Official Journal L 321 , 06/12/2003 P. 0061 - 0061
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' Diċembru 2003 dwar miżuri ta' protezzjoni kontra l-blue tongue fl-importazzjoni ta' ċerti annimali, kif ukoll il-likwidu seminali, l-ova u l-embrijoni tagħhom mill-Albanija u l-Ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u s-Serbja u l-Montenegro (notifikata bid-dokument numru K(2003) 4526) (Test b'relevanza għaż-ŻEE) (2003/845/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 fejn hemm imniżżla l-principji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-kontroll veterinarju fuq dawk l-Annimali li ser jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u jemendaw Direttiva 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE [1], b'mod partikolari l-Artikolu 18 tagħha, Billi: (1) Bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/706/EC tas-27 Settembru 2001 li tirrigwarda l-miżuri ta' protezzjoni kontra l-blue tongue fl-importazzjoni ta' ċerti annimali kif ukoll il-prodotti tagħhom li ġejjin mill-Albanija, il-Bulgarija, l-Ex Repubblika tal-Macedonja u r-Repubblika Federali tal-Jugoslavja [2], ġiet projbita l-importazzjoni, minn dawn il-pajjiżi terzi, ta' l-ispeċi kollha ta' annimali ħajjin li huma suxxettibli għall-marda tal-Blue tongue (l-annimali kollha li jixtarru), wara li kien hemm avviżi tat-tifiqigħa tal-Blue tongue. (2) Fuq il-bażi ta' l-informazzjoni riċevuta, il-Bulgarija tista' issa titqies bħala Stat liberu mill-'blue tongue'. Izda, m'hemmx tibdil fis-sitwazzjoni ta' l-Albanija, l-Ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u Serbja u Montenegro (l-ex Jugoslavja). (3) Sabiex ikun hemm kjarezza fil-liġijiet Komunitarji, Deċiżjoni Nru 2001/706/KE għandha għalhekk tiġi mħassra u din id-Deċiżjoni għandha tieħu postha. (4) Il-miżuri li ttieħdu f'din id-Deċiżjoni huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-saħħa ta' l-Annimali, ADOTTAT DIN ID-DECIZJONI: Artikolu 1 1. L-Istati Membri m'għandhomx jawtorizzaw id-dhul ta' ċerti annimali ħajjin li huma suxxettibbli għall-'blue tongue' mill-Albanija jew li jgħaddu mill-Albanija, l-Ex Repubblika tal-Maċedonja u s-Serbja u l-Montenegro. 2. L-Istati Membri ma jistgħux jawtorizzaw d-dħul ta' likwidu seminali, ova u embrijoni li huma suxxettibbli għall-'blue tongue' mill-Albanija, l-Ex Repubblika Jugoslava tal-Macedonja u s-Serbja u l-Montenegro. Artikolu 2 1. B'deroga mill-Artikolu 1(1) l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw id-dħul ta' speċi t'annimali ħajjin suxxettibbli għall-'blue tongue' li għaddew fi transitu mill-Albanija, l-Ex Repubblika Jugoslava tal-Macedonja u s-Serbja u l-Montenegro, sakemm il-'blue tongue' ma jkunx ta' perikolu għall-Istati Membri konċernati. 2. L-Istati Membri għandhom iżommu l-Kummissjoni infurmata dwar dawk il-kriterji li jintużaw biex tingħata d-deroga msemmija fil-paragrafu 1 Artikolu 3 Deċiżjoni Nru 2001/706/EC hija mħassra. Referenzi għad-deċiżjoni mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ b'effett mid-9 ta' Diċembru 2003. Artikolu 5 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fil-5 ta' Diċembru 2003. Għall-Kummissjoni David Byrne Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 268, ta’ l- 24.9.1991, pġ. 56. Id-direttiva ġiet emendata l-aħħar bid-Direttiva 96/43/EC (ĠU L 162, ta’ l- 1.7.1996, pġ. 1). [2] ĠU L 260, tat-28.9.1, pġ. 37. --------------------------------------------------