|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/5689 |
20.9.2024 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.11678 — KBC BANK / BNP PARIBAS FORTIS / JOYN INTERNATIONAL)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2024/5689)
1.
Fit-13 ta’ Settembru 2024, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
KBC Bank NV (“KBC Bank”, il-Belġju), ikkontrollata minn KBC Group NV (il-Belġju), |
|
— |
BNP Paribas Fortis NV (“BNPPF”; il-Belġju), ikkontrollata minn BNP Paribas SA (Franza), |
|
— |
Joyn International NV (minn hawn ’il quddiem “Joyn”, il-Belgium). |
KBC Bank u BNPPF se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Joyn kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
KBC Bank hija parti minn KBC Group, grupp integrat ta’ assiguraturi bankarji li jiffoka fuq klijenti bl-imnut, privati u korporattivi. |
|
— |
BNPPF hija fornitur ta’ servizzi bankarji u finanzjarji għal klijenti fil-livell tal-konsumatur, korporattivi u istituzzjonali. BNPPF hija parti mill-BNP Paribas Group, grupp bankarju globali attiv fis-servizzi bankarji għall-konsumatur, il-ġestjoni tal-assi u s-servizzi, kif ukoll fis-settur bankarju korporattiv u ta’ investiment. |
3.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriża Joyn huma dawn li ġejjin:|
— |
toffri kard ta’ lealtà diġitali u servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni relatati lill-bejjiegħa bl-imnut lokali. |
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2) jeħtieġ jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
(M.11678 — KBC BANK / BNP PARIBAS FORTIS / JOYN INTERNATIONAL)
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5689/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)