<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T‑287/13</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62013TJ0287</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:99">EU:T:2015:99</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>12</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>12</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20151013">13.10.2015</DATE> — KAWŻA T‑287/13</P><P>HUSKY CZ vs UASI — HUSKY OF TOSTOCK (HUSKY)</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti Ġenerali</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20150213">13 ta’ Frar 2015</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Trade mark Komunitarja</KEYWORD><KEYWORD>Proċedimenti ta’ revoka</KEYWORD><KEYWORD>Trade mark Komunitarja verbali HUSKY</KEYWORD><KEYWORD>Użu ġenwin tat-trade mark</KEYWORD><KEYWORD>Revoka parzjali</KEYWORD><KEYWORD>Proroga tat-terminu</KEYWORD><KEYWORD>Regola 71(2) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95</KEYWORD><KEYWORD>Traduzzjoni fil-lingwa tal-kawża</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża T‑287/13,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Husky CZ s.r.o</HT>., stabbilita fi Praga (ir-Repubblika Ċeka), irrappreżentata minn L. Lorenc, avukat,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)</HT>, irrappreżentat minn P. Geroulakos u I. Harrington, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenut,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS><INTERVENERS><P>il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI kienet</P><P><HT TYPE="BOLD">Husky of Tostock Ltd</HT>, stabbilita f’Woodbridge (ir-Renju Unit),</P></INTERVENERS></PARTIES><P>li għandha bħala suġġett rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-<DATE ISO="20130314">14 ta’ Marzu 2013</DATE> (Każ R 748/2012-1), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Husky CZ s.r.o. u Husky of Tostock Ltd,</P><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn H. Kanninen (Relatur), President tal-Awla, I. Pelikánová u E. Buttigieg, Imħallfin,</P><P>Reġistratur: J. Weychert, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat ir-rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fl-<DATE ISO="20130524">24 ta’ Mejju 2013</DATE>,</VISA><VISA>wara li rat ir-risposta ppreżentata fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fl-<DATE ISO="20130801">1 ta’ Awwissu 2013</DATE>,</VISA><VISA>wara s-seduta tal-<DATE ISO="20140701">1 ta’ Lulju 2014</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="19960401">1 ta’ April 1996</DATE>, Husky of Tostock Ltd (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>proprjetarja tat-trade mark<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) ippreżentat applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja fl-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-<DATE ISO="19931220">20 ta’ Diċembru 1993</DATE>, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 146), kif emendat [issostitwit bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-<DATE ISO="20090226">26 ta’ Frar 2009</DATE>, dwar it-trade mark Komunitarja (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="078" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2009">ĠU L 78, p. 1</REF.DOC.OJ>)].</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>It-trade mark li għaliha ntalbet ir-reġistrazzjoni huwa s-sinjal verbali HUSKY.</TXT></NP><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-prodotti li għalihom saret applikazzjoni għal reġistrazzjoni jaqgħu taħt il‑klassijiet 3, 9, 14, 16, 18 u 25 skont il-Ftehim ta’ Nizza dwar il‑klassifikazzjoni internazzjonali ta’ prodotti u servizzi għall-finijiet tar-reġistrazzjoni ta’ trade marks, tal-<DATE ISO="19570615">15 ta’ Ġunju 1957</DATE>, kif irrivedut u emendat, u jikkorrispondu, għal kull waħda minn dawn il-klassijiet, għad-deskrizzjoni segwenti:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>klassi 3: <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Preparazzjonijiet għall-ibbliċjar u sustanzi oħra għall-ħasil; preparazzjonijiet għal tindif, illustrar, sabiex wieħed jogħrok u li joborxu; sapun; fwejjaħ, żjut essenzjali, kożmetiċi, lozjonijiet tax-xagħar; preparazzjonijiet u prodotti tat-twaletta għal skopijiet mhux mediċi; toothpaste<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>;</P></ITEM><ITEM><P>klassi 9: <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Nuċċalijiet; nuċċalijiet tax-xemx, nuċċalijiet anti-glare, viżieri, beritti; trombi (ottiċi); kaxxi għan-nuċċalijiet; qfil għan-nuċċalijiet; kronografi; boxxla; kontenituri għal-lentijiet tal-kuntatt; qafas tan-nuċċalijiet tal-għajnejn; okulari; apparati u strumenti ottiċi; teleskopji<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>;</P></ITEM><ITEM><P>klassi 14: <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Ġojjellerija, ġojjelli, ħaġar prezzjuż; strumenti taż-żamma tal-ħin u strumenti kronometriċi<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>;</P></ITEM><ITEM><P>klassi 16: <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Karti, kartunċin u oġġetti magħmula minn dawn il-materjali, mhux inklużi fi klassijiet oħra; materjal stampat; materjal għal-legatura tal-kotba; ritratti; kartolerija; materjali tal-artisti, pniezel; tajprajters u oġġetti neċessarji għall-uffiċċju (minbarra għamara); materjal istruttiv u għat-tagħlim (ħlief apparat); materjali tal-plastik għall-ippakkjar (mhux inklużi fi klassijiet oħra); karti tal-logħob; tipa tal-printer; clichés<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>;</P></ITEM><ITEM><P>klassi 18: <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Ġilda jew imitazzjonijiet tal-ġilda, prodotti magħmula minn dawn il-materjali li ma humiex inklużi fi klassijiet oħra; ġlud tal-annimali; basktijiet, bagolli u bagalji; umbrelel, parasol u bsaten; frosti u oġġetti magħmulin mis-sarràġ<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>;</P></ITEM><ITEM><P>klassi 25: <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Qomos, xorts, dbielet, blużi, qliezet, ġkieket, kowtijiet, flokkijiet, kpiepel, ingravati, ħwejjeġ ta’ taħt; ilbies ta’ taħt tan-nisa, maljerija, piġami, ilbies ta’ bil-lejl, libsa ta’ taħt tan-nisa, negliġè, ilbiesi ta’ ġewwa, qomos, kardigans, ġerżijiet, blużi, ilbiesi tal-għawm; ilbiesi, kowtijiet, stvali, żraben, sandlijiet, papoċċi, kpiepel, brieret, xalpi, ilbiesi ta’ ġewwa, kapep, fradal, jeans, kalzetti, leggings, ilbies taż-żfin, brazzuletti, headbands, ingwanti; mittens, ċinturini; xedd ir-ras u żraben<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="19981130">30 ta’ Novembru 1998</DATE> ġiet irreġistrata t-trade mark mitluba taħt in-Numru 152546.</TXT></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20060402">2 ta’ April 2006</DATE> ġiet imġedda r-reġistrazzjoni tat-trade mark.</TXT></NP><?PAGE NO="3"?><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20090311">11 ta’ Marzu 2009</DATE>, ir-rikorrenti, Husky CZ, s.r.o., ippreżentat talba għar-revoka tat-trade mark li r-reġistrazzjoni tagħha kienet ġiet imġedda (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>it-trade mark ikkontestata<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>), fuq il-bażi tal-Artikolu 50(1)(a) tar-Regolament Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009], għar-raġuni li din it-trade mark ma kinitx suġġetta għal użu ġenwin għall-prodotti li għalihom hija kienet ġiet irreġistrata.</TXT></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20090317">17 ta’ Marzu 2009</DATE>, id-Dipartiment <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Trade marks u Kanċellazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> tal-UASI stieden lill-proprjetarja tat-trade mark tipproduċi l-prova tal-użu ġenwin ta’ din it-trade mark għas-<DATE ISO="20090617">17 ta’ Ġunju 2009</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20090616">16 ta’ Ġunju 2009</DATE>, il-proprjetarja tat-trade mark ippreżentat provi, iżda spjegat li t-trade mark ikkontestata ntużat mill-proprjetarju ta’ liċenzja u li, minħabba f’hekk, hija kienet qiegħda titlob estensjoni tat-terminu sabiex tkun tista’ twieġeb b’mod sħiħ għal din it-talba.</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20090619">19 ta’ Ġunju 2009</DATE>, id-Dipartiment <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Trade marks u Kanċellazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> ta l-proroga tat-terminu mitluba sas-<DATE ISO="20090917">17 ta’ Settembru 2009</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20090909">9 ta’ Settembru 2009</DATE>, il-proprjetarja tat-trade mark ippreżentat provi supplimentari u indikat li hija xtaqet tressaq informazzjoni dwar l-ispejjeż li saru għall-promozzjoni tat-trade mark ikkontestata. Hija talbet proroga ġdida tat-terminu sas-<DATE ISO="20091017">17 ta’ Ottubru 2009</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Id-Dipartiment <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Trade marks u Kanċellazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> ta din il-proroga.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20091019">19 ta’ Ottubru 2009</DATE>, il-proprjetarja tat-trade mark ippreżentat fatturi dwar spejjeż promozzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Peress li r-rikorrenti ressqet oġġezzjoni, id-Dipartiment <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Trade marks u Kanċellazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> innotifikaha lill-proprjetarja tat-trade mark u stedinha sabiex tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħha għat-<DATE ISO="20100313">13 ta’ Marzu 2010</DATE>. Fit-<DATE ISO="20100312">12 ta’ Marzu 2010</DATE>, din il-proprjetarja indikat li l-provi kienu kważi kompleti u talbet terminu supplimentari ta’ xahar, filwaqt li pprovdiet ġustifikazzjonijiet għall-proroga tat-terminu. Id-Dipartiment laqa’ t-talba tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20100409">9 ta’ April 2010</DATE>, il-proprjetarja tat-trade mark ippreżentat provi supplimentari.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20120216">16 ta’ Frar 2012</DATE>, id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tal-UASI laqgħet parzjalment it-talba għar-revoka. Hija ddeċidiet li t-trade mark ikkontestata setgħet tibqa’ rreġistrata għall-prodotti li jikkorrispondu għad-deskrizzjoni li ġejja:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>basktijiet<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, li jaqgħu fil-klassi 18;</P></ITEM><ITEM><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>qomos, qliezet, flokkijiet, kowtijiet, ġkieket, qomos, ġerżijiet, stvali, żraben, kpiepel, jeans, ċinturini; żraben<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, li jaqgħu fil-klassi 25;</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20120216">16 ta’ Frar 2012</DATE>, ir-rikorrenti ppreżentat appell quddiem l-UASI, skont l-Artikoli 58 sa 64 tar-Regolament Nru 207/2009, kontra d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>B’deċiżjoni tal-<DATE ISO="20130314">14 ta’ Marzu 2013</DATE> (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>id-deċiżjoni kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>), l-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI ċaħad l-appell.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, fir-rigward tal-argument invokat mir-rikorrenti li diversi prorogi tat-terminu ngħataw b’mod żbaljat lill-proprjetarja tat-trade mark, fl-assenza ta’ ftehim minn qabel mal-parti l-oħra, il-Bord tal-Appell qies li r-Regola 71(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95, tat-<DATE ISO="19951213">13 ta’ Diċembru 1995</DATE>, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 189), kif emendat (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>Regolament ta’ implementazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, kellha tiġi interpretata, fil-verżjoni Ingliża tagħha, fid-dawl tal-verżjonijiet lingwistiċi l-oħra ta’ din id-dispożizzjoni kif ukoll tal-paragrafu 1 tal-istess<?PAGE NO="4"?> regola. Skontha, meta parti titlob proroga ta’ terminu, l-UASI jista’, mingħajr ma huwa marbut b’dan, jitlob li jkun hemm qbil mal-parti l-oħra u għandu, partikolarment meta jiddeċiedi li ma jitlobx dan il-qbil, jieħu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi tat-talba għall-proroga tat-terminu.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Sabiex jiġġustifika l-fatt li d-Dipartiment <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>Trade marks u Kanċellazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> kien iddeċieda b’mod korrett li jingħataw prorogi mingħajr ma kkundizzjonahom għal qbil mal-parti l-oħra, il-Bord tal-Appell enfasizza li, f’dan il-każ, dan id-dipartiment kien ikkunsidra li ċerti dokumenti li juru l-użu ġenwin tat-trade mark ikkontestata setgħu jiġu prodotti biss minn terz stabbilit barra mill-pajjiż, li kienet waħda miċ-ċirkustanzi aċċettati. Barra minn hekk, il-proprjetarja tat-trade mark ipproduċiet provi u motivi raġonevoli sabiex titlob proroga tat-terminu. Minbarra dan, it-terminu mitlub kien qasir u kien fl-interess tal-proċedura li deċiżjoni dwar kwistjoni daqstant importanti bħalma hija r-revoka ma titteħidx bl-għaġla. Bl-istess mod, wara li r-rikorrenti sostniet li l-użu tat-trade mark ikkontestata kien l-att ta’ terz u mhux tal-proprjetarja tat-trade mark, id-Dipartiment <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>Trade marks u Kanċellazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> kien, skont il-Bord tal-Appell, korrett meta stieden lill-imsemmija proprjetarja tagħmel il-kummenti tagħha f’dan ir-rigward u aċċetta provi li din tal-aħħar ressqet.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Il-Bord tal-Appell irrileva li, minkejja li, f’dan il-każ, il-possibbiltajiet li jinġiebu provi kienu iktar numerużi minn dak li huwa normali fil-qasam tar-revoka ta’ trade mark, id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni wriet flessibbiltà meta aċċettat li tagħti prorogi, fid-dawl tal-kumplessità tal-kawża u sa fejn it-trade mark ikkontestata ġiet użata minn diversi entitajiet matul il-perijodu ta’ referenza.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, fir-rigward tal-argument tar-rikorrenti li l-proprjetarja tat-trade mark ma pprovdiex traduzzjonijiet bl-Ingliż tad-dokumenti redatti bit-Taljan, li impedixxa l-possibbiltà li jiġi kkonstatat li t-terminu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>husky<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> kien terminu ġeneriku b’din il-lingwa tal-aħħar, il-Bord tal-Appell enfasizza, qabelxejn, li l-proprjetarja tat-trade mark ittraduċiet id-dokumenti jew partijiet minn dokumenti li kienu jikkonsistu f’testi twal. Ir-rikorrenti ma indikatx il-provi li kellhom jiġu tradotti u ma lmentatx mill-assenza ta’ traduzzjoni, meta hija ġiet mistiedna tikkummenta fuq id-dokumenti kkomunikati. Hija rreferiet għall-assenza ta’ traduzzjoni biss f’każ wieħed, fir-rigward ta’ dokument li ma kienx determinanti għall-eżitu tal-kawża.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mir-ritratti prodotti jirriżulta li t-terminu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>husky<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> huwa użat bħala isem ta’ trade mark irreġistrata. Dan ma huwiex terminu ġeneriku Taljan. It-terminu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>husky<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> jidher f’dizzjunarju online bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>Isem kummerċjali ® ta’ ġakketta waterproof ikkuttunata<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>Nome commerciale ® di un giaccone impermeabile trapuntato<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>), u dan jikkonferma li din hija trade mark irreġistrata.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, fir-rigward tal-argument tar-rikorrenti li l-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni eżaminat provi li ma jirrigwardawx il-perijodu rilevanti jew li ma humiex datati, il-Bord tal-Appell irrileva li d-dokumenti ċċitati mir-rikorrenti kienu jipprevedu fatturi li d-data tagħhom kienet koperta mill-perijodu rilevanti. Id-dokumenti l-oħra ċċitati mir-rikorrenti għandhom biss l-għan li juru kif it-trade mark tidher fuq il-ħwejjeġ u l-firxa ta’ prodotti li għalihom din hija użata, b’mod li l-fatt li dawn ma humiex datati ma huwiex rilevanti.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fir-rigward tal-argument ibbażat fuq il-fatt li d-dokumenti huma prova tal-użu ġenwin ta’ trade mark figurattiva, li ma setgħetx tkun ta’ benefiċċju għat-trade mark ikkontestata, li hija trade mark verbali, il-Bord tal-Appell enfasizza li, fil-każ ineżami, kienet biss trade mark waħda inkwistjoni u li s-sentenza tat-<DATE ISO="20070913">13 ta’ Settembru 2007</DATE>, Il Ponte Finanziaria vs UASI (C‑234/06 P, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:514">EU:C:2007:514</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), invokata mir-rikorrenti, ma kinitx rilevanti għall-każ ineżami.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Il-Bord tal-Appell żied li l-mod li bih it-trade mark HUSKY ġiet użata fuq il-prodotti, bi stilizzazzjoni leġġera tal-ittri jew b’logo li jirrappreżenta l-ittra <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>h<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>, akkumpanjata b’element figurattiv li jirrappreżenta kelb husky, ma jaffettwax il-karattru distintiv tat-trade mark kif ġiet irreġistrata. Dan il-karattru distintiv jinsab esklużivament fil-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>husky<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, li huwa kelb tipiku tar-reġjuni Artiċi.</TXT></NP><?PAGE NO="5"?><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Finalment, il-Bord tal-Appell wieġeb għall-allegazzjonijiet tar-rikorrenti dwar l-użu tat-trade mark mill-proprjetarja tagħha u l-provi marbuta miegħu, billi kkunsidra li din il-proprjetarja spjegat fi żmien xieraq kif din it-trade mark ġiet użata minn diversi detenturi ta’ liċenzja matul iż-żmien u taħt liema forom din ġiet użata.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">It-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tannulla d-deċiżjoni kkontestata;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-UASI u lill-proprjetarja tat-trade mark għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>L-UASI jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id-dritt</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi. L-ewwel motiv huwa bbażat fuq it-teħid inkunsiderazzjoni tal-provi mressqa barra mit-terminu, it-tieni motiv fuq it-teħid inkunsiderazzjoni ta’ dokumenti mhux tradotti u t-tielet motiv fuq it-teħid inkunsiderazzjoni ta’ dokumenti mhux datati.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-motiv ibbażat fuq it-teħid inkunsiderazzjoni tal-provi mressqa barra mit-terminu</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Insostenn ta’ dan il-motiv, ir-rikorrenti tikkunsidra li l-UASI ma kellux jieħu inkunsiderazzjoni l-provi tal-proprjetarja tat-trade mark li tressqu wara li skada t-terminu stabbilit sabiex tingħata risposta għat-talba għal revoka. Fl-ewwel lok, skont ir-rikorrenti, ir-Regola 71(2) tar-Regolament ta’ Implementazzjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li l-għoti ta’ proroga ta’ terminu mitluba minn parti huwa suġġett għall-qbil min-naħa tal-parti l-oħra. L-UASI interpreta b’mod żbaljat il-verżjoni Ingliża ta’ din ir-regola. Ir-rikorrenti tinvoka wkoll il-verżjoni Ċeka tal-imsemmija dispożizzjoni, li loġikament għandha tiġi applikata. Din il-verżjoni hija identika għall-verżjoni Ingliża u għall-verżjoni Slovakka tal-istess dispożizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>L-UASI jikkontesta din l-argumentazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>B’mod preliminari, għandu jitfakkar li, skont ir-Regola 40(1) sa (5) tar-Regolament ta’ Implementazzjoni:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>1.</NO.P><TXT>Kull applikazzjoni għar-revoka jew għad-dikjarazzjoni ta’ invalidità li hi meqjusa li ġiet iffajljata għandha tiġi nnotifikata lill-propjetarju tat-trejdmark tal-Komunità. Meta l-[UASI] jsib l-applikazzjoni ammissibbli, għandu jitlob lill-propjetarju tat-trejdmark tal-Komunità jiffajlja l-osservazzjonijiet tiegħu fi żmien perjodu speċifikat.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Jekk il-proprjetarju tat-trade mark tal-Komunità ma jippreżenta l-ebda osservazzjoni, l-[UASI] jista’ jiddeċiedi fuq ir-revoka jew invalidità fuq il-bażi tal-provi quddiemu.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Kull osservazzjoni ppreżentata mill-proprjetarju tat-trade mark tal-Komunità għandha tiġi kkomunikata lill-applikant, li għandu jintalab mill-[UASI], jekk dan jidhirlu li huwa xieraq, sabiex jirrispondi f’perjodu ta’ żmien speċifikat mill-[UASI].</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="6"?><ITEM><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>Ħlief fejn ir-Regola 69 tistipula jew tippermetti mod ieħor, l-osservazzjonijiet kollha iffajljati mill-partijiet għandhom jiġu mibgħuta lill-parti l-oħra kkonċernata.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>F’każ ta’ applikazzjoni għal revoka bbażata fuq l-Artikolu 50(1)(a) tar-Regolament [Nru 40/94], l-[UASI] għandu jitlob lill-propjetarju tat-trejdmark tal-Komunità jġib prova ta’ l-użu ġenwin tal-marka, fi żmien perjodu speċifikat. Jekk il-prova ma tinġiebx fi żmien il-perjodu stipulat, it-trejdmark tal-Komunità tiġi revokata. Ir-Regola 22(2), (3) u (4) għandha tapplika <HT TYPE="ITALIC">mutatis mutandis</HT>.<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li, skont ir-Regola 71(1) tar-Regolament ta’ Implementazzjoni, fir-rigward tat-tul tat-termini:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>Meta r-Regolament [Nru 40/94] jew dawn ir-Regoli jipprovdu għal perjodu ta’ żmien li għandu jiġi speċifikat mill-Uffiċċju, dan il-perjodu ta’ żmien għandu jkun, meta l-parti konċernata jkollha d-domiċilju jew il-post prinċipali tan-negozju jew stabbiliment fil-Komunità, ta’ mhux inqas minn xahar, jew fejn dawn il-kondizzjonijiet ma jiġux sodisfatti, mhux inqas minn xahrejn u mhux iktar minn sitt xhur. L-Uffiċċju jista’, fejn dan ikun xieraq fiċ-ċirkostanzi, jagħti estensjoni ta’ perjodu speċifikat jekk din l-estensjoni tintalab mill-parti konċernata u t-talba ssir qabel ma jiskadi l-perjodu oriġinali.<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Il-verżjoni Ingliża tar-Regola 71(2) tar-Regolament ta’ Implementazzjoni tipprovdi li, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>[w]here there are two or more parties, the Office may extend a period subject to the agreement of the other parties<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>. Ir-rikorrenti tenfasizza li l-verżjonijiet Ċeka u Slovakka ta’ din id-dispożizzjoni huma simili għall-verżjoni Ingliża u li, fid-dawl <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT> tal-post fejn hija tinsab stabbilita, huwa loġiku li f’dan il-każ tiġi applikata l-verżjoni Ċeka.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Huwa stabbilit li l-verżjoni Ingliża, kif ukoll ċerti verżjonijiet lingwistiċi oħra, tad-dispożizzjoni kkonċernata huma differenti mill-verżjonijiet Ġermaniża, Spanjola, Franċiża u Taljana tal-istess dispożizzjoni, li flimkien mal-verżjoni Ingliża jifformaw il-ħames lingwi tax-xogħol tal-UASI. Ir-Regola 71(2) tar-Regolament ta’ Implementazzjoni, fil-verżjonijiet Ġermaniża, Spanjola, Franċiża u Taljana, iżda wkoll, pereżempju, fil-verżjonijiet Bulgara, Griega, Portugiża u Rumena, tipprovdi li, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>[l]orsqu’il y a deux ou plusieurs parties à la procédure, l’[OHMI] peut subordonner la prorogation du délai à l’accord des autres parties<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>L-UASI jenfasizza li huwa inkluda, fil-pubblikazzjonijiet uffiċjali tiegħu u fuq is-sit tal-internet tiegħu, nota ta’ qiegħ il-paġna, fir-rigward tal-verżjoni Ingliża tar-Regola 71(2) tar-Regolament ta’ Implementazzjonii, li tindika li din id-dispożizzjoni għandha tipprovdi kif ġej: <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>[...] l-[UASI] jista’ jissuġġetta l-proroga tat-terminu għall-qbil min-naħa tal-partijiet l-oħra<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>. Skont l-UASI, hija d-dispożizzjoni kif tirriżulta mill-verżjonijiet Ġermaniża, Spanjola, Franċiża u Taljana li għandha tipprevali.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Qabelxejn, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, in-neċessità ta’ applikazzjoni u, għaldaqstant, ta’ interpretazzjoni uniformi ta’ att tal-Unjoni Ewropea teskludi li dan jitqies separatament f’waħda mill-verżjonijiet tiegħu, iżda teżiġi li jiġi interpretat kemm skont ir-rieda reali tal-awtur tiegħu kif ukoll skont l-għan imfittex minn dan tal-aħħar, fid-dawl, b’mod partikolari, tal-verżjonijiet stabbiliti bil-lingwi uffiċjali kollha (sentenzi tat-<DATE ISO="20100603">3 ta’ Ġunju 2010</DATE>, Internetportal und Marketing, C‑569/08, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:311">EU:C:2010:311</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 35, u tad-<DATE ISO="20110609">9 ta’ Ġunju 2011</DATE>, Eleftheri tileorasi u Giannikos, C‑52/10, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:374">EU:C:2011:374</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 23).</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Għall-finijiet tal-applikazzjoni u tal-interpretazzjoni tagħha, ir-Regola 71(2) tar-Regolament ta’ Implementazzjoni ma tistax għalhekk tiġi eżaminata f’verżjoni lingwistika waħda.</TXT></NP><?PAGE NO="7"?><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Sussegwentement, mill-kliem tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament ta’ Implementazzjoni ma jirriżultax li hemm lok li l-paragrafu 2 tar-Regola 71 jiġi applikat u interpretat b’mod separat mill-paragrafu 1 tal-istess regola.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Fil-fatt, għandu jiġi enfasizzat li diġà ġie deċiż, fir-rigward tat-tieni sentenza tar-Regola 71(1) tar-Regolament ta’ Implementazzjoni, li l-proroga tar-termini ma hijiex awtomatika u li din tiddependi miċ-ċirkustanzi proprji ta’ kull każ partikolari ta’ natura li jiġġustifikawha, kif ukoll mill-preżentata ta’ talba għal proroga [sentenza tat-<DATE ISO="20071212">12 ta’ Diċembru 2007</DATE>, K &amp; L Ruppert Stiftung vs UASI — Lopes de Almeida Cunha <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (CORPO livre), T‑86/05, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2007:379">EU:T:2007:379</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 21]. Ingħad ukoll li, jekk il-proroga tiddependi fuq iċ-ċirkustanzi proprji ta’ kull każ partikolari ta’ natura li jiġġustifikawha, kif ukoll mill-preżentata ta’ talba għal proroga, dan japplika wkoll b’mod speċjali fi proċedimenti <HT TYPE="ITALIC">inter partes</HT>, li fl-ambitu tagħhom vantaġġ mogħti lil waħda mill-partijiet jimplika żvantaġġ għall-oħra, b’mod li l-UASI għandu għalhekk jiżgura l-imparzjalità tiegħu fil-konfront tal-partijiet (fir-rigward ta’ proċedimenti ta’ oppożizzjoni, sentenza CORPO livre, iċċitata iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2007:379">EU:T:2007:379</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 21).</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ proċedimenti <HT TYPE="ITALIC">inter partes</HT> fil-każ ineżami, għandu jiġi kkunsidrat li l-proroga tat-terminu għandha wkoll tiġi ġġustifikata miċ-ċirkustanzi, meta l-proprjetarju tat-trade mark jitlob tali proroga sabiex jipprovdi l-provi tal-użu tat-trade mark ikkontestata. Barra minn hekk il-partijiet irrikonoxxew li ċ-ċirkustanzi, fis-sens tar-Regola 71(1) tar-Regolament ta’ Implementazzjoni, għandhom jiġġustifikaw il-prorogi meta dawn jiġu mitluba fl-ambitu tal-paragrafu 2 tal-istess regola.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Hija l-parti li titlob il-proroga li għandha ssostni ċ-ċirkustanzi li jistgħu jiġġustifikawha, peress li din il-proroga hija mitluba u eventwalment tingħata fl-interess tagħha. Barra min hekk, fil-każ fejn dawn iċ-ċirkustanzi jkunu, bħalma huwa l-każ ineżami, partikolari għall-parti li titlob il-proroga, hija biss din tal-aħħar li tista’ tgħaddi l-informazzjoni xierqa dwarhom lill-UASI (ara, f’dan is-sens, is-sentenza CORPO livre, punt 40 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2007:379">EU:T:2007:379</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 22).</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Issa, jekk il-paragrafu 2 tar-Regola 71 tar-Regolament ta’ Implementazzjoni għandu jiġi interpretat flimkien mal-paragrafu 1 tal-istess regola, hemm lok li dan il-paragrafu jiġi kkunsidrat li jippermetti lill-UASI, meta jkun hemm tnejn jew iktar partijiet fil-proċedimenti, li jissuġġetta l-proroga tat-terminu għall-qbil min-naħa tal-partijiet l-oħra u mhux, kif ġie argumentat mir-rikorrenti, bħala li jikkundizzjona lil din il-proroga għall-qbil bejn il-partijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>L-interpretazzjoni kif proposta mir-rikorrenti twassal għall-konklużjoni li l-partijiet waħidhom, f’dan il-każ ir-rikorrenti f’din il-kawża, ikunu fdati bid-deċiżjoni dwar jekk it-termini jiġux ipprorogati jew le, meta din id-deċiżjoni taqa’ taħt id-diskrezzjoni tal-UASI u l-possibbiltà mħollija lilu, fl-ambitu tar-rwol imparzjali tiegħu, li jipproroga t-termini skont l-Artikolu 71(1) tar-Regolament ta’ Implementazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Finalment u fuq kollox, il-fatt li l-proroga tat-terminu tiġi suġġetta unikament għall-qbil tal-partijiet jista’ jkollu l-effett, kif ġustament jindika l-UASI, li l-parti li titlob il-proroga tiġi mċaħħda mill-possibbiltà li tiddefendi ruħha. Dan jista’ wkoll imur kontra l-amministrazzjoni tajba tal-proċedimenti u l-għan imfittex mir-Regola 71, li huwa preċiżament dak li jippermetti l-proroga tat-termini meta ċ-ċirkustanzi jiġġustifikawha.</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-Bord tal-Appell ma wettaqx żball meta kkunsidra li r-Regola 71(2) tar-Regolament ta’ Implementazzjoni għandha tiġi interpretata fis-sens li fejn parti, fi proċedimenti <HT TYPE="ITALIC">inter partes</HT>, titlob proroga ta’ terminu, l-UASI jista’, mingħajr ma huwa marbut li jagħmel dan, jitlob il-qbil tal-parti l-oħra u li din id-dispożizzjoni għandha tinqara flimkien mal-paragrafu 1 tal-istess regola, li twassal għall-konklużjoni li l-UASI għandu jieħu inkunsiderazzjoni, speċjalment meta jiddeċiedi li ma jitlobx il-qbil tal-parti l-oħra, iċ-ċirkustanzi tat-talba għall-proroga tat-terminu.</TXT></NP><?PAGE NO="8"?><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, ir-rikorrenti ssostni li ċ-ċirkustanzi li għandhom jiġġustifikaw il-proroga tat-terminu, skont ir-Regola 71(1) tar-Regolament ta’ Implementazzjoni, ma kinux issodisfatti f’dan il-każ peress li, minn naħa, il-proprjetarja tat-trade mark kienet, sa mill-bidu, fil-pussess tad-dokument li jattesta l-użu minn terz tat-trade mark ikkontestata.</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Issa, huwa suffiċjenti li jiġi rrilevat li, anki jekk dan il-fatt jitqies stabbilit, il-kuntratt ta’ liċenzja waħdu ma huwiex ta’ natura li juri fih innifsu l-użu tat-trade mark ikkontestata u li l-produzzjoni ta’ elementi supplimentari għal tali provi kienet meħtieġa, li għalhekk seta’ jiġġustifika l-prorogi tat-termini mogħtija.</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, ir-rikorrenti ssostni li l-proprjetarja tat-trade mark użat il-prorogi tat-termini biex telabora provi ġodda. Madankollu, tali argument ma jistax jiġi aċċettat, peress li ma huwa sostnut minn ebda prova.</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-argumenti mressqa mir-rikorrenti insostenn tal-ilment tagħha, il-Bord tal-Appell għalhekk ma wettaqx żball meta kkunsidra li, fid-dawl tad-dokumenti li kellhom jiġu prodotti, tal-imġieba tal-proprjetarja tat-trade mark u tar-raġunijiet mogħtija minn din tal-aħħar, il-prorogi tat-termini setgħu jkunu ġġustifikati miċ-ċirkustanzi.</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Minn dan kollu premess jirriżulta li l-ewwel motiv għandu jiġi miċħud bħala infondat.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-motiv ibbażat fuq it-teħid inkunsiderazzjoni ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ dokumenti mhux tradotti</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni li t-terminu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>husky<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> huwa terminu ġeneriku Taljan għal ġkieket u wkoll, b’mod iktar speċifiku, ġakketta tax-xitwa kkuttunata, skont diversi dizzjunarji. L-estratti mis-siti tal-internet li hija pproduċiet juru f’dan ir-rigward li xi ġkieket huma indikati bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>husky<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> u d-dizzjunarju online ċċitat mill-UASI juri li l-protezzjoni tat-trade mark ikkontestata hija limitata għal tip wieħed ta’ prodotti, jiġifieri l-ġkieket ikkuttunati. Is-sempliċi eżistenza tal-trade mark ikkontestata ma tipprekludix li t-terminu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>husky<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> jista’ jsir terminu ġeneriku, tali possibbiltà hija koperta mill-Artikolu 51(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009. Skont ir-rikorrenti, kien neċessarju li d-dokumenti kollha jiġu tradotti bl-Ingliż u li ma jiġux aċċettati dawk fil-verżjoni Taljana mhux tradotta.</TXT></NP><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>L-UASI tikkontesta din l-argumentazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Fir-rigward, qabelxejn, tal-argument li ċerti dokumenti kellhom jiġu tradotti qabel ma jiġu kkomunikati, għandu jiġi rrilevat, b’mod preliminari, li r-Regola 22(6) tar-Regolament ta’ Implementazzjoni invokata mill-UASI sabiex jiġġustifika l-fatt li, fl-assenza ta’ talba espressa tar-rikorrenti, huwa ma kienx obbligat li jitlob mill-proprjetarja tat-trade mark it-traduzzjoni, fil-lingwa tal-proċedimenti, ta’ dokumenti li jattestaw l-użu ġenwin ta’ din it-trade mark, hija dispożizzjoni applikabbli għall-proċedimenti ta’ oppożizzjoni. Ir-Regola 40(5) tar-Regolament ta’ Implementazzjoni applikabbli għall-proċedimenti ta’ revoka ma tipprevedix espressament li r-Regola 22(6) tar-Regolament ta’ implementazzjoni tapplika <HT TYPE="ITALIC">mutatis mutandis</HT> għal dawn il-proċedimenti.</TXT></NP><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi rrilevat li r-Regola 22(6) tar-Regolament ta’ Implementazzjoni jikkompleta u jippreċiża d-dispożizzjonijiet tar-Regola 22(2) sa (4) tal-istess regolament, applikabbli <HT TYPE="ITALIC">mutatis mutandis</HT> għall-proċedimenti ta’ revoka skont ir-Regola 40(5) tal-istess regolament. F’dawn iċ-ċirkustanzi, ir-Regola 22(6) tar-Regolament ta’ Implementazzjoni huwa applikabbli għal proċedimenti ta’ revoka fuq il-bażi tal-Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009, li l-partijiet, barra minn hekk, ma jikkontestawx.</TXT></NP><?PAGE NO="9"?><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>Mir-Regola 22(6) tar-Regolament ta’ Implementazzjoni jirriżulta li l-UASI jista’ jitlob it-traduzzjoni ta’ dokumenti li ma jkunux ġew prodotti fil-lingwa tal-proċedimenti mill-parti li tkun ippreżentat dawn id-dokumenti [sentenza tas-<DATE ISO="20120927">27 ta’ Settembru 2012</DATE>, El Corte Inglés vs UASI — Pucci International (Emidio Tucci), T‑373/09, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2012:500">EU:T:2012:500</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 24].</TXT></NP><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>Issa, l-UASI ma wettaqx żball meta ma talabx it-traduzzjoni bl-Ingliż ta’ dokumenti prodotti bit-Taljan. Minn naħa, ir-rikorrenti ma kkontestatx u lanqas ma talbet hija stess matul il-proċedimenti ta’ revoka li l-proprjetarja tat-trade mark tipproduċi t-traduzzjoni ta’ dawn id-dokumenti. Min-naħa l-oħra, l-argumentazzjoni tar-rikorrenti tiffoka fuq siltiet mid-dizzjunarju online, li juri traduzzjonijiet ta’ kliem mill-Ingliż għat-Taljan jew mit-Taljan għall-Ingliż, li jrendi inutli kull talba ta’ traduzzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-argument li jipprevedi l-Artikolu 51(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 u li skontu d-dokumenti prodotti juru li t-terminu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>husky<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> huwa terminu ġeneriku użat fit-Taljan sabiex ifisser <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>ġkieket<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>, għandu jiġi rrilevat li, fis-seduta, ir-rikorrenti rrikonoxxiet li t-talba għal revoka tagħha kienet ibbażata biss fuq l-Artikolu 51(1)(a) ta’ dan ir-regolament u li hija ma kinitx qiegħda ssostni li, fl-ambitu ta’ din it-talba, t-terminu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>husky<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> kellu natura ġenerika.</TXT></NP><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>Mill-premess jirriżulta li t-tieni motiv għandu jiġi miċħud bħala infondat.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-motiv ibbażat fuq it-teħid inkunsiderazzjoni ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ dokumenti mhux datati</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>Skont ir-rikorrenti, id-dokumenti kollha għandhom jiġu datati u għandhom jikkorrispondu għall-perijodu rilevanti mill-<DATE ISO="20040311">11 ta’ Marzu 2004</DATE> sal-<DATE ISO="20090310">10 ta’ Marzu 2009</DATE>. Fir-rigward tar-ritratti tal-prodotti ppreżentati mill-propjetarja tat-trade mark, ir-rikorrenti ssostni li l-UASI wettaq żball meta, sabiex jiddetermina l-linja ta’ prodotti li għaliha t-trade mark ikkontestata hija użata, huwa bbaża ruħu fuq dokumenti mhux datati jew li ma kellhom ebda indizju li jippermetti li dawn jiġu datati. Is-sentenza Il Ponte Finanziaria vs UASI, iċċitata fil-punt 24 iktar ’il fuq (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:514">EU:C:2007:514</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), hija rilevanti għall-każ ineżami, inkwantu din tirrigwarda l-kwistjoni ta’ jekk l-użu ta’ trade mark irreġistrata taħt forma leġġerment differenti jistax jiġi estiż għat-trade mark ikkontestata li hija simili għaliha. B’hekk, il-Bord tal-Appell seta’ jinjora l-provi li s-sinjal HUSKY huwa użat taħt forma differenti minn dik protetta mit-trade mark ikkontestata. L-UASI wettaq żball meta afferma li l-logo użat jinftiehem minn konsumatur raġonevolment attent bħala taqsira tat-terminu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>husky<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> u l-element figurattiv tal-kelb bħala r-rappreżentazzjoni ta’ dak li dan it-terminu jfisser. Din l-argumentazzjoni ma hijiex rilevanti għall-applikazzjoni tal-Artikolu 15(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009. Finalment, il-fatturi mressqa mill-proprjetarja tat-trade mark ma jippermettux li jiġi vverifikat liema trade mark jew liema sinjal mhux irreġistrat tal-proprjetarja ġew użati fuq il-prodotti koperti mill-fatturi.</TXT></NP><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>L-UASI jikkontesta din l-argumentazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>62</NO.P><TXT>Fir-rigward, qabelxejn, tal-argument li d-dokumenti mhux datati kollha ma setgħux jittieħdu inkunsiderazzjoni u ma setgħux jistabbilixxu l-użu tat-trade mark ikkontestata matul il-perijodu kkunsidrat, għandu jitfakkar li, skont ir-Regola 22(3) tar-Regolament ta’ Implementazzjoni, li tapplika <HT TYPE="ITALIC">mutatis mutandis</HT> għall-proċedimenti ta’ revoka skont ir-Regola 40(5) tal-istess regolament, il-prova tal-użu ġenwin ta’ trade mark għandha tinkludi, bħala rekwiżiti kumulattivi, il-post, il-ħin, l-estent u n-natura tal-użu li jkun sar mit-trade mark [ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<DATE ISO="20040708">8 ta’ Lulju 2004</DATE>, Sunrider vs L-UASI — Espadafor Caba (VITAFRUIT), T-203/02, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2004:225">EU:T:2004:225</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 37, u tas-<DATE ISO="20070927">27 ta’ Settembru 2007</DATE>, La Mer Technology vs UASI — Laboratoires Goëmar (LA MER), T-418/03, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2007:299">EU:T:2007:299</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 52].</TXT></NP><NP><NO.P>63</NO.P><TXT>L-evalwazzjoni tan-natura ġenwina tal-użu tat-trade mark għandha tkun ibbażata fuq il-fatti u ċ-ċirkustanzi kollha li jistgħu jistabbilixxu li din it-trade mark kienet verament użata kummerċjalment, b’mod partikolari, l-użu meqjus bħala ġġustifikat fis-settur ekonomiku kkonċernat sabiex iżomm<?PAGE NO="10"?> fis-seħħ jew joħloq sehem fis-suq favur il-prodotti jew is-servizzi protetti mit-trade mark, in-natura ta’ dawn il-prodotti jew dawn is-servizzi, il-karatteristiċi tas-suq, il-portata u l-frekwenza tal-użu tat- trade mark (ara s-sentenza LA MER, punt 62 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2007:299">EU:T:2007:299</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 55 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>64</NO.P><TXT>Sabiex tiġi eżaminata, f’każ partikolari, in-natura ġenwina tal-użu mit-trade mark preċedenti, għandha ssir evalwazzjoni globali li tieħu inkunsiderazzjoni l-fatturi rilevanti kollha tal-każ ineżami. Din l-evalwazzjoni timplika ċerta interdipendenza tal-fatturi meqjusa (sentenza VITAFRUIT, punt 62 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2004:225">EU:T:2004:225</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 42).</TXT></NP><NP><NO.P>65</NO.P><TXT>Għandu jiġi enfasizzat li, minkejja li r-Regola 22 tar-Regolament Nru 2868/95 issemmi indikazzjonijiet tal-post, il-ħin, l-estent u n-natura tal-użu u tagħti eżempji ta’ provi aċċettabbli, bħall-pakketti, tabelli, listi tal-prezzijiet, katalgi, fatturi, ritratti, reklami fuq il-gazzetti u dikjarazzjonijiet bil-miktub, din ir-regola ma tindikax li kull prova għandha neċessarjament tinkludi informazzjoni dwar kull wieħed mill-erba’ elementi li għandhom jiġu koperti mill-provi tal-użu ġenwin, jiġifieri, il-post, il-ħin, t-tul, l-estent u n-natura tal-użu [sentenzi tas-<DATE ISO="20111116">16 ta’ Novembru 2011</DATE>, Buffalo Milke Automotive Polishing Products vs UASI — Werner &amp; Mertz (BUFFALO MILKE Automotive Polishing Products), T‑308/06, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2011:675">EU:T:2011:675</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 61, u tal-<DATE ISO="20120524">24 ta’ Mejju 2012</DATE>, TMS Trademark-Schutzrechtsverwertungsgesellschaft vs UASI — Comercial Jacinto Parera (MAD), T‑152/11, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2012:263">EU:T:2012:263</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 33].</TXT></NP><NP><NO.P>66</NO.P><TXT>Barra minn hekk, hija ġurisprudenza stabbilita li ma jistax jiġi eskluż li sensiela ta’ provi tippermetti li jiġu stabbiliti l-fatti li għandhom jintwerew, anki jekk kull waħda minn dawn il-provi, meqjusa separatament, ma tkunx biżżejjed sabiex tikkostitwixxi l-prova tal-eżattezza ta’ dawn il-fatti (sentenza tas-<DATE ISO="20080417">17 ta’ April 2008</DATE>, Ferrero Deutschland vs UASI, C‑108/07 P, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:234">EU:C:2008:234</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 36, u sentenza MAD, punt 65 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2012:263">EU:T:2012:263</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 34).</TXT></NP><NP><NO.P>67</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li huwa t-teħid inkunsiderazzjoni tal-provi kollha mressqa għall-evalwazzjoni tal-Bord tal-Appell li għandu jippermetti li tiġi stabbilita l-prova tal-użu ġenwin tat-trade mark ikkontestata.</TXT></NP><NP><NO.P>68</NO.P><TXT>L-argument li bih ir-rikorrenti sempliċement issostni li d-dokumenti mhux datati ma jistgħux jistabbilixxu l-użu tat-trade mark ikkontestata matul il-perijodu kkunsidrat ma jistax għalhekk jintlaqa’, inkwantu r-ritratti tal-prodotti li r-rikorrenti ċċitat, quddiem il-Bord tal-Appell, bħala eżempji ta’ dokumenti mhux datati, kif jirriżulta mid-deċiżjoni kkontestata, jista’ jkollhom l-għan li juru kif it-trade mark ikkontestata kienet tidher fuq il-ħwejjeġ u l-firxa ta’ prodotti li għaliha hija użata, u dan ma jeżiġix li dawn ikunu datati. Il-Bord tal-Appell seta’ validament jikkunsidra, f’dawn iċ-ċirkustanzi, li l-fatt li r-ritratti ppreżentati bħala provi ma kinux datati ma kienx rilevanti.</TXT></NP><NP><NO.P>69</NO.P><TXT>Bl-istess mod, ma jistax jintlaqa’ l-argument tar-rikorrenti intiż sabiex jeskludi l-fatturi ppreżentati mill-proprjetarja tat-trade mark minħabba li dawn ma jippermettux li jiġi vverifikat jekk dawn kinux jipprevedu t-trade mark ikkontestata jew kwalunkwe sinjal jew trade mark oħra. Il-fatt li dawn il-fatturi ma jispeċifikawx jekk huma jipprevedux il-prodotti koperti mit-trade mark ikkontestata ma jistax iwassal għall-kunsiderazzjoni li dawn <HT TYPE="ITALIC">ipso facto</HT> jirrigwardaw trade marks oħra. Barra minn hekk, fil-kuntest tal-analiżi tas-sensiela ta’ provi, il-valur probatorju ta’ dawn il-fatturi jista’ jitqies b’mod relattiv, iżda mhux injorat.</TXT></NP><NP><NO.P>70</NO.P><TXT>Sussegwentement, fir-rigward tal-argument li l-Bord tal-Appell kellu jqis li s-sentenza Il Ponte Finanziaria vs UASI, iċċitata fil-punt 24 iktar ’il fuq (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:514">EU:C:2007:514</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), kienet rilevanti għall-każ ineżami, fl-ewwel lok, għandu jiġi rrilevat li, fil-kawża li tat lok għal dik is-sentenza, il-kuntest fattwali kien differenti minn dak ta’ din il-kawża. Fil-fatt, mill-punt 85 tal-istess sentenza jirriżulta li l-fatt li l-użu tal-ewwel trade mark ma ntweriex ma setax iservi bħala prova tal-użu ġenwin tat-tieni trade mark. B’mod kuntrarju għal dik il-kawża, jidher li, fil-każ ineżami, l-użu tat-trade mark figurattiva li tikkonsisti fil-kelma <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>husky<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> miktuba b’ittri leġġerment stilizzati u akkumpanjata bis-simbolu ®, li huwa użat sabiex juri l-użu tat-trade mark verbali HUSKY, ma ġiex ikkontestat.</TXT></NP><?PAGE NO="11"?><NP><NO.P>71</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, għandu jiġi rrilevat li fis-sentenza Il Ponte Finanziaria vs UASI, iċċitata fil-punt 24 iktar ’il fuq (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:514">EU:C:2007:514</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 86), instab li kien possibbli li trade mark irreġistrata titqies użata, sa fejn tinġieb il-prova tal-użu ta’ din it-trade mark f’forma leġġerment differenti minn dik li taħtha din tkun ġiet irreġistrata. Il-fatt li, fl-imsemmija sentenza, ġie speċifikat li ma huwiex madankollu possibbli li jkun hemm estensjoni, bil-prova tal-użu, tal-protezzjoni li minnha tibbenefika trade mark irreġistrata għal trade mark irreġistrata oħra, li l-użu ġenwin tagħha ma ntweriex, peress li din hija biss varjazzjoni leġġera tal-ewwel waħda, huwa irrilevanti għall-kawża preżenti. Fil-fatt, il-proprjetarja tat-trade mark ikkontestata ma invokatx il-protezzjoni tad-drittijiet ta’ din it-trade mark biss minħabba r-reġistrazzjoni ta’ trade mark oħra.</TXT></NP><NP><NO.P>72</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, sabiex jiġi stabbilit l-użu ta’ trade mark, il-proprjetarju tagħha jista’ validament jinvoka l-użu tagħha f’forma differenti minn dik li taħtha din it-trade mark tkun ġiet irreġistrata mingħajr ma d-differenzi bejn dawn iż-żewġ forom ibiddlu l-karattru distintiv ta’ din it-trade mark, u dan minkejja l-fatt li din il-forma differenti tkun hija nnifisha rreġistrata bħala trade mark (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<DATE ISO="20121025">25 ta’ Ottubru 2012</DATE>, Rintisch, C-553/11, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:671">EU:C:2012:671</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 30). F’dan il-każ, ir-rikorrenti ma invokatx alterazzjoni tal-karattru distintiv tat-trade mark ikkontestata. Il-proprjetarja tagħha setgħet għalhekk validament tinvoka l-użu tagħha f’forma differenti minn dik li taħtha din it-trade mark ġiet irreġistrata.</TXT></NP><NP><NO.P>73</NO.P><TXT>Finalment, ma huwiex ikkontestat li t-trade mark verbali HUSKY ġiet essenzjalment użata b’ittri majjuskoli suwed. Il-fatt li l-Bord tal-Appell ħa inkunsiderazzjoni, bħala l-prova tal-użu, trade mark oħra jew sinjali bħal logo li jirrappreżenta l-ittra <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>h<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> jew element figurattiv li jirrappreżenta kelb husky ma huwiex għalhekk determinanti, b’mod li l-argument tar-rikorrenti intiż sabiex jikkontesta dan it-teħid inkunsiderazzjoni ma jistax jirnexxi. Barra minn hekk għandu jiġi rrilevat li r-rikorrenti ma tinnegax li d-differenzi bejn it-trade mark ikkontestata u t-trade mark l-oħra kienu limitati għal stilizzazzjoni leġġera tal-ittri u li l-ittri kienu stretti ħafna, lanqas li t-trade mark ikkontestata, minn naħa, u s-sinjali li huma l-logo li jirrappreżenta l-ittra <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0040" ID="QS0040"/>h<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> jew l-element figurattiv tal-kelb husky, min-naħa l-oħra, kienu mwaħħla sistematikament separatament fuq il-prodotti.</TXT></NP><NP><NO.P>74</NO.P><TXT>Minn dak li ntqal iktar ’il fuq, jirriżulta li t-tielet motiv għandu jitqies li huwa infondat.</TXT></NP><NP><NO.P>75</NO.P><TXT>Konsegwentement, ir-rikors għandu jiġi miċħud.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>76</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 87(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, il-parti li titlef il-kawża għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ġew mitluba. Peress li r-rikorrenti tilfet, għandha tiġi kkundannata tbati l-ispejjeż sostnuti mill-UASI, skont it-talbiet ta’ dan tal-aħħar.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (L-Ewwel Awla)</P><P>Taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-rikors huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Husky CZ s.r.o. hija kkundannata għall-ispejjeż.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Kanninen</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Pelikánová</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Buttigieg</P></SIGNATORY><P>Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fit-<DATE ISO="20150213">13 ta’ Frar 2015</DATE>.</P><?PAGE NO="12"?><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>