<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-456/18 P</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018CC0456</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:8">EU:C:2020:8</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>15</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>15</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Konklużjonijiet Kokott – Kawża C‑456/18 P</HT></P><P><HT TYPE="SC">L‑Ungerija vs Il‑Kummissjoni</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Kokott</HT></P><P>ippreżentati fis‑<DATE ISO="20200116">16 ta’ Jannar 2020</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI><STI><P>Kawża C‑456/18 P</P><P>L‑Ungerija</P><P>kontra</P><P>Il‑Kummissjoni Ewropea</P></STI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Appell</KEYWORD><KEYWORD>Għajnuna mill-Istat</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni li tinfetaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 659/1999</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 11(1)</KEYWORD><KEYWORD>Ordni ta’ sospensjoni</KEYWORD><KEYWORD>Possibbiltà li tiġi kkontestata l-ordni ta’ sospensjoni</KEYWORD><KEYWORD>Interess ġuridiku minkejja l-waqfien tal-applikabbiltà</KEYWORD><KEYWORD>Eżerċizzju tas-setgħa diskrezzjonali mill-Kummissjoni fl-adozzjoni ta’ ordni ta’ sospensjoni</KEYWORD><KEYWORD>Proporzjonalità</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu ta’ motivazzjoni</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>Dan l-appell mis-sentenza kkontestata tal-Qorti Ġenerali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180425">25 ta’ April 2018</DATE>, <NAME.CASE>L‑Ungerija vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑554/15 u T‑555/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:220">EU:T:2018:220</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> jagħti lill-Qorti tal-Ġustizzja l-opportunità li tittratta l-protezzjoni legali iżolata kontra ordni ta’ sospensjoni provviżorja fil-proċeduri ta’ għajnuna mill-Istat. B’tali ordni, l-Ungerija kienet espressament ipprojbita milli tkompli tagħti żewġ għajnuniet sa tmiem il-proċedura ta’ investigazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>L-Artikolu 108(3) TFUE diġà jipprevedi li, mal-ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni, l-Istati Membri ma jistgħux jimplimentaw il-miżura ta’ għajnuna inkwistjoni. Minkejja dan, ordni ta’ sospensjoni provviżorja tippermetti lill-Kummissjoni timplimenta proċedura ssemplifikata għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu, jekk l-Istat Membru madankollu jagħmel hekk. Il-Kummissjoni kellha manifestament suspetti fir-rigward tal-Ungerija u kien għalhekk li ħarġet l-ordni ta’ sospensjoni provviżorja fl-istess waqt li ddeċidiet li tiftaħ il-proċedura. Madankollu, fil-motivazzjoni tagħha, il-Kummissjoni tibbaża essenzjalment ruħha fuq l-eżistenza u l-ammont tal-għajnuna biss.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi enfasizzat li l-istħarriġ tal-Kummissjoni jirrigwarda żewġ liġijiet fiskali (<HT TYPE="ITALIC">sensu lato</HT>) li n-natura ta’ għajnuna tagħhom hija dedotta prinċipalment mit-tariffa progressiva. Il-kwistjoni dwar jekk f’dan jistax effettivament jiġi kkunsidrat li hemm għajnuna fis-sens tal-Artikolu 107 TFUE għadha ma hijiex ċerta u hija kontroversjali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Vodafone Magyarország (C‑75/18), Tesco-Global Áruházak (C‑323/18), Il‑Kummissjoni vs Il‑Polonja (C‑562/19 P), u Il‑Kummissjoni vs L‑Ungerija u Il‑Polonja (C‑596/19 P). Ara wkoll il-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Vodafone Magyarország</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑75/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:492">EU:C:2019:492</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0136">136</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>.) kif ukoll il-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Tesco-Global Áruházak</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑323/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:567">EU:C:2019:567</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0128">128</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>.).</P></NOTE>. Madankollu, l-Ungerija ma kkontestatx sussegwentement id-deċiżjoni finali tal-Kummissjoni fuq il-mertu (dwar in-natura tal-għajnuna taż-żewġ liġijiet), iżda hija baqgħet tikkontesta b’mod separat biss l-ordnijiet provviżorji. Mill-perspettiva tal-Ungerija, dawn ġew adottati b’mod żbaljat u ma kinux motivati b’mod suffiċjenti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="2"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>Madankollu, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li dan ma kienx il-każ fl-ewwel istanza, u din hija r-raġuni għaliex, issa fl-appell, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiddeċiedi jekk il-Qorti Ġenerali kellhiex raġun li ma toġġezzjonax kontra l-ordnijiet ta’ sospensjoni provviżorji, li issa ma għadhomx applikabbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>Il-proċedura fil-qasam tal-għajnuna illegali hija rregolata mill-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 TFUE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat‑<DATE ISO="19990322">22 ta’ Marzu 1999</DATE> li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339), kif ġie emendat bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 734/2013 tat‑<DATE ISO="20130722">22 ta’ Lulju 2013</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="204" PAGE.FIRST="15" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 204, p. 15</REF.DOC.OJ>).</P><P>Ir-Regolament Nru 659/1999 ġie ssostitwit, fl‑<DATE ISO="20151014">14 ta’ Ottubru 2015</DATE>, bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat‑<DATE ISO="20150713">13 ta’ Lulju 2015</DATE> li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="248" PAGE.FIRST="9" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 248, p. 9</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE> (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Regolament Nru 659/1999<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>L-Artikolu 11 ta’ dan ir-regolament<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Li issa sar, f’termini kważi identiċi, l-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2015/1589.</P></NOTE> jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="011.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-Kummissjoni tista’ wara li tagħti lill-Istat Membru kkonċernat l-opportunità li tissottometti l-kummenti tagħha, tadotta deċiżjoni li teħtieġ lill-Istat Membru li jissospendi kull għajnuna llegali [illegali] sakemm il-Kummissjoni tieħu deċiżjoni dwar il-kompatibilità ta’ l-għajnuna mas-suq komuni (minn hawn <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>l quddiem imsejjħa ‘inġunzjoni ta’ suspensjoni<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="2019" ID="QE0003"/>).</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="011.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-Kummissjoni tista’ wara li tagħti lill-Istat Membru kkonċernat l-opportunità li tissottometti l-kummenti tagħha, tadotta deċiżjoni li teħtieġ lill-Istat Membru sabiex jirkupra proviżjonalment kull għajnuna kontra l-liġi sakemm il-Kummissjoni tkun ħadet deċiżjoni dwar il-kompatibilità ta’ l-għajnuna mas-suq komuni (minn hawn <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>l quddiem imsejjħa ‘inġunzjoni ta’ rkupru<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="2019" ID="QE0004"/>), jekk ikunu sodisfatti l-kriterji li ġejjin:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>skond prattika mwaqqfa m’hemm l-ebda dubji dwar il-karattru ta’ l-għajnuna tal-miżura kkonċernata u</P></ITEM><ITEM><P>hemm urġenza għall-azzjoni u</P></ITEM><ITEM><P>hemm riskju serju ta’ ħsara sustanzjali u rreparrabbli lil xi kompetitur.</P></ITEM></LIST><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>L-Artikolu 12 tar-Regolament Nru 659/1999 jippermetti lill-Kummissjoni tagħti bidu għal proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu fis-sens tal-Artikolu 258 TFUE mingħajr proċedura prekontenzjuża fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ ordnijiet ta’ sospensjoni:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Jekk l-Istat Membru jonqos milli jikkonforma ma’ inġunzjoni ta’ sospensjoni jew inġunzjoni ta’ rkupru, il-Kummissjoni għandha tkun intitolata, filwaqt li tkun qed tagħmel l-eżami fuq is-sustanza ta’ l-argument abbażi ta’ l-informazzjoni disponibbli, biex tirreferi l-argument lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej direttament u japplika għal dikjarazzjoni li n-nuqqas ta’ konformità tikkostitwixxi ksur tat-Trattat.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tagħlaq il-proċedura ta’ investigazzjoni formali fil-każ ta’ għajnuniet mhux innotifikati permezz ta’ deċiżjoni skont l-Artikolu 13(1) moqri flimkien mal-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 659/1999. L-Artikolu 7(5) jirregola l-projbizzjoni tal-għajnuniet, l-hekk imsejħa deċiżjoni negattiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Fejn il-Kummissjoni ssib li l-għajnuna notifikata m’hijiex kompatibbli mas-suq komuni, għandha tiddeċiedi li dik l-għajnuna m’għandhiex tiddaħħal fis-seħħ [...]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>Fl‑2014, minn naħa, l-Ungerija adottat il-Liġi Nru XCIV dwar il-kontribuzzjoni għas-saħħa tal-impriżi tas-settur tat-tabakk). Min-naħa l-oħra, l-Ungerija emendat il-Liġi Nru XLVI tal‑2008 dwar il-katina tal-ikel u l-kontroll relatat magħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>Permezz ta’ dawn iż-żewġ miżuri, l-Ungerija introduċiet strutturi ta’ kontribuzzjoni progressiva għall-impriżi inkwistjoni, li daħlu fis-seħħ fil-bidu tal‑2015.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>L-Ungerija ma informatx lill-Kummissjoni b’dawn il-miżuri. Il-Kummissjoni għalhekk informat lill-Ungerija li, fil-fehma tagħha, id-dispożizzjonijiet tal-Liġijiet XLVI u XCIV setgħu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat inkompatibbli mas-suq intern. Fiż-żewġ ittri, il-Kummissjoni wissiet li għandha mnejn tadotta ordnijiet ta’ sospensjoni fis-sens tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament Nru 659/1999, u talbet lill-Ungerija tippreżenta osservazzjonijiet f’dan ir-rigward. L-Ungerija ma kkonformatx ruħha ma’ din it-talba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>Fil‑<DATE ISO="20150715">15 ta’ Lulju 2015</DATE>, il-Kummissjoni fetħet żewġ proċeduri ta’ investigazzjoni formali skont l-Artikolu 108(2) TFUE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tal‑<DATE ISO="20150715">15 ta’ Lulju 2015</DATE> (Għajnuna mill-Istat SA.40018 (2015/C) (ex 2014/NN), 4808 final, u SA.41187 (2015/NN) (2015/C) 4805 final), <REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="277" PAGE.FIRST="12" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, C 277, p. 12</REF.DOC.OJ> u p. 24.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>Fl-istess waqt, il-Kummissjoni adottat ordnijiet ta’ sospensjoni fiż-żewġ proċeduri. Fil-motivazzjoni tagħha, hija osservat, l-ewwel nett, li l-Ungerija ma ppreżentatx osservazzjonijiet dwar it-theddida ta’ ordnijiet ta’ sospensjoni u li hija tal-fehma li l-miżuri ma kinux jikkostitwixxu għajnuna. It-tieni nett, l-Ungerija kienet għadha tagħti l-għajnuna illegali. It-tielet nett, in-natura progressiva qawwija tat-taxxi bbażati fuq id-dħul mill-bejgħ seta’ jkollha impatt sinjifikattiv fuq is-sitwazzjoni kompetittiva tas-suq<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>In that context, the Commission underlines that the steeply progressive character of the turnover fee is capable of having a significant impact on the competitive situation in the market<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> (premessi 47 u 56 tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tal‑<DATE ISO="20150715">15 ta’ Lulju 2015</DATE>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>L-Ungerija ppreżentat rikors fit-terminu stabbilit kontra l-ordnijiet ta’ sospensjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="20160704">4 ta’ Lulju 2016</DATE>, il-Kummissjoni ddeċidiet, b’mod konformi mal-Artikolu 13(1), moqri flimkien mal-Artikolu 7(5) tar-Regolament Nru 659/1999, li l-miżuri kontenzjużi kienu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat li hija inkompatibbli mas-suq intern fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, li ddaħħlu fis-seħħ b’mod illegali mill-Ungerija bi ksur tal-Artikolu 108(3) TFUE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tal‑<DATE ISO="20160704">4 ta’ Lulju 2016</DATE> (UE) 2016/1846 dwar il-miżura SA.41187 (2015/C) (ex 2015/NN) implimentata mill-Ungerija dwar il-kontribuzzjoni għas-saħħa mill-impriżi tal-industrija tat-tabakk (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="282" PAGE.FIRST="43" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, L 282, p. 43</REF.DOC.OJ>) u (UE) 2016/1848 dwar il-miżura SA.40018 (2015/C) (ex 2015/NN) implimentata mill-Ungerija fuq l-Emenda tal‑2014 għat-tariffa Ungeriża għall-ispezzjoni tal-katina alimentari (notifikata bid-dokument C(2016) 4056) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="282" PAGE.FIRST="63" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, L 282, p. 63</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>. Iż-żewġ deċiżjonijiet negattivi saru finali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>Permezz tas-sentenza appellata tal‑<DATE ISO="20180425">25 ta’ April 2018</DATE>, il-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikorsi ppreżentati mill-Ungerija kontra l-ordnijiet ta’ sospensjoni. Is-sentenza ġiet ikkomunikata lill-Ungerija fit‑<DATE ISO="20180502">2 ta’ Mejju 2018</DATE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20180712">12 ta’ Lulju 2018</DATE>, l-Ungerija ppreżentat dan l-appell kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali. L-Ungerija titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tannulla s-sentenza appellata;</P></ITEM><ITEM><P>tannulla d-Deċiżjoni C(2015) 4805 final, sa fejn din tadotta ordni ta’ sospensjoni;</P></ITEM><ITEM><P>tannulla d-Deċiżjoni C(2015) 4808 final, sa fejn din tadotta ordni ta’ sospensjoni;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>B’digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal‑<DATE ISO="20181015">15 ta’ Ottubru 2018</DATE>, ir-Repubblika tal-Polonja tħalliet tintervjeni insostenn tal-Ungerija<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Min-nota ta’ intervent tar-Repubblika tal-Polonja, li, għall-kuntrarju tal-Artikolu 132(2)(a) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, ma fiha l-ebda talba, huwa ċar li r-Repubblika tal-Polonja tintervjeni insostenn tal-aggravji tal-Ungerija u, b’dan il-mod, tat-talbiet tagħha.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tiċħad l-appell bħala inammissibbli u/jew infondat;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Ungerija għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>L-Ungerija, ir-Repubblika tal-Polonja u l-Kummissjoni Ewropea ppreżentaw quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja osservazzjonijiet bil-miktub dwar l-appell u għamlu sottomissjonijiet orali fis-seduta tas‑<DATE ISO="20190926">26 ta’ Settembru 2019</DATE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Fuq l-appell</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">A.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ammissibbiltà tal-appell</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-appell huwa inammissibbli minħabba li l-applikazzjoni għal appell ma hijiex ċara. B’mod partikolari, ma huwiex speċifikat liema punti tas-sentenza qegħdin jiġu kkontestati mill-Ungerija. Barra minn hekk, l-Ungerija tirrepeti, essenzjalment, il-motivi u l-argumenti diġà ppreżentati fl-ewwel istanza u tikkritika, diversi drabi, id-deċiżjonijiet kontenzjużi tal-Kummissjoni u mhux is-sentenza appellata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, l-appell ma jissodisfax ir-rekwiżiti ta’ motivazzjoni li jirriżultaw mill-Artikolu 168(1)(d) u mill-Artikolu 169(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, jekk l-appell sempliċement jirrepeti l-motivi jew l-argumenti li kienu diġà ġew imressqa quddiem il-Qorti Ġenerali. Madankollu, ladarba appellant jikkontesta l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni magħmula mill-Qorti Ġenerali, il-punti ta’ liġi eżaminati fl-ewwel istanza jistgħu jiġu diskussi mill-ġdid fl-appell<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Ara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190404">4 ta’ April 2019</DATE>, <NAME.CASE>OZ vs BEI</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑558/17 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:289">EU:C:2019:289</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>F’dan il-każ, kuntrarjament għal dak li ssostni l-Kummissjoni, l-appell ma jikkostitwixxix sempliċi repetizzjoni tal-argumenti diġà mressqa fl-ewwel istanza. Fil-fatt, l-Ungerija tikkritika l-motivazzjoni tas-sentenza appellata f’dak li jirrigwarda, b’mod partikolari, l-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħa diskrezzjonali tagħha li tadotta l-ordnijiet ta’ sospensjoni u l-obbligu ta’ motivazzjoni tagħhom. Dan huwa biżżejjed sabiex l-appell ikun jista’ jibqa’ jitqies li huwa ammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">B.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Fuq il-mertu tal-appell</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Fil-kuntest ta’ appell, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha teżamina <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> l-ammissibbiltà tar-rikorsi ppreżentati quddiem il-Qorti Ġenerali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Ara d-digriet tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120215">15 ta’ Frar 2012</DATE>, <NAME.CASE>Internationaler Hilfsfonds vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑208/11 P</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:76">EU:C:2012:76</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata), u l-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>HX vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑423/16 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:493">EU:C:2017:493</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Qabel ma neżamina l-mertu tal-appell, ser neżamina għalhekk l-ammissibbiltà tar-rikorsi ppreżentati mill-Ungerija quddiem il-Qorti Ġenerali. Ir-raġuni għal dan hija li, jekk ir-rikorsi kienu diġà inammissibbli, iċ-ċaħda tar-rikors mill-Qorti Ġenerali ma kienet tirriżulta fl-ebda żball ta’ liġi u l-appell tal-Ungerija jkun infondat.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ammissibbiltà tar-rikorsi ppreżentati kontra l-ordnijiet ta’ sospensjoni</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Ir-rikorsi ppreżentati kontra l-ordnijiet ta’ sospensjoni provviżorji setgħu jsiru inammissibbli minħabba li sadanittant id-deċiżjonijiet negattivi saru finali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Madankollu, il-Qorti Ġenerali tqis li r-rikorsi huma ammissibbli. Ma jistax jitqies li ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikorsi (ara taħt il-punt a) u lanqas tmiem tal-interess ġuridiku (ara taħt il-punt b). Il-Qorti Ġenerali tiġġustifika dan fil-punt 49 tas-sentenza appellata, billi tgħid li, fil-fatt, il-kwistjoni dwar jekk għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors tikkoinċidi ma’ dik tat-tmiem tal-interess ġuridiku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Ikolli naqbel mal-pożizzjoni tal-Qorti Ġenerali f’dak li jirrigwarda r-riżultat tal-ammissibbiltà tar-rikorsi, iżda mhux f’dak li jikkonċerna l-motivazzjoni tagħha.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">a)</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tmiem tal-iskop tar-rikors</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, is-suġġett tat-tilwima għandu jkun preżenti sal-mument tad-deċiżjoni ġudizzjarja, u fin-nuqqas ta’ dan ma jkunx hemm lok li tingħata deċiżjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Sentenzi tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070607">7 ta’ Ġunju 2007</DATE>, <NAME.CASE>Wunenburger vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑362/05 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:322">EU:C:2007:322</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130528">28 ta’ Mejju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Abdulrahim vs Il‑Kunsill u Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑239/12 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:331">EU:C:2013:331</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180904">4 ta’ Settembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>ClientEarth vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑57/16 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:660">EU:C:2018:660</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>Ċertament, din il-ġurisprudenza tidher li tirreferi esklużivament għar-rikorsi ppreżentati minn individwi skont ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, filwaqt li, f’dan il-każ, l-Ungerija qiegħda tippreżenta rikors skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE. F’dan ir-rigward, huwa minnu li l-Qorti Ġenerali għandha raġun tindika li l-Istati Membri, inkwantu rikorrenti privileġġati fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, ma għandhomx juru l-ebda interess ġuridiku tagħhom. Madankollu, minn dan ma jsegwix li Stat Membru jista’ jippreżenta rikorsi <HT TYPE="ITALIC">per se</HT> kontra atti li ma għadhomx jipproduċu effetti legali. Kuntrarjament għall-fehma tal-Qorti Ġenerali, it-tmiem tal-interess ġuridiku ma huwiex identiku għat-tmiem tal-iskop tar-rikors. Il-fatt li rikorrent privileġġat ma għandux jissodisfa l-kundizzjonijiet speċifiċi ta’ rikors skont ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE ma jfissirx li huwa jista’ jressaq azzjonijiet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja li huma possibbilment ta’ natura ipotetika biss<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Ara d-digriet tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171011">11 ta’ Ottubru 2017</DATE>, <NAME.CASE>L‑Ungerija vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑204/17 P(R</NO.CASE>), mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:751">EU:C:2017:751</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0018">18</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Il-projbizzjoni ta’ implimentazzjoni li tirriżulta mill-ordnijiet ta’ sospensjoni ma baqgħetx applikabbli meta d-deċiżjonijiet negattivi saru finali. Dan peress li mill-adozzjoni tad-deċiżjonijiet negattivi, l-Ungerija ma tistax timplimenta l-miżuri indipendentement mill-ordnijiet ta’ sospensjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>Il-possibbiltà għall-Kummissjoni li tippreżenta rikors taħt il-proċedura ssemplifikata f’rabta mal-ordni ta’ sospensjoni skont l-Artikolu 12 tar-Regolament Nru 659/1999 ukoll ma għadhiex applikabbli, peress li din ġiet issostitwita bil-proċedura ssemplifikata tal-istess natura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Ara s-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19900214">14 ta’ Frar 1990</DATE>, <NAME.CASE>Franza vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑301/87</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1990:67">EU:C:1990:67</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20010703">3 ta’ Lulju 2001</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il‑Belġju</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑378/98</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2001:370">EU:C:2001:370</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), kif ukoll il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Wahl fil-kawża Il‑<REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Kummissjoni vs Il‑Ġermanja</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑527/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:90">EU:C:2014:90</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u tal-Avukat Ġenerali Stix-Hackl fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>L‑Italja vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑400/99</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2001:191">EU:C:2001:191</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0064">64</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Bħala riżultat, ordni ta’ sospensjoni skont l-Artikolu 11(1) tar-Regolament Nru 659/1999 għalhekk tipproduċi biss effett awtonomu sal-adozzjoni tad-deċiżjoni negattiva (f’dan il-każ, fl‑2016). Sussegwentement, l-ordni ta’ sospensjoni ma tibqax tipproduċi effetti legali awtonomi. Għaldaqstant, ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors, wara l-preżentata tiegħu fl‑2015.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">b)</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq iż-żamma tal-interess tal-Ungerija fl-annullament tal-ordnijiet ta’ sospensjoni kkontestati</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Madankollu, f’dan il-każ, għad hemm, eċċezzjonalment, l-interess tal-Ungerija li tikseb l-annullament tal-ordnijiet ta’ sospensjoni kkontestati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Il-fatt li f’dan il-każ l-Ungerija ppermettiet li d-deċiżjonijiet negattivi jsiru finali ma jbiddel xejn minn dan. Anki jekk l-ordni ta’ sospensjoni u d-deċiżjoni negattiva huma marbuta mill-qrib, il-kontestazzjoni tad-deċiżjoni negattiva ma hijiex prerekwiżit għall-interess fil-ksib tal-annullament tal-ordni ta’ sospensjoni, li ma għadhiex applikabbli. Iż-żewġ deċiżjonijiet tal-Kummissjoni għandhom suġġett differenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>Fil-kuntest ta’ rikors kontra deċiżjoni negattiva, il-Qorti Ġenerali teżamina jekk miżura adottata minn Stat Membru tikkostitwixxix għajnuna pprojbita mill-Artikolu 107(1) TFUE. Il-każ preżenti, madankollu, jikkonċerna s-setgħat provviżorji tal-Kummissjoni qabel l-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet finali. Dawn is-setgħat huma suġġetti għal kundizzjonijiet oħra. L-Ungerija ma aġixxietx, għaldaqstant, b’mod kontradittorju meta ma kkontestatx id-deċiżjoni negattiva. L-interess tal-Ungerija li jitwettaq stħarriġ separat tal-ordni ta’ sospensjoni, wara li din ma baqgħetx applikabbli, ma ntemmx.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, rikorrent jista’, f’ċerti każijiet, iżomm interess li jitlob l-annullament tal-att ikkontestat. Dan jippermettilu li jipprekludi lill-awtur tal-att milli jirrepeti l-att illegali. Iż-żamma ta’ dan l-interess tippreżumi li din l-illegalità tista’ terġa’ tirrepeti ruħha fil-futur, indipendentement miċ-ċirkustanzi partikolari tal-każ speċifiku<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Ara s-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180904">4 ta’ Settembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>ClientEarth vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑57/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:660">EU:C:2018:660</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Huwa minnu li, matul is-seduta, il-Kummissjoni ammettiet li huwa relattivament rari li hija tadotta miżuri ta’ sospensjoni, u l-Ungerija ma sostnietx li l-Kummissjoni kienet heddet li tadotta ordnijiet ta’ sospensjoni fi proċeduri partikolari oħra fil-qasam ta’ għajnuna mill-Istat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>Madankollu, l-istħarriġ tal-għajnuna mill-Istat huwa wiesa’ ħafna u jwassal għal numru kbir ta’ proċeduri tal-Kummissjoni. Barra minn hekk, ma jidhirx li l-Kummissjoni tissuġġetta l-prassi tagħha fil-qasam ta’ ordnijiet ta’ sospensjoni għal linji gwida speċifiċi. Għaldaqstant, huwa diffiċli li jiġi previst meta, kif u f’liema ċirkustanzi, il-Kummissjoni tagħmel użu minn din il-kompetenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-Istati Membri, inkwantu rikorrenti privileġġati, għandhom, bħala prinċipju, interess leġittimu miżjud fl-istħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet. Dan ma jmurx kontra d-digriet reċenti tal-Qorti tal-Ġustizzja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Digriet tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171011">11 ta’ Ottubru 2017</DATE>, L‑<NAME.CASE>Ungerija vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑204/17 P(R</NO.CASE>), mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:751">EU:C:2017:751</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0018">18</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, iċċitat fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 13. Huwa minnu li, f’dan id-digriet, il-Qorti tal-Ġustizzja ċaħdet iż-żamma tal-interess tal-Ungerija. Madankollu, ir-raġuni għalfejn ma kienx hemm lok li tingħata deċiżjoni kienet tinstab fil-fatt li l-Ungerija kienet bidlet<?PAGE NO="7"?> il-miżura pprojbita mill-Kummissjoni inkwantu għajnuna. Din hija sitwazzjoni differenti minn dik preżenti. F’dan il-każ, huma kkontestati s-setgħat tal-Kummissjoni fil-kuntest tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali. Inkella, l-Istati Membri jiġu mċaħħda mill-protezzjoni legali kontra l-ordnijiet ta’ sospensjoni inkwantu miżuri provviżorji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>Finalment, l-Ungerija, ir-Repubblika tal-Polonja u l-Kummissjoni qablu b’mod unanimu dwar il-fatt li, għal raġunijiet ta’ ċertezza legali, huma għandhom interess li jsir stħarriġ tal-ordnijiet ta’ sospensjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Ara, f’dan ir-rigward, il-punt 46 tas-sentenza appellata.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, f’dan il-każ, it-tilwima ma hijiex waħda ipotetika. Għall-kuntrarju, jeżisti riskju suffiċjenti ta’ repetizzjoni li jiġġustifika ż-żamma tal-interess fl-istħarriġ tal-ordnijiet ta’ sospensjoni li ma għadhomx applikabbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">c)</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Konklużjoni intermedja</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>Ir-rikorsi quddiem il-Qorti Ġenerali kienu, għaldaqstant, ammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-aggravji</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>L-Ungerija tinvoka tliet aggravji. Permezz tal-ewwel aggravju, l-Ungerija ssostni li l-Qorti Ġenerali, minn naħa, wettqet żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-kundizzjonijiet għall-adozzjoni ta’ ordnijiet ta’ sospensjoni skont l-Artikolu 11(1) tar-Regolament Nru 659/1999 u, min-naħa l-oħra, ma stħarrġitx biżżejjed l-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħa diskrezzjonali tagħha. Skont it-tieni aggravju, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ċaħdet l-argumenti tal-Ungerija. It-tielet aggravju huwa bbażat fuq l-obbligu ta’ motivazzjoni impost fuq il-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>It-tieni aggravju tal-appell jista’ jiġi miċħud mill-bidu bħala manifestament infondat. B’dan l-aggravju, l-Ungerija tilmenta li, fil-punti 53 sa punt 57 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali qieset bħala tardiv u għaldaqstant ċaħdet bħala inammissibbli skont l-Artikolu 84 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali l-argument tal-Ungerija mressaq waqt is-seduta li jgħid li l-Kummissjoni identifikat b’mod żbaljat il-qafas ta’ riferiment għall-miżuri Ungeriżi inkwistjoni. Il-Qorti Ġenerali, madankollu, ma wettqitx żball ta’ liġi meta kkonstatat li l-allegazzjoni ta’ ksur mill-Kummissjoni tal-Artikolu 107(1) TFUE kienet aggravju ġdid inammissibbli, minħabba li l-argumenti tal-Ungerija fl-applikazzjonijiet kienu diretti biss kontra l-ordnijiet ikkontestati.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">a)</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-kundizzjonijiet għall-adozzjoni tal-ordnijiet ta’ sospensjoni skont l-Artikolu 11(1) tar-Regolament Nru 659/1999 (l-ewwel parti tal-ewwel aggravju)</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel parti tal-ewwel aggravju, l-Ungerija ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-kundizzjonijiet għall-adozzjoni ta’ ordnijiet ta’ sospensjoni skont l-Artikolu 11(1) tar-Regolament Nru 659/1999.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-teħid inkunsiderazzjoni tal-Artikolu 108(3) TFUE fil-kuntest tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament Nru 659/1999</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>L-Ungerija tqis li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta applikat il-ġurisprudenza relatata mal-Artikolu 108(3) TFUE, dwar it-tqassim tal-kompetenzi bejn il-qrati tal-Istati Membri u l-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>Dan huwa bbażat fuq qari żbaljat tas-sentenza appellata. Bil-kontra, fil-punt 68 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali rriproduċiet korrettement il-ġurisprudenza dwar l-Artikolu 108(3) TFUE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131121">21 ta’ Novembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Deutsche Lufthansa</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑284/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:755">EU:C:2013:755</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, li skontha s-setgħat tal-qrati nazzjonali huma diġà limitati meta l-Kummissjoni taċċetta ksur tal-obbligu ta’ notifika u tibda l-proċedura formali ta’ investigazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-osservazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali, li ġew ikkritikati mill-Ungerija, dwar l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>effett legali ewlieni<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> (punt 33 tas-sentenza appellata) jew <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>essenzjalment l-istess effett legali<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> (punt 99 tas-sentenza appellata) tal-ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali u ordnijiet ta’ sospensjoni ma għandhom l-ebda effett fuq l-eżitu tat-tilwima, għaliex dawn id-deskrizzjonijiet tal-effetti legali ma jibdlux l-eżistenza tagħhom. Għaldaqstant ma humiex rilevanti, għaliex ma jistgħux joħolqu vantaġġ għall-Ungerija<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Ara s-sentenzi tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20091006">6 ta’ Ottubru 2009</DATE>, <NAME.CASE>GlaxoSmithKline Services vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑501/06 P, C‑513/06 P, C‑515/06 P u C‑519/06 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:610">EU:C:2009:610</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata), u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111221">21 ta’ Diċembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Iride vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑329/09 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:859">EU:C:2011:859</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Għaldaqstant, l-argument tal-Ungerija huwa ineffettiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>Konsegwentement, il-Qorti Ġenerali ma naqsitx milli tirrikonoxxi l-effetti legali tal-Artikolu 108(3) TFUE fil-kuntest tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament Nru 659/1999.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-interpretazzjoni tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament Nru 659/1999</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>L-Ungerija tikkritika l-punt 73 tas-sentenza appellata f’dak li jirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 11 tar-Regolament Nru 659/1999. F’dak il-punt, il-Qorti Ġenerali kkonstatat li l-effikaċja tal-kontroll tal-għajnuna tiddgħajjef jekk l-adozzjoni ta’ ordni ta’ sospensjoni tiġi suġġetta għal kundizzjonijiet sostantivi addizzjonali. Skont il-fehma tal-Ungerija, dan huwa diffiċli li jiġi rrikonċiljat mal-ġurisprudenza. Din tal-aħħar ma tobbligax awtomatikament lill-Kummissjoni tadotta ordnijiet ta’ sospensjoni meta l-għajnuna ma tkunx ġiet innotifikata b’mod konformi mal-ewwel sentenza tal-Artikolu 108(3) TFUE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Ara s-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19990617">17 ta’ Ġunju 1999</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Belġju vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑75/97</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1999:311">EU:C:1999:311</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0074">74</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>Madankollu, mill-osservazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali fil-punt 73 kif ukoll fil-punt 112 tas-sentenza appellata ma jistax jiġi dedott li l-Kummissjoni hija awtomatikament obbligata li tadotta ordnijiet ta’ sospensjoni. Pjuttost, il-Kummissjoni għandha s-setgħa (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>tista’<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>) li tadotta ordnijiet ta’ sospensjoni. Il-Kummissjoni għandha diskrezzjoni dwar jekk teżerċitax din is-setgħa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali interpretat ukoll korrettament l-Artikolu 11(1) tar-Regolament Nru 659/1999. Hija kkonstatat, fil-punt 70 tas-sentenza appellata, li r-rekwiżiti tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament Nru 659/1999 huma limitati għal kundizzjoni proċedurali u għal kundizzjoni sostantiva. Mil-lat proċedurali, il-Kummissjoni għandha tagħti lill-Istat Membru kkonċernat l-possibbiltà li jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu. Mil-lat sostantiv, il-Kummissjoni għandha tikklassifika b’mod provviżorju l-miżura nazzjonali kkonċernata bħala għajnuna illegali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fil-punt 72 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali rrilevat ġustament li l-kundizzjonijiet addizzjonali għall-adozzjoni ta’ ordni ta’ rkupru fis-sens tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament Nru 659/1999 ma japplikawx għall-adozzjoni ta’ ordnijiet ta’ sospensjoni fis-sens tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament Nru 659/1999.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>Dan jirriżulta minn qari <HT TYPE="ITALIC">a contrario</HT> tal-paragrafu 2 meta mqabbel mal-paragrafu 1, li ma jirrikjedix kundizzjonijiet addizzjonali. Inkella, id-deċiżjoni tal-leġiżlatur li jissuġġetta biss l-adozzjoni ta’ ordnijiet ta’ rkupru provviżorju skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament Nru 659/1999 għal rekwiżiti addizzjonali, tiġi ppreġudikata.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>Is-sens u l-għan tal-Artikolu 11 tar-Regolament Nru 659/1999 ukoll isostnu qari fis-sens li huwa biss għall-adozzjoni ta’ ordnijiet ta’ rkupru provviżorju mill-Kummissjoni li għandhom jiġu ssodisfatti kundizzjonijiet addizzjonali. Fil-fatt, l-ordnijiet ta’ rkupru provviżorju għandhom effett fuq il-passat. Min-naħa l-oħra, ordni ta’ sospensjoni għandha effett fuq il-futur. Fid-dawl tal-projbizzjoni, diġà prevista fit-tielet sentenza tal-Artikolu 108(3) TFUE, ta’ implimentazzjoni tal-miżura, l-effett ġuridiku tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament Nru 659/1999 jikkonsisti primarjament fl-għoti lill-Kummissjoni tal-possibbiltà li tippreżenta kontra l-Istat Membru r-rikors issemplifikat skont l-Artikolu 12. Din il-possibbiltà li titressaq kawża hija varjant tar-rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19900214">14 ta’ Frar 1990</DATE>, <NAME.CASE>Franza vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑301/87</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1990:67">EU:C:1990:67</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Mengozzi fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Deutsche Lufthansa</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑284/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:442">EU:C:2013:442</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, nota ta’ qiegħ il-paġna 56 fil-punt 33), kif ukoll tal-Avukat Ġenerali Stix-Hackl fil-kawża L‑<REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Italja vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑400/99</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2001:191">EU:C:2001:191</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0065">65</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Hija tippermetti lill-Kummissjoni li tagħti bidu għal proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu sabiex tindirizza malajr u b’mod effettiv riskju ikbar ta’ ksur mill-Istat Membru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>Huwa minnu li l-Ungerija tallega li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkunsidrat li dawn il-kundizzjonijiet huma effettivament issodisfatti sa fejn hija żnaturat il-fatti jew il-provi li jinsabu fil-punti 59 sa 87 tas-sentenza appellata. B’mod partikolari, l-Ungerija tirreferi b’mod astratt għall-kunċetti ta’ vantaġġ u ta’ selettività. Madankollu, hija ma tindikax b’mod konkret fiex jikkonsisti l-iżnaturament mill-Qorti Ġenerali. Għaldaqstant, din l-allegazzjoni tal-Ungerija hija irrilevanti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Konklużjoni intermedja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>Bħala riżultat, il-Qorti Ġenerali, għaldaqstant, ma wettqitx żball ta’ liġi meta evalwat ir-rekwiżiti tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament Nru 659/1999, b’tali mod li l-ewwel parti tal-ewwel aggravju għandha tiġi miċħuda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">b)</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq is-setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni (it-tieni parti tal-ewwel aggravju)</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni parti tal-ewwel aggravju, l-Ungerija u r-Repubblika tal-Polonja jikkontestaw l-istħarriġ tas-setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni mwettaq mill-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>L-Ungerija tqis b’mod żbaljat li l-Qorti Ġenerali tat lill-Kummissjoni marġni diskrezzjonali mingħajr limitu. Madankollu, il-Qorti Ġenerali kellha raġun tikkonstata, fil-punti 86 u 94 tas-sentenza appellata, li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni huma suġġetti għall-istħarriġ tal-konformità tal-atti tagħhom u għalhekk ukoll tal-adozzjoni ta’ ordnijiet ta’ sospensjoni, b’mod partikolari, mat-Trattat u mal-prinċipji ġenerali tad-dritt<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Sentenzi tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100629">29 ta’ Ġunju 2010</DATE>, <NAME.CASE>E u F</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑550/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:382">EU:C:2010:382</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120626">26 ta’ Ġunju 2012</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Polonja vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑335/09 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:385">EU:C:2012:385</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131003">3 ta’ Ottubru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Inuit Tapiriit Kanatami <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑583/11 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:625">EU:C:2013:625</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0091">91</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170530">30 ta’ Mejju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Safa Nicu Sepahan vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, (<NO.CASE>C‑45/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:402">EU:C:2017:402</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61.</NO.P><TXT>L-Ungerija u r-Repubblika tal-Polonja jsostnu wkoll li, fi kwalunkwe każ, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta eżaminat is-setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni meta hija kkonkludiet li l-ordnijiet ta’ sospensjoni kienu jissodisfaw il-prinċipju ġenerali ta’ proporzjonalità.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq in-neċessità tal-ordnijiet ta’ sospensjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-Ungerija u r-Repubblika tal-Polonja jilmentaw li l-bidu tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali kien disponibbli għall-Kummissjoni bħala miżura inqas severa mill-ordnijiet ta’ sospensjoni skont l-Artikolu 11(1) tar-Regolament Nru 659/1999, u li l-qorti ma ħaditx dan inkunsiderazzjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63.</NO.P><TXT>Madankollu, fil-punt 29 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali kkonstatat ġustament li l-Istati Membri huma marbuta li jiddeduċu huma nnifishom il-konsegwenza tad-deċiżjoni sabiex tinbeda l-proċedura ta’ investigazzjoni formali, jiġifieri s-sospensjoni tal-implimentazzjoni ta’ miżura nazzjonali, filwaqt li l-ordnijiet ta’ sospensjoni huma direttament, u b’mod inekwivoku, vinkolanti skont l-Artikolu 11(1) tar-Regolament Nru 659/1999<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Ara s-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20011009">9 ta’ Ottubru 2001</DATE>, L‑<NAME.CASE>Italja vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑400/99</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2001:528">EU:C:2001:528</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0060">60</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64.</NO.P><TXT>F’dan l-isfond, id-deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali tista’ tidher li tikkostitwixxi miżura inqas severa mill-adozzjoni ta’ ordni ta’ sospensjoni. Madankollu, il-Kummissjoni tisfa, f’dak il-każ, imċaħħda mill-possibbiltà li, jekk ikun meħtieġ, tressaq azzjoni direttament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tiġi osservata l-projbizzjoni ta’ implimentazzjoni. Għalhekk, hija ma taġixxix b’mod ugwalment effettiv. Minbarra dan, skont ir-raġunament tal-Ungerija u tar-Repubblika tal-Polonja, l-ordnijiet ta’ sospensjoni dejjem ikunu sproporzjonati jekk il-Kummissjoni tadottahom fl-istess waqt li tinfetaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-adozzjoni ta’ ordnijiet ta’ sospensjoni kienet neċessarja minkejja l-ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-proporzjonalità tal-ordnijiet ta’ sospensjoni fil-kuntest tal-leġiżlazzjoni fiskali</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-Repubblika tal-Polonja tqis li l-Qorti Ġenerali ma rrikonoxxietx il-fatt li, f’dan il-każ, kienu meħtieġa ċirkustanzi partikolari sabiex l-adozzjoni ta’ ordnijiet ta’ sospensjoni fil-qasam tal-leġiżlazzjoni fiskali titqies li hija xierqa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67.</NO.P><TXT>Madankollu, kuntrarjament għal dak li ssostni r-Repubblika tal-Polonja, l-adozzjoni ta’ ordnijiet ta’ sospensjoni ma teħtieġx, lanqas fil-leġiżlazzjoni fiskali, tali ċirkustanzi partikolari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68.</NO.P><TXT>Huwa minnu li, meta teżamina jekk sistemi fiskali ġenerali jikkostitwixxux għajnuna, il-Kummissjoni għandha tieħu inkunsiderazzjoni l-awtonomija fiskali tal-Istati Membri. Dan jimplika, fil-fehma tiegħi, eżami modifikat tal-vantaġġ selettiv<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Ara l-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Vodafone Magyarország</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑75/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:492">EU:C:2019:492</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0163">163</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>.) u fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Tesco-Global Áruházak</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑323/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:567">EU:C:2019:567</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0150">150</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>.).</P></NOTE>. Jekk, madankollu, fuq il-bażi ta’ dan l-eżami modifikat, il-Kummissjoni tasal għall-konklużjoni provviżorja li jista’ jkun hemm għajnuna illegali, il-Kummissjoni hija wkoll awtorizzata li tadotta ordnijiet ta’ sospensjoni provviżorji skont l-Artikolu 11(1) tar-Regolament Nru 659/1999.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69.</NO.P><TXT>Dan japplika irrispettivament minn jekk, finalment, il-miżura inkwistjoni tkunx effettivament tikkostitwixxi għajnuna<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Ara l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Mengozzi fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Deutsche Lufthansa</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑284/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:442">EU:C:2013:442</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Il-Kummissjoni hija pprojbita milli tadotta ordni ta’ sospensjoni biss meta jkun ċar li ma teżistix għajnuna. Għalkemm għadu ma ġiex iċċarat jekk struttura tariffarja progressiva tistax tkun vantaġġ selettiv<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Ara r-referenzi fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 3.</P></NOTE>, l-eżistenza ta’ għajnuna ma hijiex manifestament eskluża. Barra minn hekk, l-Ungerija ma kkontestatx id-deċiżjonijiet negattivi tal-Kummissjoni u dawn sadanittant saru finali. Għalhekk, huwa fil-fatt stabbilit li f’dan il-każ il-miżuri kontenzjużi jikkostitwixxu għajnuna li hija inkompatibbli mas-suq intern.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70.</NO.P><TXT>Madankollu, fl-eżerċizzju tas-setgħa diskrezzjonali tagħha għall-adozzjoni ta’ ordnijiet ta’ sospensjoni, il-Kummissjoni għandha tieħu inkunsiderazzjoni s-sens u l-għan speċifiku tagħhom. Kif osservat ġustament il-Qorti Ġenerali fil-punt 32 tas-sentenza appellata, dawn jikkonsistu fil-possibbiltà, għall-Kummissjoni, li tressaq azzjoni taħt il-proċedura ssemplifikata skont l-Artikolu 12 tar-Regolament Nru 659/1999. Dan jippermetti lill-Kummissjoni tindirizza b’mod effettiv ir-riskju ikbar ta’ ksur (ara, f’dan ir-rigward, il-punt 56 iktar ’il fuq).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="11"?><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħa diskrezzjonali tagħha</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71.</NO.P><TXT>B’mod partikolari, l-Ungerija u r-Repubblika tal-Polonja jilmentaw li l-Qorti Ġenerali ma ħaditx inkunsiderazzjoni b’mod korrett il-prassi preċedenti tal-Kummissjoni meta eżaminat il-proporzjonalità tal-ordnijiet ta’ sospensjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72.</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali rrilevat, fil-punt 113 tas-sentenza appellata, li s-sempliċi fatt li, f’ċerti Stati Membri, il-Kummissjoni fetħet proċeduri ta’ investigazzjoni formali fir-rigward tal-miżuri fiskali mingħajr ma adottat ordni ta’ sospensjoni, filwaqt li hija adottat tali ordnijiet matul il-ftuħ ta’ proċeduri simili fi Stati Membri oħra, ma huwiex suffiċjenti sabiex jiġi stabbilit ksur tal-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ ugwaljanza fit-trattament. B’mod partikolari, l-Ungerija ma wrietx li l-proċeduri invokati huma paragunabbli (punt 111 tas-sentenza appellata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73.</NO.P><TXT>Matul is-seduta quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, il-Kummissjoni kkonfermat li, sa mill‑1990, hija adottat biss madwar 20 ordni ta’ sospensjoni. L-Ungerija u r-Repubblika tal-Polonja poġġew dan fil-kuntest tal-mijiet ta’ proċeduri fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat li saru minn dakinhar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni kellha għalhekk, f’dan il-każ, fl-eżerċizzju tas-setgħa diskrezzjonali tagħha, tieħu inkunsiderazzjoni l-fatt li, fil-prassi preċedenti tagħha, hija użat biss rarament is-setgħa li tadotta ordnijiet ta’ sospensjoni. Għandu jiġi mifhum għalfejn fil-każ inkwistjoni hija madankollu adottat ordnijiet ta’ sospensjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75.</NO.P><TXT>Meta l-Kummissjoni tadotta ordni ta’ sospensjoni wara li tkun fetħet il-proċedura ta’ investigazzjoni formali hija tista’ tieħu inkunsiderazzjoni, fil-kuntest tas-setgħa diskrezzjonali tagħha, il-fatt li l-Istat Membru jimplimenta l-miżura proposta minkejja d-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76.</NO.P><TXT>Madankollu, meta, bħal f’dan il-każ, il-Kummissjoni tadotta ordni ta’ sospensjoni fl-istess waqt li fih hija tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali, hija teżerċita s-setgħa diskrezzjonali tagħha b’mod regolari, jekk tibża’ li l-Istat Membru, fid-dawl taċ-ċirkustanzi tal-każ, ser jimplimenta l-miżuri ta’ għajnuna, minkejja l-ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali. Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali bbażat ruħha wkoll fuq dan l-element sabiex tevalwa, fil-punt 136 tas-sentenza appellata, il-motivazzjoni tal-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, kif jirriżulta mill-punt 81 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ħadet inkunsiderazzjoni l-fatt li, erba’ xhur qabel l-adozzjoni tad-deċiżjonijiet kontenzjużi, il-Kummissjoni kienet fetħet proċedura ta’ investigazzjoni formali fir-rigward ta’ taxxa introdotta mill-Ungerija fis-settur tar-reklamar, ikkaratterizzata minn rata progressiva fuq id-dħul mill-bejgħ minn servizzi ta’ reklamar tal-kumpanniji tal-midja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Deċiżjoni C(2015) 1520 tat‑<DATE ISO="20150312">12 ta’ Marzu 2015</DATE> dwar il-miżura SA.39235 (2015/C) (ex 2015/NN) – l-Ungerija – Taxxa tar-riklamar (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="136" PAGE.FIRST="7" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, C 136, p. 7</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>. Hija kienet għalhekk tixbah il-kontribuzzjoni għas-saħħa u t-tariffa emendata għall-ispezzjoni tal-katina tal-ikel. Qabel u wara l-adozzjoni ta’ din id-deċiżjoni, kien hemm skambju ta’ opinjonijiet bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet Ungeriżi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fil-punti 136 u 137 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ħadet inkunsiderazzjoni l-fatt li, skont il-fajl, minkejja l-ftuħ ta’ din il-proċedura, l-Ungerija ma ssospendietx dawn il-miżuri fiskali. Huwa f’dan il-kuntest li l-Qorti Ġenerali kkonstatat li kien hemm il-biża’ li l-Ungerija ser timplimenta l-miżuri inkwistjoni minkejja l-ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79.</NO.P><TXT>Minn dan, il-Qorti Ġenerali setgħet tikkonkludi li l-Kummissjoni kienet ħadet inkunsiderazzjoni l-prassi preċedenti tagħha fil-kuntest tal-eżerċizzju tas-setgħa diskrezzjonali tagħha. F’dan ir-rigward ukoll, ma hemm l-ebda oġġezzjoni għall-istħarriġ mill-Qorti Ġenerali dwar l-eżerċizzju tas-setgħa diskrezzjonali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="12"?><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">4)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Konklużjoni intermedja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-Qorti Ġenerali kellha raġun tikkonstata li l-Kummissjoni ma wettqitx żball fl-eżerċizzju tas-setgħa diskrezzjonali tagħha.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">c)</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-obbligu ta’ motivazzjoni tal-Kummissjoni (it-tielet aggravju)</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81.</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet aggravju, l-Ungerija ssostni li l-Qorti Ġenerali ma rrikonoxxietx li l-Kummissjoni kisret l-obbligu tagħha ta’ motivazzjoni skont l-ewwel sentenza tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE u skont l-Artikolu 41(1) u (2)(ċ) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Karta<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82.</NO.P><TXT>Qabelxejn, għandu jiġi ċċarat is-suġġett li għalih qiegħda tirreferi l-motivazzjoni tal-Kummissjoni meta din tal-aħħar tadotta ordnijiet ta’ sospensjoni (taħt punt 1)). Sussegwentement ser neżamina jekk il-Qorti Ġenerali stħarrġitx il-motivazzjoni tal-Kummissjoni mingħajr it-twettiq ta’ żball ta’ liġi (taħt punt 2).</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq is-suġġett tal-obbligu ta’ motivazzjoni tal-Kummissjoni meta hija tadotta ordnijiet ta’ sospensjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83.</NO.P><TXT>L-obbligu ta’ motivazzjoni tal-atti legali tal-istituzzjonijiet huwa previst espressament fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE. Bl-istess mod, id-dritt għal amministrazzjoni tajba jinkludi, skont l-Artikolu 41(2)(ċ) tal-Karta, l-obbligu għall-amministrazzjoni li timmotiva d-deċiżjonijiet tagħha. L-Artikolu 41 tal-Karta jirrifletti prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, li jista’ jiġi invokat mill-Istati Membri<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Ara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171220">20 ta’ Diċembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Spanja vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑521/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:982">EU:C:2017:982</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0089">89</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>l-konklużjonijiet tiegħi f’din il-kawża</NAME.CASE> (<NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:420">EU:C:2017:420</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0097">97</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84.</NO.P><TXT>F’dan il-każ, fil-fehma tiegħi, il-Qorti Ġenerali ma wettqitx żball ta’ liġi meta ddeċidiet li l-motivazzjoni tal-Kummissjoni għandha tirrigwarda ż-żewġ kundizzjonijiet tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament Nru 659/1999 kif ukoll, kuntrarjament għal dak li ssostni l-Kummissjoni, l-eżerċizzju tas-setgħa diskrezzjonali tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85.</NO.P><TXT>Fil-fatt, skont ġurisprudenza stabbilita, il-motivazzjoni tal-atti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni meħtieġa fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE għandha turi b’mod ċar u inekwivoku r-raġunament tal-istituzzjoni, awtur tal-att, b’mod li jippermetti lill-persuni kkonċernati jkunu jafu l-ġustifikazzjoni tal-miżura adottata u li jippermetti lill-qorti kompetenti twettaq l-istħarriġ tagħha. Ir-rekwiżit ta’ motivazzjoni għandu jiġi evalwat skont iċ-ċirkustanzi kollha tal-każ, b’mod partikolari l-kontenut tal-att, in-natura tal-motivi invokati u l-interess li d-destinatarji tal-att jew persuni oħra kkonċernati direttament u individwalment minn dan l-att jista’ jkollhom li jirċievu spjegazzjonijiet. Ma huwiex mitlub li l-motivazzjoni tispeċifika l-elementi kollha rilevanti ta’ fatt u ta’ dritt, sa fejn il-kwistjoni dwar jekk il-motivazzjoni ta’ att tissodisfax ir-rekwiżiti tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE għandha tiġi evalwata fir-rigward mhux biss tal-formulazzjoni tagħha, iżda wkoll tal-kuntest tagħha kif ukoll tar-regoli ġuridiċi kollha li jirregolaw il-qasam ikkonċernat<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160310">10 ta’ Marzu 2016</DATE>, <NAME.CASE>HeidelbergCement vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑247/14 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:149">EU:C:2016:149</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0016">16</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata), rigward b’mod iktar partikolari l-liġi dwar l-għajnuna mill-Istat, iżda wkoll dwar l-Artikolu 253 KE, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110721">21 ta’ Lulju 2011</DATE>, <NAME.CASE>Alcoa Trasformazioni vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑194/09 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:497">EU:C:2011:497</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0096">96</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, fir-rigward tal-klassifikazzjoni tal-miżura kkonċernata bħala għajnuna illegali mill-Istat, fil-punt 129 tas-sentenza appellata l-Qorti Ġenerali kkonstatat ġustament li l-istandard għall-motivazzjoni tal-ordni ta’ sospensjoni għandu jikkorrispondi ma’ dak mitlub mill-ġurisprudenza għad-deċiżjoni li tagħti bidu għal proċedura ta’ investigazzjoni formali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87.</NO.P><TXT>It-tieni nett, il-Qorti Ġenerali kkonstatat, fil-punt 133 tas-sentenza appellata, li mid-deċiżjonijiet kontenzjużi jirriżulta li l-Kummissjoni kienet tat lill-Ungerija l-opportunità sabiex tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħha. Il-motivazzjoni ma tistax tiġi kkritikata f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88.</NO.P><TXT>It-tielet nett, il-Qorti Ġenerali kellha raġun meta kkunsidrat, fil-punt 135 tas-sentenza appellata, li l-motivazzjoni tal-Kummissjoni għandha tirrigwarda wkoll l-eżerċizzju tas-setgħa diskrezzjonali tagħha. F’dan ir-rigward, il-Qorti Ġenerali kkonstatat li l-Kummissjoni għandha tieħu inkunsiderazzjoni l-effetti legali speċifiċi prodotti b’ordni ta’ sospensjoni skont l-Artikolu 12 tar-Regolament Nru 659/1999, meta d-deċiżjoni li tinbeda l-proċedura ta’ investigazzjoni formali tinkludi ordni ta’ sospensjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89.</NO.P><TXT>Is-sens u l-għan tal-obbligu ta’ motivazzjoni jeżiġu, kif imsemmi fil-punt 86, li l-adozzjoni ta’ ordni ta’ sospensjoni għandha tkun tali li jinftiehem għalfejn il-Kummissjoni tqis li l-Istat Membru kkonċernat ma kienx ser josserva l-obbligu previst fl-Artikolu 108(3) TFUE u għalfejn ma kienx ser jissospendi l-implimentazzjoni tal-miżuri. Dan jimplika li fil-motivazzjoni għandha tittieħed inkunsiderazzjoni wkoll in-natura partikolari tal-ordni ta’ sospensjoni. Kif ġie rrilevat fil-punti 1 u 70 iktar ’il fuq, il-proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu ssemplifikata prevista fl-Artikolu 12 tar-Regolament Nru 659/1999 għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni meta jkun hemm riskju ikbar li l-Istat Membru jkompli japplika l-miżura kkontestata. Obbligu ta’ motivazzjoni speċifiku huwa impost b’mod partikolari meta fil-prassi preċedenti ġiet adottata biss rarament ordni ta’ sospensjoni, anki b’teħid inkunsiderazzjoni ta’ din in-natura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-istħarriġ mill-Qorti Ġenerali tal-motivazzjoni tal-Kummissjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90.</NO.P><TXT>Skont l-Ungerija u r-Repubblika tal-Polonja, il-Qorti Ġenerali ma rrikonoxxietx il-fatt li l-Kummissjoni ma mmotivatx il-biża’ tagħha li l-Ungerija kienet ser timplimenta l-miżuri nazzjonali kkonċernati minkejja l-ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat, fil-punt 136 tas-sentenza appellata, li żewġ elementi kienu jikkostitwixxu spjegazzjoni sodisfaċenti għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tadotta ordnijiet ta’ sospensjoni. Minn naħa, il-Kummissjoni setgħet tibbaża ruħha fuq il-fatt li l-Ungerija kkontestat in-natura ta’ għajnuna tal-miżuri. Min-naħa l-oħra, l-Ungerija ma ppreżentatx osservazzjonijiet fuq l-ordnijiet ta’ sospensjoni ppjanati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92.</NO.P><TXT>Madankollu, dawn iż-żewġ elementi ma jipprovdux motivazzjoni suffiċjenti insostenn tal-biża’ tal-Kummissjoni li l-Ungerija kienet ser tkompli timplimenta l-miżuri nazzjonali kkonċernati minkejja l-ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali, u kienet ser tagħmel hekk qabel il-konklużjoni tal-imsemmija proċedura. Għaldaqstant, ma jirriżultax mid-deċiżjonijiet kontenzjużi li proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu ssemplifikata tista’ tkun neċessarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93.</NO.P><TXT>Fil-fatt, huwa d-dritt leġittimu ta’ Stat Membru li jiddefendi ruħu billi jsostni li miżura ma tikkostitwixxix għajnuna. Minn dan ma jistax jiġi dedott riskju ikbar li l-Istat Membru ma jikkonformax ruħu mal-konsegwenzi legali tal-Artikolu 108(3) TFUE. Dan jgħodd, b’mod partikolari, jekk, bħalma huwa l-każ hawnhekk, tkun kwistjoni ta’ dritt kontroversjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom sempliċement l-opportunità li jagħmlu osservazzjonijiet dwar l-adozzjoni ta’ ordnijiet ta’ sospensjoni mingħajr ma huma obbligati li jagħmlu dan. Huwa minnu li l-Istati Membri għandhom jappoġġjaw lill-Unjoni skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 4(3) TUE fil-qadi tal-missjoni tagħha, u għandhom joqogħdu lura minn kwalunkwe miżura li tista’ tipperikola t-twettiq tal-għanijiet tal-Unjoni. Jekk Stat Membru ma jikkooperax mal-Kummissjoni f’dan ir-rigward, din tal-aħħar tista’ effettivament tikkunsidra dan il-fatt bħala indizju negattiv. Madankollu, jekk jiġi kkunsidrat b’mod iżolat, mingħajr ċirkustanzi addizzjonali oħra, dan il-fatt ma huwiex biżżejjed sabiex jiġġustifika l-biża’ tal-Kummissjoni li Stat Membru ma huwiex ser iwettaq l-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 108(3) TFUE.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95.</NO.P><TXT>Is-sentenza lanqas ma hija korretta għal raġunijiet oħra. Huwa minnu li, minbarra l-aspetti mqajma mill-Qorti Ġenerali, il-Kummissjoni ġġustifikat l-ordnijiet ta’ sospensjoni fil-premessi 47 u 48 tad-deċiżjoni dwar il-kontribuzzjoni għas-saħħa u fil-premessi 56 u 57 tad-deċiżjoni dwar l-emendar tat-tariffa ta’ spezzjoni tal-katina tal-ikel billi indikat li l-Ungerija kienet għadha qiegħda tagħti l-għajnuna fil-mument tal-adozzjoni tal-ordnijiet ta’ sospensjoni u li dan kien jhedded il-kompetizzjoni b’impatti sinjifikattivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96.</NO.P><TXT>Anki minn dawn iż-żewġ aspetti, il-Kummissjoni ma setgħetx tikkonkludi, madankollu, li l-Ungerija ma kinitx ser tissodisfa l-obbligu tagħha skont it-tielet sentenza tal-Artikolu 108(3) TFUE. Ir-raġuni għal dan hija li, minn naħa, il-projbizzjoni, li tirriżulta mill-ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali, li ma tiġix implimentata l-miżura qabel l-adozzjoni tal-ordnijiet ta’ sospensjoni kienet għadha ma teżistix, peress li l-Kummissjoni adottat l-ordnijiet ta’ sospensjoni fl-istess waqt tal-ftuħ tal-proċeduri ta’ investigazzjoni formali. Min-naħa l-oħra, il-projbizzjoni ta’ implimentazzjoni hija applikabbli indipendentement mil-livell tal-impatt tal-miżura fuq il-kompetizzjoni. L-Artikolu 108(3) TFUE ma jagħmilx distinzjoni skont l-ammont tal-għajnuna. Għaldaqstant, l-ammont ta’ għajnuna lanqas ma jista’ jkun, fil-prinċipju, rilevanti fil-kuntest ta’ miżura provviżorja, li hija intiża biss sabiex tippermetti l-proċedura ssemplifikata għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0097"><NO.P>97.</NO.P><TXT>Pjuttost, kif jilmentaw l-Ungerija u r-Repubblika tal-Polonja, mill-motivazzjoni tad-deċiżjonijiet kontenzjużi esposti mill-Kummissjoni kellu jirriżulta b’mod ċar li l-Kummissjoni beżgħet li l-Ungerija kienet ser timplimenta l-miżuri minkejja l-ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0098"><NO.P>98.</NO.P><TXT>Fil-każ preżenti, kif ġie espost taħt il-punt 78, mill-fajl tal-Kummissjoni jirriżulta li xi xhur qabel, l-Ungerija ma kinitx issospendiet il-miżuri ta’ ġbir tat-taxxa inkwistjoni minkejja l-ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali. Jidher li dan kien li wassal lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-ordnijiet ta’ sospensjoni. Lanqas dan fih innifsu ma huwa oġġezzjonabbli. Madankollu, dan l-aspett tas-setgħa diskrezzjonali huwa tant importanti li l-Kummissjoni kellha tinkludih fil-motivazzjoni tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0099"><NO.P>99.</NO.P><TXT>Kuntrarjament għall-fehma tal-Qorti Ġenerali fil-punt 137 tas-sentenza appellata, dan l-element lanqas ma huwa sempliċement parti mill-kuntest li fih ġew adottati l-ordnijiet ikkontestati, li l-Ungerija ma setgħetx tinjora. Jekk l-aġir preċedenti tal-Ungerija kien fil-fatt jikkostitwixxi indizju determinanti tal-biża’ tal-Kummissjoni li l-Ungerija kienet ser timplimenta l-miżura minkejja l-ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali, allura din il-kunsiderazzjoni tal-Kummissjoni kellha tirriżulta mill-motivazzjoni ppubblikata tal-ordni ta’ sospensjoni nnifisha. Dan ma huwiex il-każ hawnhekk.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0100"><NO.P>100.</NO.P><TXT>Huwa l-uniku mod li jippermetti, fl-ewwel lok, lid-destinatarju tad-deċiżjoni, fit-tieni lok, lil rikorrenti potenzjali oħra u, fit-tielet lok, lill-Qorti Ġenerali, jifhmu u jivverifikaw l-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħa diskrezzjonali tagħha. B’mod ġenerali, minn dan isegwi li l-motivazzjoni tal-Kummissjoni ma kinitx suffiċjenti u li fil-punti 137 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>. tas-sentenza appellata l-Qorti Ġenerali żbaljat fil-liġi meta kkonstatat li l-Kummissjoni kienet ikkonformat ruħha mal-obbligu tagħha ta’ motivazzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Konklużjoni intermedja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0101"><NO.P>101.</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta eżaminat il-motivazzjoni tal-Kummissjoni. Il-motivazzjoni tal-ordnijiet ta’ sospensjoni kkontestati ma tissodisfax ir-rekwiżiti legali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">d)</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Konklużjoni</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0102"><NO.P>102.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-appell tal-Ungerija huwa fondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="15"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">VI.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Fuq il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0103"><NO.P>103.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 61(1) tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, meta l-appell ikun fondat, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tannulla d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali u tista’ għalhekk tiddeċiedi definittivament il-kawża, meta din tkun fi stat li tiġi deċiża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0104"><NO.P>104.</NO.P><TXT>Peress li l-motivazzjoni tal-ordnijiet ta’ sospensjoni hija illegali, is-sentenza appellata għandha tiġi annullata u għandu jiġi kkonstatat li d-deċiżjonijiet kontenzjużi kienu nulli, sa fejn dawn adottaw ordnijiet ta’ sospensjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0105"><NO.P>105.</NO.P><TXT>Huwa minnu li sal-lum il-Qorti tal-Ġustizzja annullat atti legali li ma għadhomx applikabbli<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Ara, pereżempju, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180904">4 ta’ Settembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>ClientEarth vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑57/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:660">EU:C:2018:660</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0002">2</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0003">3</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> tad-dispożittiv).</P></NOTE>. Madankollu, meta l-atti legali li ma jkunux għadhom applikabbli ma jibqgħux jipproduċu effetti legali, huwa diffiċli li wieħed jikkonċepixxi li dawn jiġu ddikjarati bħala nulli. F’sitwazzjonijiet bħal dawn, tibqa’ biss, fil-fatt, il-konstatazzjoni tan-nullità. Jekk, bħal f’dan il-każ, ikompli jkun hemm l-interess għall-annullament, nipproponi għalhekk li jiġi kkonstatat li l-atti legali kienu nulli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">VII.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Spejjeż</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0106"><NO.P>106.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 184(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, meta l-appell ikun fondat u l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi l-kawża definittivament hija stess, hija għandha wkoll tiddeċiedi dwar l-ispejjeż. Skont l-Artikolu 138(1), applikabbli għall-proċedura ta’ appell skont l-Artikolu 184(1), il-parti li titlef għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ġew mitluba. Peress li l-Kummissjoni tilfet, hija għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0107"><NO.P>107.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 184(1) moqri flimkien mal-Artikolu 140(1), ir-Repubblika tal-Polonja, inkwantu intervenjenti, għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">VIII.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0108"><NO.P>108.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi kif ġej:</TXT><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal‑<DATE ISO="20180425">25 ta’ April 2018</DATE>, L-Ungerija vs Il‑Kummissjoni (T‑554/15 u T‑555/15), għandha tiġi annullata.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Huwa kkonstatat li d-deċiżjonijiet C(2015) 4805 final u C(2015) 4808 final kienu nulli sa fejn ġew adottati ordnijiet ta’ sospensjoni.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>Ir-Repubblika tal-Polonja għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>