|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/5570 |
20.9.2024 |
Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni tal-approvazzjoni ta’ emenda standard tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33
(C/2024/5570)
Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).
KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD
“Curtefranca”
PDO-IT-A1042-AM02
Data tal-komunikazzjoni: 26.6.2024
DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U R-RAĠUNIJIET GĦALIHA
1. Regoli għall-vitikultura – għoli tal-vinji
Tneħħiet ir-restrizzjoni tal-għoli tal-vinji. Il-possibilità li jiġu kkultivati dwieli f’żoni aktar friski hija parti mis-sensiela globali ta’ strateġiji biex tiġi indirizzata ż-żieda ġenerali fit-temperaturi. Barra minn hekk, din tirrappreżenta konformità importanti mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ Franciacorta minħabba li ż-żewġ denominazzjonijiet jiġu prodotti fl-istess żona.
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 4.1 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u ma taffettwax id-Dokument Uniku.
2. Regoli għall-vitikultura – rendiment ta’ għeneb għal kull ettaru
Il-massimu li jista’ jintalab għall-Curtefranca abjad tbaxxa minn 11-il tunnellata għal 10 tunnellati/ettaru, biex b’hekk ikun konformi ma’ dak ta’ Franciacorta. Dan għandu diversi vantaġġi. L-ewwel vantaġġ huwa relatat mal-kwalità minħabba t-tnaqqis tal-produzzjoni u t-tieni vantaġġ huwa relatat mal-ġestjoni. B’dan il-mod, is-sistema tiġi aktar issimplifikata, speċjalment f’dak li jirrigwarda l-użu tal-eċċessi.
Din l-emenda tikkonċerna l-Artikolu 4.4 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 5.2 Rendimenti massimi tad-Dokument Uniku.
3. Regoli għall-vitikultura – kwantità ta’ għeneb dikjarata
Il-kwantità ta’ għeneb li tista’ tiġi ddikjarata għall-ewwel sentejn magħduda mill-ewwel sena ta’ produzzjoni tal-inbid wara t-tħawwil tal-vinja tnaqqset,
biex tiġi allinjata ma’ dik ta’ Franciacorta. L-ewwel sena: żero (ebda tibdil); it-tieni sena: żero (imnaqqsa minn 4,4 tunnellati/ettaru); it-tielet sena: 6 tunnellati/ettaru (introduzzjoni ġdida).
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 4.5 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u ma taffettwax id-Dokument Uniku.
4. Deskrizzjoni u preżentazzjoni
Jitqies li għandu jiġi speċifikat li l-indikazzjonijiet tal-kulur, għalkemm huma fakultattivi, meta jkunu jinsabu fl-istess kamp viżiv tal-indikazzjonijiet obbligatorji l-oħrajn, ma għandhomx ikunu fuq l-isem tad-denominazzjoni, iżda din ir-restrizzjoni għandha tapplika biss f’dan il-kuntest. Jekk ikun hemm ukoll l-hekk imsejħa “tikketta tal-immaġni”, mhux se jkun meħtieġ li tiġi ripetuta l-kundizzjoni msemmija hawn fuq. Fl-istess ħin, sabiex tiġi armonizzata l-komunikazzjoni tad-denominazzjoni fuq it-tikketta tal-immaġni, se jkun obbligatorju li d-denominazzjoni Curtefranca tiġi indikata b’ittri b’għoli minimu ta’ 3 mm.
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 7.6 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 9 – Rekwiżiti oħra applikabbli – Rekwiżiti addizzjonali tat-tikkettar – tad-Dokument Uniku.
5. Regoli għall-produzzjoni tal-inbid, Karatteristiċi tal-konsum, Deskrizzjoni u preżentazzjoni – aġġornamenti regolatorji
Ir-referenzi regolatorji fl-Artikoli 5, 6, 7 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ġew aġġornati. Dawn huma bidliet formali li ma jikkonċernawx id-Dokument Uniku.
DOKUMENT UNIKU
1. Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni
Curtefranca
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
DOP – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta
3. Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli
|
1. |
Inbid |
3.1. Kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda
|
— |
22 – XARBIET, SPIRTI U ĦALL |
|
— |
2204 – Inbid ta’ għeneb frisk, inkluż l-inbejjed imqawwija; most tal-għeneb għajr dak tal-intestatura 2009 |
4. Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed
—
1. Curtefranca aħmar u Curtefranca aħmar bl-indikazzjoni “vigna”
DESKRIZZJONI QASIRA
Kulur aħmar jgħajjat b’riflessi jleqqu lewn ir-rubini. Fil-verżjoni “vigna”, aħmar skur b’riflessi lewn ir-rummien. Riħa: karatteristika ta’ frott, xi drabi ta’ ħaxix, togħma: b’korporatura medja, xotta, ta’ nbid, armonjuża, bellusija. Fil-verżjoni “Vigna” ikollu struttura u kumplessità akbar minħabba l-maturazzjoni fl-injam u fil-flixkun. Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 11 % tal-volum (12 % tal-volum jekk bl-indikazzjoni “vigna”); Estratt minimu mingħajr zokkor: 18 g/l (20 g/l jekk bl-indikazzjoni “vigna”).
Il-parametri analitiċi l-oħrajn, li ma jidhrux fit-tabella ta’ hawn taħt, jikkonformaw mal-limiti previsti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.
Karatteristiċi analitiċi
|
— |
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) — |
|
— |
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) — |
|
— |
Aċidità totali minima 4,5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
|
— |
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) — |
|
— |
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) — |
2. Curtefranca abjad u Curtefranca abjad bl-indikazzjoni “vigna”
DESKRIZZJONI QASIRA
Kulur isfar lewn it-tiben b’riflessi fl-aħdar, aktar skur fil-verżjoni “Vigna”. Riħa: delikata, ta’ fjuri, karatteristika. Togħma: xotta u ratba, mimlija togħma, armonjuża. Fil-verżjoni “Vigna” tkun aktar qawwija u kumplessa minħabba l-maturazzjoni fl-injam u fil-flixkun. Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 11 % tal-volum (12 % tal-volum jekk bl-indikazzjoni “vigna”); Estratt minimu mingħajr zokkor: 15 g/l (17 g/l jekk bl-indikazzjoni “vigna”).
Il-parametri analitiċi l-oħrajn, li ma jidhrux fit-tabella ta’ hawn taħt, jikkonformaw mal-limiti previsti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.
Karatteristiċi analitiċi
|
— |
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) — |
|
— |
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) — |
|
— |
Aċidità totali minima 4,5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
|
— |
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) — |
|
— |
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) — |
5. Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid
5.1. Prattiki enoloġiċi speċifiċi
—
5.2. Rendimenti massimi għal kull ettaru speċifiċi użati biex isir l-inbid jew biex isiru l-inbejjed, u r-restrizzjonijiet rilevanti fuq il-produzzjoni tagħhom
|
1. |
Curtefranca aħmar
68 ettolitru għal kull ettaru |
|
2. |
Curtefranca aħmar
10 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru |
|
3. |
Curtefranca aħmar bl-indikazzjoni “vigna”
54,4 ettolitru għal kull ettaru |
|
4. |
Curtefranca aħmar bl-indikazzjoni “vigna”
8 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru |
|
5. |
Curtefranca abjad
68 ettolitru għal kull ettaru |
|
6. |
Curtefranca abjad
10 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru |
|
7. |
Curtefranca abjad bl-indikazzjoni “vigna”
61,2 ettolitru għal kull ettaru |
|
8. |
Curtefranca abjad bl-indikazzjoni “vigna”
9 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru |
6. Definizzjoni taż-żona demarkata
Iż-żona ta’ produzzjoni tal-għeneb maħsub għall-produzzjoni tal-inbejjed Curtefranca tinkludi t-territorji kollha tal-muniċipalitajiet li ġejjin: Paratico, Capriolo, Adro, Erbusco, Corte Franca, Iseo, Ome, Monticelli Brusati, Rodengo Saiano, Paderno Franciacorta, Passirano, Provaglio d’Iseo, Cellatica u Gussago, kif ukoll il-parti tat-territorju tal-muniċipalitajiet ta’ Cologne, Coccaglio, Rovato u Cazzago San Martino li tinsab fit-Tramuntana tat-toroq nazzjonali nru 573 u nru 11 u parti mit-territorju tal-muniċipalità ta’ Brescia.
7. Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid / jinkisbu l-inbejjed
Cabernet franc N. – Cabernet
Cabernet sauvignon N. – Cabernet
Carmenère N. – Cabernet nostrano
Chardonnay B.
Merlot N.
Pinot bianco B. – Pinot
Pinot nero N. – Pinot
8. Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet
Curtefranca
Curtefranca tinsab qrib il-lag Iseo u għalhekk tgawdi mill-effetti benefiċi tiegħu. Fis-sajf, il-kurrenti li jonfħu tul il-kuritur tal-wied ta’ Camonica u tal-lag itaffu s-sħana u fix-xitwa l-lag innifsu jerġa’ jarmi s-sħana li tkun akkumulat u għalhekk itaffi t-temperaturi. Mil-lat ta’ ħamrija, iż-żona ta’ produzzjoni hija eteroġenja, b’sitt żoni distinti. Id-dielja ilha tikber b’mod spontanju minn żmien il-preistorja. Dokumenti mis-sekli 9, 10 u 11, bħall-mapep ta’ istituzzjonijiet monastiċi importanti, jixhdu l-kultivazzjoni tad-dwieli mifruxa kważi ma’ kullimkien u ffaċilitata mill-kundizzjonijiet tajbin tal-klima u tal-ħamrija.
9. Rekwiżiti oħra applikabbli
Imballaġġ, tikkettar, rekwiżiti addizzjonali
Qafas ġuridiku:
Fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni
Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:
Dispożizzjonijiet addizzjonali tat-tikkettar
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
Fil-preżentazzjoni u d-deskrizzjoni tal-prodott il-kliem “bianco” (abjad) u “rosso” (aħmar) huma fakultattivi; jekk jinkitbu fil-kamp viżiv fejn jidhru
l-indikazzjonijiet obbligatorji kollha, għandhom jinkitbu eżatt taħt id-denominazzjoni “Curtefranca” u l-ispeċifikazzjoni “denominazione di origine controllata” u dejjem għandhom jinkitbu b’ittri f’tipa ta’ għoli u daqs mhux akbar minn żewġ terzi ta’ dawk użati għad-denominazzjoni.
Jekk ikun hemm tikketta tal-immaġni, huwa obbligatorju li f’din it-tikketta l-isem tad-denominazzjoni Curtefranca jiġi indikat b’ittri ta’ għoli minimu ta’ 3 millimetri u fuq l-istess tikketta tista’ tidher kwalunkwe kelma oħra mingħajr ebda restrizzjoni ta’ daqs meta mqabbla mal-isem Curtefranca.
Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott
https://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/21586
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5570/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)