|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/2776 |
16.5.2025 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ. 11951 — VAN MOSSEL AUTOMOTIVE INTERNATIONAL / LÖHR & BECKER)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2025/2776)
1.
Fis-7 ta’ Mejju 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Van Mossel Automotive International B.V. (“Van Mossel”, in-Netherlands), |
|
— |
Löhr & Becker AG (“Löhr”, il-Ġermanja). |
Van Mossel se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll waħdieni tat-totalità ta’ Löhr.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
Van Mossel hija attiva fid-distribuzzjoni bl-ingrossa ta’ karozzi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief ġodda fin-Netherlands u fid-distribuzzjoni bl-imnut ta’ karozzi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief ġodda u użati fin-Netherlands, fil-Belġju, fi Franza, fil-Lussemburgu, fil-Ġermanja, fir-Renju Unit u fid-Danimarka. Van Mossel hija attiva wkoll fil-manutenzjoni u t-tiswija ta’ vetturi (inkluża l-provvista ta’ parts tal-karozzi tal-manifattur ta’ tagħmir oriġinali), f’lokazzjoni operazzjonali u finanzjarja, u, fil-Ġermanja, fil-provvista ta’ servizzi ta’ kiri ta’ karozzi, |
|
— |
Löhr hija attiva fil-Ġermanja fid-distribuzzjoni bl-imnut ta’ karozzi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief ġodda u użati, kif ukoll fil-manutenzjoni u t-tiswija ta’ vetturi (inkluża l-provvista ta’ parts tal-karozzi tal-manifattur tat-tagħmir oriġinali). |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.11951 — VAN MOSSEL AUTOMOTIVE INTERNATIONAL / LÖHR & BECKER
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/2776/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)