02012R0293 — MT — 08.07.2019 — 004.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 293/2012 tat-3 ta’ April 2012 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta’ dejta fuq ir-reġistrazzjoni ta’ vetturi kummerċjali ħfief ġodda skont ir-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 098 4.4.2012, p. 1) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 410/2014 tat-23 ta' April 2014 |
L 121 |
21 |
24.4.2014 |
|
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1152 tat-2 ta’ Ġunju 2017 |
L 175 |
644 |
7.7.2017 |
|
|
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/987 tad-29 ta' Mejju 2019 |
L 160 |
8 |
18.6.2019 |
|
Ikkoreġut bi:
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 293/2012
tat-3 ta’ April 2012
dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta’ dejta fuq ir-reġistrazzjoni ta’ vetturi kummerċjali ħfief ġodda skont ir-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli għall-ġbir u r-rapportar ta’ dejta dwar ir-reġistrazzjoni ta’ dawn il-vetturi:
(a) vetturi kummerċjali ħfief kif imsemmija fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 510/2011;
(b) vetturi tal-kategoriji M2 u N2 kif imsemmija fl-Artikolu 8(10) ta’ dak ir-Regolament.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 2 u 3 tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 kif ukoll id-definizzjonijiet ta’ “vettura li tieħu żewġ gassijiet tal-fjuwil” u ta’ “vettura flex fuel li tieħu l-etanol” stabbiliti fl-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 ( 1 ). Għandhom japplikaw ukoll id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) “dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip” tfisser id-dokumenti li jinkludu dejta speċifikata fit-tielet kolonna tat-tabella stabbilita fl-Anness I għal dan ir-Regolament;
(2) “dejta ta’ monitoraġġ aggregata” tfisser id-dejta aggregata speċifikata fit-Taqsima 1 tal-Parti C tal-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 510/2011;
(3) “dejta ta' monitoraġġ dettaljata” tfisser id-dejta dettaljata speċifikata fit-Taqsima 2 tal-Parti C tal-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 510/2011 li hija diżaggregata skont il-manifattur u s-serje tal-vettura kif iddefinita mit-tip, il-varjant u l-verżjoni.
Artikolu 3
It-trasmissjoni tad-dejta
Id-dejta ta’ monitoraġġ aggregata flimkien mad-dejta ta’ monitoraġġ dettaljata għandhom jiġu trasmessi mill-Istat Membru permezz ta’ trasferiment elettroniku tad-dejta għar-Repożitorju Ċentrali tad-Dejta ġestit mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni meta d-dejta tiġi trasmessa.
Artikolu 4
Sorsi ta' dejta
1. L-Istati Membri għandhom iħejju d-dejta ta’ monitoraġġ aggregata u d-dejta ta’ monitoraġġ dettaljata skont l-informazzjoni li tidher fiċ-ċertifikat ta’ konformità jew fid-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip tal-vettura kummerċjali ħafifa rilevanti kif speċifikat fit-tabella fl-Anness I għal dan ir-Regolament.
2. Il-parametru “għadd totali ta’ reġistrazzjonijiet ġodda” fid-dejta ta' monitoraġġ dettaljata għandu jiġi determinat mill-għadd totali ta’ rekords tar-reġistrazzjoni li jinħolqu kull sena u li jkunu rilevanti għal kull vettura waħda.
3. Il-parametru “kategorija tal-vettura reġistrata” fid-dejta ta' monitoraġġ dettaljata għandu jkun ibbażat fuq il-karatteristiċi tekniċi tal-vettura fil-ħin tar-reġistrazzjoni.
4. Meta jkun hemm iktar minn isem ta’ manifattur wieħed fuq iċ-ċertifikat ta’ konformità jew fid-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip, l-Istat Membru għandu jirrapporta lill-manifattur dwar il-vettura bażi.
5. Il-valuri tal-emissjonijiet ta’ CO2 li għandhom jiġu rrapportati skont il-parametru “emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2” fid-dejta ta’ monitoraġġ dettaljata għandhom jittieħdu mill-entrata “ikkombinat” fiċ-ċertifikat ta’ konformità jew fid-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip, ħlief fil-każ fejn tapplika l-entrata għal “ippeżat (bil-komponenti ta’ medja ta’ fatturi) u kkombinat”.
6. Fir-rapportar dwar vetturi bi fjuwil alternattiv fid-dejta ta’ monitoraġġ dettaljata, l-awtorità kompetenti għandha tipprovdi t-tip u l-modalità tal-fjuwil kif speċifikat fl-Anness I għal dan ir-Regolament.
7. Fil-każ ta’ vetturi li jieħdu żewġ fjuwils jew vettura flex fuel li tieħu l-etanol l-awtorità kompetenti għandha tirrapporta l-valuri tal-emmissjonijiet ta’ CO2 li ġejjin taħt il-parametru “emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2 (g/km)” fid-dejta ta’ monitoraġġ dettaljata:
(a) għal vetturi li jieħdu żewġ gassijiet ta’ fjuwil li jużaw il-petrol u fjuwils gassużi, il-valur tal-emissjonijiet ta’ CO2 għall-gass tal-petroleum likwifikat (LPG) jew għall-gass naturali (NG) skont il-punt 2 fil-Parti A tal-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 510/2011;
(b) għal vetturi flex fuel li jieħdu l-etanol li jużaw petrol u fjuwil tal-etanol (E85) imsemmi fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 510/2011, il-valur tal-emissjoni ta’ CO2 għall-petrol.
Fil-każ tal-punt (b), l-Istati Membri għandhom jirrapportaw il-valur tal-petrol, anke meta l-kundizzjonijiet għat-tnaqqis stabbiliti fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 ma jiġux issodisfati. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jirrapportaw ukoll il-valur E85.
8. Fejn il-vettura jkollha aktar minn fus direzzjonali wieħed jew aktar minn fus mhux direzzjonali wieħed bil-wisa’ ta’ bejn il-fusien differenti, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw il-wisa’ massimu tal-fus taħt il-parametru “Il-wisa’ ta’ bejn ir-roti ta’ fusien ta’ tip differenti (mm)” fid-dejta ta’ monitoraġġ dettaljata. Id-distanza ta’ bejn il-fusien għal dawn il-vetturi għandha tkun id-distanza bejn il-fus estern ta’ quddiem u l-fus estern ta’ wara.
9. Meta d-dejta ta’ monitoraġġ aggregata u d-dejta ta’ monitoraġġ dettaljata jittieħdu mid-dokumentazzjini tal-approvazzjoni tat-tip, u meta dik id-dejta tinkludi firxiet ta’ valuri, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dejta rrapportata tipprovdi l-preċiżjoni adegwata, u li tkun konformi mad-dejta li tinsab fiċ-ċertifikat ta’ konformità.
10. Fir-rigward tal-vetturi ta’ tmiem is-serje rreġistrati fl-2020 jew fl-2021, il-valuri tad-WLTP tas-CO2 li jridu jiġu attribwiti lil dawk il-vetturi għall-fini tal-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi medji għandhom ikunu dawk iddeterminati skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1152 ( 2 ).
Artikolu 5
Żamma u kontroll tad-dejta
L-Istati Membri għandhom jiżguraw iż-żamma, il-ġbir, il-kontroll, il-verifika u t-trasmissjoni tad-dejta ta’ monitoraġġ aggregata u tad-dejta ta’ monitoraġġ dettaljata.
Artikolu 6
Preparazzjoni tad-dejta mill-Istati Membri
Meta jkunu qed ilestu d-dejta ta’ monitoraġġ iddettaljata, l-Istati Membri għandhom jinkludu:
(a) għal kull vettura mgħammra b’teknoloġiji innovattivi, l-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 mingħajr ma jitqies it-tnaqqis fl-emissjonijiet tas-CO2 permezz tat-teknoloġiji innovattivi approvati skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 510/2011;
(b) għal kull vettura, il-fattur ta’ devjazzjoni (De) u l-fattur ta’ verifika ddeterminati skont il-punt 3.2.8 tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1152.
Minkejja d-dejta dettaljata msemmija fil-Parti A tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 510/2011, fir-rigward tad-dejta monitorjata sal-31 ta’ Diċembru 2017, minbarra l-parametri diġà meħtieġa f’dik il-Parti, Stat Membru għandu jirrapporta biss il-fattur ta’ devjazzjoni u l-fattur ta’ verifika msemmijin fil-punt (b) ta’ dan l-Artikolu. Mill-1 ta’ Jannar 2018 id-dejta dettaljata kollha speċifikata fil-Parti A tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 għandha tiġi monitorjata urrapportata skont il-format stipulat fil-Parti C tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 510/2011.
▼M2 —————
Artikolu 8
Vetturi li mhumiex koperti mill-approvazzjoni tat-tip-KE
Meta l-vetturi kummerċjali ħfief ikunu soġġetti għall-approvazzjoni tat-tip nazzjonali ta' serje żgħira skont l-Artikolu 23 tad-Direttiva Nru 2007/46/KE, jew għal approvazzjonijiet individwali skont l-Artikolu 24 ta' dik id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni bin-numri rispettivi ta' dawn il-vetturi reġistrati fit-territorju tagħhom.
Biex id-dejta dettlajata tal-monitoraġġ tkun sħiħa, l-awtorità kompetenti għandha tindika l-isem tal-manifattur fil-kolonna “L-isem tal-manifattur fir-reġistru tal-Istat Membru” fil-format stabbilit fil-Parti C tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 510/2011, u fil-kolonna “Id-denominazzjoni standard tal-UE tal-isem tal-manifattur” għandha tindika wieħed minn dawn li ġejjin:
(a) “AA-IVA” għar-rapportar ta' tipi ta' vetturi approvati individwalment;
(b) “AA-NSS” għar-rapportar ta' tipi ta' vetturi approvati f'serje żgħira b'mod nazzjonali.
Artikolu 9
Lista tal-manifatturi
1. Il-manifatturi għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bla dewmien u mhux aktar tard mill-1 ta’ Ġunju 2012 bl-ismijiet li huma jindikaw jew li jkollhom l-intenzjoni jindikaw fuq iċ-ċertifikati ta’ konformità. Huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bla dewmien dwar kwalunkwe tibdil f’dik l-informazzjoni. Il-manifatturi ġodda li jidħlu fis-suq għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bla dewmien dwar l-ismijiet li jindikaw jew li jkollhom l-intenzjoni jindikaw fuq iċ-ċertifikati ta’ konformità.
2. Fil-ġbir tad-dejta ta’ monitoraġġ aggregata u tad-dejta ta’ monitoraġġ dettaljata, l-awtorità kompetenti għandha tuża l-ismijiet tal-manifatturi meħudin mil-lista li għandha tiġi mfassla mill-Kummissjoni abbażi tal-ismijiet notifikati skont il-paragrafu 1. Din il-lista għanda tiġi ppubblikata fuq l-Internet għall-ewwel darba fl-1 ta’ Settembru 2012 u għandha tiġi aġġornata regolarment.
3. Fil-każ li l-isem tal-manifattur ma jkunx inkluż f'dik il-lista, l-awtorità kompetenti għandha tuża l-isem ta' fuq iċ-ċertifikat ta' konformità jew tad-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip sabiex id-dejta ta' monitoraġġ aggregata u d-dejta ta' monitoraġġ dettaljata jkunu jistgħu jinġabru.
Artikolu 10
Informazzjoni addizzjonali li trid tingħata mill-manifatturi
1. Għall-fini tan-notifika msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) Nru 510/2011, sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Ġunju 2012, il-manifatturi għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-isem u l-indirizz rilevanti tal-persuna ta’ kuntatt li lilha trid tiġi indirizzata n-notifika.
Il-manifattur għandu jinforma lill-Kummissjoni bla dewmien dwar kwalunkwe tibdil fid-dejta pprovduta. Manifatturi ġodda li jidħlu fis-suq għandhom jinformaw lill-Kummissjoni bla dewmien dwar id-dettalji tal-kuntatt tagħhom.
▼M2 —————
2. Fil-każ li grupp ta' intrapriżi relatati bejniethom jifformaw għaqda, din l-għaqda għandha tipprovdi evidenza tar-rabta ta' bejn il-membri tal-grupp sabiex tkun tista' tiġi ddeterminata l-applikabbiltà tal-Artikolu 7(6) tar-Regolament (UE) Nru 510/2011, skont il-kriterji stabbiliti mill-Artikolu 3(2) ta' dak ir-Regolament.
▼M2 —————
3. Għall-fini tal-kalkolu tal-mira tal-emissjonijiet speċifiċi proviżorja u l-emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2 proviżorji u għall-fini tal-verifika tal-valuri tal-input li ntużaw skont il-punt 1a.1 tal-Parti A tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 510/2011, il-manifatturi għandhom iressqu lill-Kummissjoni, permezz ta' trasferiment elettroniku tad-data lir-Repożitorju tad-Data ġestit mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, id-data għal kull vettura bażi soġġetta għal approvazzjoni tat-tip b'diversi stadji li biegħu fis-sena kalendarja preċedenti fl-Unjoni, kif speċifikat fil-punt 1c. tal-Parti A tal-Anness II ta' dak ir-Regolament.
Id-data għandha tiġi trażmessa permezz ta' trasferiment elettroniku tad-data lir-Repożitorju tad-Data ġestit mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent.
4. Jekk il-manifatturi ma jressqux id-data dettaljata msemmija fil-paragrafu 3, il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi proviżorja u l-emissjonijiet speċifiċi medji proviżorji għandhom jiġu kkalkolati fuq il-bażi tad-data dettaljata kif fornuta mill-Istati Membri.
Artikolu 10a
Notifika tal-iżbalji mill-manifatturi
1. Il-manifatturi li jinnotifikaw l-iżbalji f'konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 għandhom jużaw is-sett tad-dejta provviżorju notifikat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 8(4) bħala l-bażi tan-notifika tagħhom.
In-notifika tal-iżball għandha tinkludi s-settijiet tad-dejta kollha marbuta mar-reġistrazzjonijiet tal-vetturi li huwa responsabbli għalihom il-manifattur li qed jibgħat in-notifika. Fil-każ ta' vetturi kkompletati, manifattur responsabbli huwa manifattur responsabbli għall-approvazzjoni tat-tip KE tal-vettura bażi.
L-iżball għandu jkun indikat permezz ta' entrata separata fis-sett tad-dejta għal kull verżjoni, intitolata “Kummenti mill-manifattur”, fejn għandu jkun speċifikat wieħed minn dawn il-kodiċijiet li ġejjin:
(a) Kodiċi A, fil-każ li r-rekords inbidlu mill-manifattur;
(b) Kodiċi B, fil-każ li l-vettura ma tistax tiġi identifikata;
(c) Kodiċi C, fil-każ li l-vettura taqa' 'l barra mill-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 jew il-produzzjoni tagħha twaqqfet;
(d) Kodiċi D, fejn il-manifattur li ġie attribwit reġistru speċifiku hu l-manifattur tal-vettura kkompletata iżda mhux tal-vettura bażi mhux kompluta.
Għall-finijiet tal-punt (b), vettura titqies identifikabbli meta l-manifattur ma jkunx jista' jidentifika l-vettura abbażi tan-numru ta' identifikazzjoni tal-vettura provduta mill-Istat Membru, jew jekk ir-rekord ma fihx tali numru jew inkella l-vettura ma tistax tiġi identifikata.
Għall-finijiet tal-punt (d), il-manifattur finali tal-vettura għandu jindika wkoll isem il-manifattur tal-vettura bażi f'entrata separata intitolata “Noti dwar il-manifattur”.
2. Meta manifattur ma jkunx innotifika l-iżbalji lill-Kummissjoni skont il-paragrafu 1, jew meta n-notifika tiġi sottomessa wara l-iskadenza tal-perjodu ta' tliet xhur stipulat fl-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) Nru 510/2011, il-valuri provviżorji notifikati f'konformità mal-Artikolu 8(4) ta' dak ir-Regolament għandhom ikunu kkunsidrati bħala finali.
3. Fejn in-notifika tal-iżball imsemmi fil-paragrafu 1 jinkludi n-numri tal-identifikazzjoni tal-vettura, għandha tkun sottomessa lir-Repożitorju tad-Dejta msemmi fl-Artikolu 10(3), u f'każijiet oħra, għandha tintbagħat f'format elettroniku li ma jistax jitħassar, immarkat “Notifika ta' żball — CO2 mill-vannijiet”, bil-posta lil dan indirizz:
European Commission
Secretariat General
1049 Bruxelles/Brussel
Belgique/België
Għall-finijiet ta' informazzjoni għandha tintbagħat kopja elettronika tan-notifika fuq dawn l-indirizzi elettroniċi:
EC-CO2-LDV-IMPLEMENTATION@ec.europa.eu
kif ukoll
CO2-monitoring@eea.europa.eu.
Artikolu 10b
Tħejjija tas-sett tad-dejta proviżjorju
1. Is-sett tad-dejta proviżorju li jrid jiġi nnotifikat lil manifattur skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 għandu jinkludi r-rekords li, abbażi ta’ isem il-manifattur u n-numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura, jistgħu jiġu attribwiti lil dak il-manifattur.
Ir-reġistru ċentrali msemmi fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 ma għandux jinkludi ebda dejta dwar in-numri ta’ identifikazzjoni tal-vetturi.
2. L-ipproċessar tan-numri ta’ identifikazzjoni tal-vetturi ma għandux jinkludi l-ipproċessar ta’ ebda dejta personali li tista’ tkun marbuta ma’ dawk in-numri jew ma’ xi dejta oħra li tista’ torbot in-numri ta’ identifikazzjoni tal-vetturi ma’ dejta personali.
Artikolu 11
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
SORSI TA' DEJTA
|
Parametru |
Ċertifikat ta' konformità (Mudell B tal-Parti 1 stabbilit fl-Anness IX tad-Direttiva 2007/46/KE) |
Dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip (Direttiva 2007/46/KE) |
|
Manifattur (vetturi kompluti) |
Il-Punt 0.5 |
Il-Punt 0.5 tal-Parti I tal-Anness III |
|
Manifattur tal-vettura bażi (vetturi mibnija f'diversi stadji) |
Il-Punt 0.5.1 |
Il-Punt 0.5 tat-Taqsima B tal-Anness I; |
|
Numru tal-approvazzjoni tat-tip- |
Il-Punt 0.10(b) |
Il-parti introduttorja tal-Anness VI. |
|
It-tip |
Il-Punt 0.2 |
Il-Punt 0.2 tal-Parti I tal-Anness III |
|
Il-varjant |
Il-Punt 0.2 |
Il-Parti I jew II tal-Anness III jew it-Taqsima 3 tal-Anness VIII |
|
Il-verżjoni |
Il-Punt 0.2 |
Il-Parti I jew II tal-Anness III jew it-Taqsima 3 tal-Anness VIII |
|
L-għamla |
Il-Punt 0.1 |
Il-Punt 0.1 tal-Parti I tal-Anness III |
|
Kategorija ta' vettura tat-tip approvat |
Il-Punt 0.4 |
Il-Punt 0.4 tal-Parti I tal-Anness III |
|
Massa f'kundizzjoni ta' sewqan (vetturi kompluti u kkompletati) (kg) |
It-Taqsima 13 |
Il-Punt 2.6 tal-Parti I tal-Anness III, jew mill-10 ta' Jannar 2014, il-punt 2.6(b) tal-Parti 1 tal-Anness III (f'każ ta' firxa, għandha tittieħed il-massa minima) |
|
Massa f'kundizzjoni ta' sewqan (vettura bażi) (kg) |
It-Taqsima 14 |
Il-punt 2.17.1. tal-Anness I |
|
Massa massima teknikament permissibbli mgħobbija (tal-vettura bażi fil-każ ta' vetturi mibnija f'diversi stadji) (kg) |
Il-Punt 16.1 |
Il-Punt 2.8 tal-Parti I tal-Anness III |
|
Impronta — it-tul bejn il-fusien (Wheel base) (mm) |
It-Taqsima 4 |
It-Taqsima 2.1 tal-Parti I tal-Anness III (1) |
|
Impronta — il-wisa' bejn ir-roti (Track width) (mm) |
It-Taqsima 30 |
It-Taqsima 2.3.1 u t-Taqsima 2.3.2 tal-Parti I tal-Anness III (2) |
|
L-emissjonijiet speċifiċi tal-NEDC CO2 (g/km) |
It-Taqsima 49.1 |
It-Taqsima 3 tal-Anness VIII |
|
It-tip ta' fjuwil |
It-Taqsima 26 |
It-Taqsima 3.2.2.1 tal-Parti 1 tal-Anness III |
|
Il-modalità tal-fjuwil |
Il-Punt 26.1 |
It-Taqsima 3.2.2.4 tal-Parti 1 tal-Anness III |
|
Il-kapaċità tal-magna (cm3) |
It-Taqsima 25 |
It-Taqsima 3.2.1.3 tal-Parti 1 tal-Anness III |
|
Il-konsum tal-enerġija elettrika (Wh/km) |
Il-Punt 49.2 |
It-Taqsima 3 tal-Anness VIII |
|
▼M2 ————— |
||
|
In-numru ta' identifikazzjoni tal-vettura |
Il-Punt 0.10 |
Il-Punt 9.17 tal-Parti I tal-Anness III |
|
Massa miżjuda standard |
|
Il-Punt 2.17.2. tal-Anness I |
|
L-emissjonijiet speċifiċi tal-NEDC CO2 (g/km) |
It-Taqsima 49.4 |
ma japplikax |
|
It-total tal-iffrankar tal-emissjonijiet tal-NEDC CO2 bis-saħħa tal-ekoinnovazzjoni(jiet) |
It-Taqsima 49.3.2.1 |
It-Taqsima 4 tal-Anness VIII |
|
It-total tal-iffrankar tal-emissjonijiet tas-CO2 tad-WLTP bis-saħħa tal-ekoinnovazzjoni(jiet) |
It-Taqsima 49.3.2.2 |
|
|
Id-WLTP tal-massa tat-test |
It-Taqsima 47.1.1 |
ma japplikax |
|
Il-fattur ta’ devjazzjoni De |
It-Taqsima 49.1 |
L-Appendiċi tal-Addendum taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip stabbilit fl-Appendiċi 4 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2017/1151 |
|
Il-fattur ta’ verifika (“1” jew “0”) |
It-Taqsima 49.1 |
L-Appendiċi tal-Addendum taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip stabbilit fl-Appendiċi 4 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2017/1151 |
|
In-numru ta’ identifikazzjoni tal-familja tal-vettura |
|
Il-punt 5.0 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151 |
|
(1) Skont l-Artikolu 4(9) ta' dan ir-Regolament. (2) Skont l-Artikolu 4(8) u (9) ta' dan ir-Regolament. |
||
ANNESS II
TABELLA DWAR IL-PREĊIŻJONI TAD-DEJTA
Il-preċiżjoni meħtieġa għad-dejta ta’ monitoraġġ dettaljata li għandha tiġi rrapportata skont l-Artikolu 6
|
CO2 (g/km) |
numru sħiħ |
|
Massa (kg) |
numru sħiħ |
|
Piżijiet massimi mgħobbija teknikament permissibbli (kg) |
numru sħiħ |
|
Impronta – it-tul bejn il-fusien (Wheel base) (mm) |
numru sħiħ |
|
Impronta – il-wisa' bejn ir-roti (Track width) (mm) |
numru sħiħ |
|
Kapaċità tal-magna (cm3) |
numru sħiħ |
|
Konsum ta' enerġija elettrika (Wh/km) |
numru sħiħ |
|
Tnaqqis tal-emissjonijiet permezz tat-teknoloġiji innovattivi (g/km) |
jiġi aġġustat għall-eqreb punt deċimali |
( 1 ) ĠU L 199, 28.7.2008, p. 1.
( 2 ) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1152 tat-2 ta’ Ġunju 2017 li jistabbilixxi metodoloġija biex jiġu ddeterminati l-parametri ta’ korrelazzjoni meħtieġa biex tiġi riflessal-bidla fil-proċedura tat-test regolatorju u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 293/2012 (ĠU L 175, 7.7.2017, p. 664).