|
5.11.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 296/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1080/2008
ta' l-4 ta' Novembru 2008
li temenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1100/2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati, għas-snin ta’ kummerċ 2006/07, 2007/08 u 2008/09, għall-ftuħ u l-amministrazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi għal zokkor mhux maħdum tal-kannamieli għar-raffinar li ġej mill-inqas pajjiżi żviluppati, kif ukoll regoli dettaljati li japplikaw għall-importazzjoni ta’ prodotti ta’ tariffa bit-titlu 1701 li joriġinaw fl-inqas pajjiżi żviluppati
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 980/2005 tas-27 ta’ Ġunju 2005 li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12(6) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament CMO Waħdieni) (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 134 flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 5(7)(d) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1100/2006 tas-17 ta’ Lulju 2006, li jistabbilixxi regoli dettaljati, għas-snin ta’ kummerċ 2006/07, 2007/08 u 2008/09, ghall-ftuħ u l-amministrazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi għal zokkor mhux maħdum tal-kannamieli għar-raffinar li ġej mill-inqas pajjiżi żviluppati, kif ukoll regoli dettaljati li japplikaw għall-importazzjoni ta’ prodotti ta’ tariffa bit-titlu 1701 li joriġinaw fl-inqas pajjiżi żviluppati (3), jillimita l-applikazzjoni għal liċenzji tal-importazzjoni ta’ zokkor minn Pajjiżi l-Inqas Żviluppati (PAŻ) għal “operaturi approvati”. |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-kunsill (KE) Nru 732/2008 tat-22 ta’ Lulju 2008 li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2011 u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 552/97, Nru 1933/2006 u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1100/2006 u (KE) Nru 964/2007 (4) (Ir-Regolament GSP) jistipula definizzjoni aktar inklussiva: “l-applikant”. Madanakollu, l-emenda li din tintroduċi se tkun applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2009, fil-bidu tal-applikazzjoni tal-perjodu l-ġdid tar-Regolament GSP, u mhux mill-bidu tas-sena ta’ kummerċ għaz-zokkor li jmiss, li tibda fil-1 ta’ Ottubru 2008. Sabiex tiġi evitata diskriminazzjoni bejn operaturi li huma lesti biex jipprovdu lis-suq, id-definizzjoni l-ġdida se taħbat mall-bidu tas-sena tas-suq taz-zokkor. Ir-Regolament (KE) Nru 1100/2006 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan. |
|
(3) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Preferenzi Ġeneralizzati, |
|
(4) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tat-Tmexxija għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 5(7)(d) tar-Regolament (KE) Nru 1100/2006, il-kliem “il-garanzija approvata tal-operatur” għandhom jinbidlu bil-kliem “il-garanzija tal-applikant”.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 4 ta’ Novembru 2008.
Għall-Kummissjoni
Catherine ASHTON
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 169, 30.6.2005, p. 1.
(2) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.