrigwardaw ir-rappurtaġġ, il-kunfidenzalità u s-segretezza professjonali u għad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 284 tat-Trattat, il-persuni naturali u legali, l-entitajiet u l-korpi għandhom:

(a) ifornu minnufih kull tagħrif li jiffaċilita l-konformità ma' dan ir-Regolamnt, bħalma huma l-kontijiet u l-ammonti kkonġelati skond l-Artikolu 2, lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri elenkati fl-Anness II fejn ikunu residentri jew lokati, u għandhom jittrasmettu dan it-tagħrif, dirett jew permezz ta' dawn l-awtoritajiet kompetenti, lill-Kummissjoni;

(b) jikkooperaw ma' l-awtoritajiet kompetenti elenkati fl-Anness II f'kull verifika ta' dan it-tagħrif.

2.  Kull tagħrif addizzjonali rċevut b'mod dirett mill-Kummissjoni għandu jintgħamel disponibbli lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri interessati.

3.  Kull tagħrif ipprovvdut jew irċevut skond dan l-Artikolu għandu jiġi wżat biss għall-għanijiet li għalih ikun ġie pprovvdut jew irċevut.

Artikolu 9

Il-konġelament tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi jew ir-rifjut li dawn il-fondi jew riżorsi ekonomiċi jintgħamlu disponibbli. imwettqa f'fidi tajba fuq il-bażi li dawn l-azzjonijiet huma skond dan ir-Regolament, ma għandhom joħolqu l-lijabbiltà ta' l-ebda kwalità min-naħa tal-persuna naturali jew legali jew ta' l-entità li timplimentahom, jew tad-diretturi jew l-impjegati tagħhom, għajr jekk jiġi ppruvat li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kienu ġew ikkonġelati minħabba n-negliġenza.

Artikolu 10

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jgħarrfu minnufih lil xulxin bil-miżuri meħuda skond dan ir-Regolament u għandhom ifornu lil xulxin kull tagħrif ieħor rilevanti għad-disposizzjoni tagħhom f'konnessjoni ma' dan ir-Regolament, b'mod partikolari t-tagħrif rigward problemi ta' vjolazzjoni u infurzar u s-sentenzi mogħtija mill-qrati nazzjonali.

Artikolu 11

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li:

(a) temenda l-Anness I fuq il-bażi tad-determinazzjonijiet magħmula jew mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet; u

(b) temenda l-Anness II fuq il-bażi tat-tagħrif fornit mil-Istati Membri.

Artikolu 12

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar is-sanzjonijiet li japplikaw għall-ksur tad-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li jiġu implimentati. Is-sanzjonijiet ipprovvduti jridu jkunu effettivi, ipproporzjonati u disswasivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawn ir-regoli lill-Kummissjoni mingħajr dewmien wara d-dħul is-seħħ ta' dan ir-Regolament u għandhom jinnotifikawha b'kull emenda sossegwenti.

Artikolu 13

Dan ir-Regolament għandu japplika:

(a) ġewwa t-trritorju tal-Komunità, inkluż l-ispazju ta' l-ajru tagħha;

(b) abbord kull vettura ta' l-ajru jew kull bastiment taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru;

(ċ) kull persuna ġewwa jew barra mit-territorju tal-Komunità li huwa ċittadin ta' Stat Membru;

(d) kull persuna legali, grupp jew entità li jkunu inkorporati jew ikkostitwiti skond il-liġijiet ta' Stat Membru;

(e) kull persuna legali, grupp jew entità li jagħmlu n-negozju fil-Komunità.

Artikolu 14

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

▼M5




ANNESS

Anness I għar-Regolament (KE) Nru 872/2004 huwa emendat kif ġej:

(1) Għandhom jitneħħew dawn il-persuni fiżiċi li ġejjin:

M. Moussa Cisse (magħruf ukoll bħala Mamadee Kamara). Data tat-twelid: (a) 24.12.1946, (b) 14.12.1957, (c) 26.6.1944, (d) 26.7.1946, (e) 24.12.1944. Passaporti: (a) Passaport diplomatiku Liberjan: D/001548-99; (b) Passaport ordinarju Liberjan 0058070 (validu 10.1.2000 sad-9.1.2005; isem: Mamadee Kamara, data tat-twelid: 26.7.1946, post tat-twelid: Gbarnga, Bound County); (c) Passaport diplomatiku Liberjan 001546 (validu 1.8.1999 sat-30.8.2001, data tat-twelid: 24.12.1944, post tattwelid: Ganta, Nimba County); (d) Passaport diplomatiku Liberjan D/000953-98. Informazzjoni oħra: eks-Kap tal-Protokoll Presidenzjali. Ċermen tal-Mohammad Group of companies.

(2) L-annotazzjoni ‘Edwin M., Jr. Snowe. Ċittadinanza: Liberjana. Numru tal-passaport: OR/0056672-01. Informazzjoni oħra: Direttur Maniġerjali tal-Liberian Petroleum and Refining Corporation (LPRC)’ għandha tiġi ssostitwita b’dan li ġej:

Edwin M., Snowe jr. Ċittadinanza: Liberjana. Numru tal-passaport: (a) OR/0056672-01, (b) D/005072. Informazzjoni oħra: Direttur Maniġerjali tal-Liberian Petroleum and Refining Corporation (LPRC).

▼M11 —————

▼M10 —————

▼M5

(5) 

▼M12 —————

▼M5

(7)  ►M14  Martin George. Informazzjoni oħra: (a) Eks ambaxxatur tal-Liberja għar-Repubblika Federali tan-Niġerja; (b) Assoċjat tal-eks President Charles Taylor li għad għandu rabtiet miegħu; (c) Allegatament ipprovda fondi lill-eks President Taylor. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 6(b): 9.6.2005. ◄

(8) 

(9) 

(10) 

(11) 

▼M15 —————

▼M12 —————

▼M5

(14) 

▼M9 —————

▼M5

(16) 

▼M16 —————

▼M5

(18) 

▼M10

(19)  ►M13  Edwin M., Snowe jr. Ċittadinanza: Elwa Road, Monrovia, Liberia. Data tat-twelid: 11.2.1970. Post tat-twelid: Mano River, Grand Cape Mount, Liberia. Ċittadinanza: Liberjana. Numru tal-passaport: (a) OR/0056672-01, (b) D/005072, (c) D005640 (passport diplomatiku), (d) D-00172 (Passaport ECOWAS-DPL, validu 7.8.2008-6.7.2010). Informazzjoni oħra: Direttur Maniġerjali tal-Liberian Petroleum and Refining Corporation (LPRC). Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 6(b): 10.9.2004. ◄

▼M11

(20) Agnes Reeves Taylor (magħrufa wkoll bħala Agnes Reeves-Taylor). Data tat-twelid: 27.9.1965. Ċittadinanza: Liberjana. Informazzjoni oħra: (a) Eks mart l-eks President Charles Taylor li għad għandha rabtiet miegħu; (b) Eks Rappreżentanta Permanenti tal-Liberja għall-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali; Eks Membru Għoli tal-Gvern Liberjan. (c) Bħalissa residenti fir-Renju Unit.

(21) Charles Taylor (Junior) (magħruf ukoll bħala (a) Chuckie Taylor (b) Charles McArthur Emmanuel Roy M. Belfast, (c) Junior Charles Taylor II). Informazzjoni oħra: (a) Kollega, konsulent u iben l-eks President Liberjan Charles Taylor b’kuntatti miegħu sal-lum, (b) Bħalissa għaddej ġuri fl-Istati Uniti tal-Amerika).

(22) Charles Ghankay Taylor (magħruf ukoll bħala (a) Charles MacArthur Taylor, (b) Jean-Paul Some, (c) Jean-Paul Sone). Data tat-twelid: (a) 1.9.1947, (b) 28.1.1948. Informazzjoni oħra: (a) Eks President tal-Liberja, (b) Attwalment għaddej ġuri fl-Aja.

▼M10

(23) Jewell Howard Taylor (magħrufa wkoll bħala Howard Taylor). Data tat-twelid: 17.1.1963. Passaport diplomatiku Liberjan: (a) D/003835-04 (validu 4.6.2004 sat-3.6.2006), (b) D/00536307. Informazzjoni oħra: Mart l-eks-President Charles Taylor.

▼M5

(24) 

(25) 

(26) 

▼M17

(27) Richard Ammar Chichakli (magħruf ukoll bħala (a) Ammar M. Chichakli, (b) Jehad Almustafa, (c) Jehad Almusara, (d) Jhad Almustasa). Indirizz: (a) 225 Syracuse Place, Richardson, Texas 75081, USA; (b) 811 South Central Expressway Suite 210 Richardson, Texas 75080, USA, (c) 51 Churchill Ave., Reservoir VIC 3073, Australia. Data tat-twelid: (a) 29.3.1959, (b) 10.7.1967. Post tat-twelid: (a) is-Sirja, (b) Deirazzor, is-Sirja. Nazzjonalità: Amerikana. Numru tal-Passaport: 002680351 (passaport tas-Sirja, maħruġ fil-25.4.2007, jiskadi fl-24.4.2013). Informazzjoni oħra: (a) Numru tas-Sigurtà Soċjali: 405 41 5342 jew 467 79 1065, (b) Numru tal-liċenzja tas-sewqan 099711346 (maħruġa mill-Istat ta’ Victoria, l-Awstralja); (c) kontabilist pubbliku ċċertifikat u eżaminatur tal-frodi ċċertifikat, (d) uffiċjal ma’ San Air General Trading. Id-data tal-ħatra tidher fl-Artikolu 6(b): 30.11.2005.

▼M7

(28) Valeriy Naydo (alias Valerii Naido). Address: c/o CET Aviation, P.O. Box 932-20C, Ajman, United Arab Emirates. Date of birth:10.8.1957. Nationality: Ukraine. Passport No: (a) AC251295 (Ukraine), (b) KC024178 (Ukraine). Other information: (a) a pilot, (b) one of the directors of Air Pass (Pietersburg Aviation Services and Systems), (c) Chief Executive Officer of CET Aviation.

(29) Abidjan Freight. Address: Abidjan, Côte d’Ivoire.

(30) Air Cess (alias (a) Air Cess Equatorial Guinea, (b) Air Cess Holdings, Ltd., (c) Air Cess Liberia, (d) Air Cess Rwanda, (e) Air Cess Swaziland (Pty.) Ltd., (f) Air Cess, Inc. 360-C, (g) Air Pas, (h) Air Pass, (i) Chess Air Group, (j) Pietersburg Aviation Services & Systems, (k) Cessavia). Address: (a) Malabo, Equatorial Guinea; (b) P.O. Box 7837, Sharjah, United Arab Emirates; (c) P.O. Box 3962, Sharjah, United Arab Emirates; (d) Islamabad, Pakistan; (e) Entebbe, Uganda.

(31) Air Zory (alias (a) Air Zori, (b) Air Zori, Ltd.). Address: (a) 54 G.M. Dimitrov Blvd., BG-1125, Sofia, Bulgaria; (b) 6 Zenas Kanther Str., 1065 Nicosia, Cyprus. Other information: majority shareholder is Sergei Bout.

(32) Airbas Transportation FZE (alias (a) Air Bas, (b) Air Bass, (c) Airbas Transportation, Inc., (d) Aviabas). Address: (a) P.O. Box 8299, Sharjah, United Arab Emirates; (b) 811 S. Central Expressway, Suite 210 Richardson, Texas 75080, USA. Other information: created in 1995 by Sergei Bout.

(33) ATC, Ltd. Address: Gibraltar, United Kingdom.

(34) Bukavu Aviation Transport. Address: Democratic Republic of the Congo.

(35) Business Air Services. Address: Democratic Republic of the Congo.

(36) Centrafrican Airlines (alias (a) Centrafricain Airlines, (b) Central African Airways, (c) Central African Air, (d) Central African Airlines). Address: (a) P.O. Box 2760, Bangui, Central African Republic; (b) c/o Transavia Travel Agency, P.O. Box 3962, Sharjah, United Arab Emirates; (c) P.O. Box 2190, Ajman, United Arab Emirates; (d) Kigali, Rwanda; (e) Ras-al-Khaimah, United Arab Emirates.

(37) Central Africa Development Fund. Address: (a) 811 S. Central Expressway, Suite 210, Richardson, Texas 75080, USA; (b)P.O. Box 850431, Richardson, Texas 75085, USA.

(38) CET Aviation Enterprise (FZE). Address: (a) P.O. Box 932 — C20, Ajman, United Arab Emirates; (b) Equatorial Guinea.

(39) Chichakli & Associates, PLLC (alias (a) Chichakli Hickman-Riggs & Riggs, PLLC, (b) Chichakli Hickmanriggs & Riggs). Address: 811 S. Central Expressway, Suite 210, Richardson, Texas 75080, USA. Other information: an accounting and auditing firm.

(40) Continue Professional Education, Inc. (alias Gulf Motor Sales). Address: 811 S. Central Expressway, Suite 210, Richardson, Texas 75080, USA.

(41) Daytona Pools, Inc. Address: 225 Syracuse Place, Richardson, Texas 75081, USA.

(42) DHH Enterprises, Inc. Address: 811 S. Central Expressway, Suite 210, Richardson, Texas 75080, USA.

(43) Gambia New Millennium Air Company (alias (a) Gambia New Millennium Air, (b) Gambia Millennium Airline). Address:State House, Banjul, Gambia.

(44) IB of America Holdings, Inc. Address: 811 S. Central Expressway, Suite 210, Richardson, Texas 75080, USA.

(45) Irbis Air Company. Address: ul. Furmanova 65, Office 317, Almaty, Kazakhstan 48004. Other information: created in 1998.

(46) Moldtransavia SRL. Address: Aeroport MD-2026, Chisinau, Moldova.

(47) Nordic, Ltd. (alias Nordik Limited EOOD). Address: 9 Fredrick J. Curie Street, Sofia, Bulgaria 1113.

(48) Odessa Air (alias Okapi Air). Address: Entebbe, Uganda.

(49) Orient Star Corporation (alias Orient Star Aviation). Address: 811 S. Central Expressway, Suite 210, Richardson, Texas 75080, USA.

(50) Richard A. Chichakli, P.C. Address: (a) 811 S. Central Expressway, Suite 210, Richardson, Texas 75080, USA; (b) P.O. Box 850432, Richardson, Texas 75085, USA.

(51) Rockman, Ltd. (alias Rokman EOOD). Address: 9 Fredrick J. Curie Street, Sofia, Bulgaria 1113.

(52) San Air General Trading FZE (alias San Air General Trading, LLC). Address: (a) P.O. Box 932-20C, Ajman, United Arab Emirates; (b) P.O. Box 2190, Ajman, United Arab Emirates; (c) 811 S. Central Expressway, Suite 210, Richardson, Texas 75080, USA. Other information: General manager is Serguei Denissenko.

(53) Santa Cruz Imperial Airlines. Address: (a) P.O. Box 60315, Dubai, United Arab Emirates; (b) Sharjah, United Arab Emirates.

(54) Southbound, Ltd. Address: P.O. Box 398, Suite 52 and 553 Monrovia House, 26 Main Street, Gibraltar, UK.

(55) Trans Aviation Global Group, Inc. Address: 811 S. Central Expressway, Suite 210, Richardson, Texas 75080, USA.

(56) Transavia Network (alias (a) NV Trans Aviation Network Group, (b) TAN Group, (c) Trans Aviation, (d) Transavia Travel Agency, (e) Transavia Travel Cargo). Address: (a) 1304 Boorj Building, Bank Street, Sharjah, United Arab Emirates; (b) P.O. Box 3962, Sharjah, United Arab Emirates; (c) P.O. Box 2190, Ajman, United Arab Emirates; (d) Ostende Airport, Belgium.

(57) Vial Company. Address: Delaware, USA.

(58) Westbound, Ltd. Address: P.O. Box 399, 26 Main Street, Gibraltar, UK.

▼M16




ANNESS II

Websajts għal informazzjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikoli 3(1), 3(2), 4(e), 5, 7, 8(1)(a), 8(1)(b), 8(2) u indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea

IL-BELĠJU

http://www.diplomatie.be/eusanctions

IL-BULGARIJA

http://www.mfa.bg/en/pages/135/index.html

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

http://www.mfcr.cz/mezinarodnisankce

ID-DANIMARKA

http://um.dk/da/politik-og-diplomati/retsorden/sanktioner/

IL-ĠERMANJA

http://www.bmwi.de/DE/Themen/Aussenwirtschaft/aussenwirtschaftsrecht,did=404888.html

L-ESTONJA

http://www.vm.ee/est/kat_622/

L-IRLANDA

http://www.dfa.ie/home/index.aspx?id=28519

IL-GREĊJA

http://www.mfa.gr/en/foreign-policy/global-issues/international-sanctions.html

SPANJA

http://www.maec.es/es/MenuPpal/Asuntos/Sanciones%20Internacionales/Paginas/Sanciones_%20Internacionales.aspx

FRANZA

http://www.diplomatie.gouv.fr/autorites-sanctions/

L-ITALJA

http://www.esteri.it/MAE/IT/Politica_Europea/Deroghe.htm

ĊIPRU

http://www.mfa.gov.cy/sanctions

IL-LATVJA

http://www.mfa.gov.lv/en/security/4539

IL-LITWANJA

http://www.urm.lt/sanctions

IL-LUSSEMBURGU

http://www.mae.lu/sanctions

L-UNGERIJA

http://www.kulugyminiszterium.hu/kum/hu/bal/Kulpolitikank/nemzetkozi_szankciok/

MALTA

http://www.doi.gov.mt/EN/bodies/boards/sanctions_monitoring.asp

IL-PAJJIŻI L-BAXXI

www.rijksoverheid.nl/onderwerpen/internationale-vrede-en-veiligheid/sancties

L-AWSTRIJA

http://www.bmeia.gv.at/view.php3?f_id=12750&LNG=en&version=

IL-POLONJA

http://www.msz.gov.pl

IL-PORTUGALL

http://www.min-nestrangeiros.pt

IR-RUMANIJA

http://www.mae.ro/node/1548

IS-SLOVENJA

http://www.mzz.gov.si/si/zunanja_politika_in_mednarodno_pravo/zunanja_politika/mednarodna_varnost/omejevalni_ukrepi/

IS-SLOVAKKJA

http://www.foreign.gov.sk

IL-FINLANDJA

http://formin.finland.fi/kvyhteistyo/pakotteet

L-ISVEZJA

http://www.ud.se/sanktioner

IR-RENJU UNIT

www.fco.gov.uk/competentauthorities

Indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea

Il-Kummissjoni Ewropea

Is-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija (FPI)

EEAS 02/309

B-1049 Brussels

Belgium

Email: relex-sanctions@ec.europa.eu



( 1 ) Ara l-paġna 116 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

( 2 ) ĠU L 40, tat-12.2.2004, p. 35.

( 3 ) ĠU L 40, tat-12.2.2004, p. 1.