|
11.2.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 40/37 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL
tal-10 ta' Frar 2009
dwar il-kwittanza li trid tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (id-Disa' EDF) għas-sena finanzjarja 2007
(2009/114/KE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija ACP-KE, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000 (1) u emendat bil-Ftehim iffirmat fil-Lussemburgu fil-25 ta' Ġunju 2005 (2),
Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern (3) dwar il-finanzjament u l-amministrazzjoni tal-għajnuna Komunitarja taħt il-Protokoll Finanzjarju għall-Ftehim ta' Sħubija ACP-KE, minn issa issa 'l quddiem imsejjaħ il-“Ftehim Intern”, li jistabbilixxi, fost affarijiet oħra, id-Disa' Fond Ewropew għall-Iżvilupp (id-Disa' EDF), u partikolarment l-Artikolu 32(3) ta' dak il-Ftehim,
Wara li kkunsidra r-Regolament Finanzjarju tas-27 ta' Marzu 2003 applikabbli għad-9 Fond Ewropew għall-Żvilupp (4), u partikolarment l-Artikoli 96 sa 103 tiegħu,
Wara li eżamina l-kont tad-dħul u tal-infiq u l-karta tal-bilanċ relatati mal-operazzjonijiet tad-Disa' EDF kif kienu fil-31 ta' Diċembru 2007 u r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar is-sena finanzjarja 2007 flimkien mar-risposti tal-Kummissjoni (5),
Billi:
|
(1) |
Skond l-Artikolu 32(3) tal-Ftehim Intern, il-kwittanza għall-amministrazzjoni finanzjarja tad-Disa' EDF trid tingħata lill-Kummissjoni mill-Parlament Ewropew fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill, |
|
(2) |
L-implimentazzjoni ġenerali mill-Kummissjoni tal-operazzjonijiet tad-Disa' EDF matul is-sena finanzjarja 2007 kienet sodisfaċenti, |
B'DAN JIRRAKKOMANDA li l-Parlament Ewropew jagħti lill-Kummissjoni kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tad-Disa' EDF għas-sena finanzjarja 2007.
Magħmula fi Brussell, 10 ta’ Frar 2009.
Għall-Kunsill
Il-President
M. KALOUSEK
(1) ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.
(2) ĠU L 287, 28.10.2005, p. 4.