Official Journal L 261 , 14/10/2000 P. 0001 - 0002
Official Journal L 255 09/10/2000 P. 0001 - 0001
Il-pożizzjoni komuni tal-kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2000 dwar appoġġ lil FRY demokratika u t-tneħħija immedjata ta’ ċerti miżuri restrittivi (2000/599/CFSP) IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu, Billi: (1) Fil-messaġġ tiegħu lill-poplu Serb fit-18 ta’ Settembru 2000, il-Kunsill reġa’ afferma li bidla demokratika twassal għal bidla radikali fil-politika ta’ l-Unjoni Ewropea lejn ir-Repubblika Federali tal-Jugoslavja (FRY), partikolarment fiż-żona ta’ sanzjonijiet. (2) Wara l-elezzjonijiet ta’ l-24 ta’ Settembru 2000, President ġdid tar-Repubblika Federali tal-Jugoslavja kien demokratikament elett u ngħata formalment il-ġurament tal-ħatra, jiġifieri s-Sur V. Kostunica. (3) Fid-9 ta’ Ottubru 2000 il-Kunsill approva "Dikjarazzjoni dwar il-FRY", li ssemmi b’mod partikolari reviżjoni radikali tal-politika ta’ l-Unjoni Ewropea għall-FRY. (4) F’dawn iċ-ċirkostanzi, il-miżuri restrittivi kontra l-FRY għandhom jitneħħew, skond l-obbligi magħmula mill-Unjoni Ewropea. (5) Il-projbizzjoni fuq il-bejgħ u l-forniment ta’ żejt mhux maħdum u prodotti petroliferi għandha titneħħa immedjatament, kif ukoll il-projbizzjoni ta’ titjiriet kummerċjali jew privati bejn il-FRY u l-Komunitajiet Ewropej. (6) Miżuri speċifiċi restrittivi kontra s-Sur Milosevic u persuni assoċjati miegħu għandhom jinżammu. (7) L-embargo fuq esportazzjoni ta’ l-armi u l-forniment ta’ apparat li jista’ jintuża għal repressjoni jew terroriżmu intern m’hux milqut. (8) Azzjoni mill-Komunità hi meħtieġa biex jiġu implimentati xi wħud mill-miżuri msemmija hawn taħt, IDDEFINIXXA DIN IL-POŻIZZJONI KOMUNI: Artikolu 1 Il-Pożizzjoni Komuni 1999/273/CFSP tat-23 ta’ April 1999 dwar projbizzjoni fuq il-forniment u l-bejgħ ta’ żejt mhux maħdum u ta’ prodotti petroliferi lill-Repubblika Federali tal-Jugoslavja [1] għandha tiġi mħassra. Artikolu 2 L-Artikolu 4 tal-Pożizzjoni Komuni 1999/318/CFSP ta’ l-10 ta’ Mejju 1999 dwar miżuri restrittivi addizzjonali kontra r-Repubblika Fedrali tal-Jugoslavja [2] għandu jiġi mħassar. Artikolu 3 Il-Posizzjonijiet Komuni mniżżla hawn taħt: - Il-Pożizzjoni Komuni 1998/240/CFSP tad-19 Marzu 1998 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Federali tal-Jugoslavja [3], bl-eċċezzjoni ta’ l-Artikoli 1 u 2 tagħha, - Il-Pożizzjoni Komuni 1998/326/CFSP tas-7 ta’ Mejju 1998 dwar il-friża ta’ fondi miżmuma barra mill-Gvernijiet tar-Repubblika Federali tal-Jugoslavja u tas-Serbja [4], - Il-Pożizzjoni Komuni 1998/374/CFSP tat-8 ta’ Ġunju 1998 dwar il-projbizzjoni ta’ investiment ġdid fis-Serbja [5], - Il-Pożizzjoni Komuni 1999/318/CFSP ta’ l-10 ta’ Mejju dwar miżuri restrittivi addizjonali kontra r-Repubblika Federali tal-Jugoslavja [6], se jkunu riveduti biex jinżammu biss dawk id-disposizzjonijiet restrittivi maħsuba kontra s-Sur Milosevic u persuni assoċjati miegħu. Artikolu 4 Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata ta’ l-adozzjoni tagħha. Artikolu 5 Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tiġi ppublikata fil-Ġurnal Uffiċjali [7]. Magħmul fil-Lussemburgu, 9 ta’ Ottubru 2000. Għall-Kunsill Il-President H. Védrine [1] ĠU L 108, tas-27.4.1999, pġ. 1. [2] ĠU L 123, tat-13.5.1999, pġ. 1. [3] ĠU L 95, tas-27.3.1998, pġ. 1. [4] ĠU L 143 ta’ l-14.5.1998, pġ. 1. [5] ĠU L 165, ta’ l-10.6.1998, pġ. 1. [6] ĠU L 123, tat-13.5.1999, pġ. 1. [7] Din il-Pożizzjoni Komuni diġà ġiet ippubblikata (Ara ĠU L 255, tad-9.10.2000, pġ. 1). --------------------------------------------------