|
28.5.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 201/11 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10281 — Astorg/Cobepa/Corsearch)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 201/10)
1.
Fis-17 ta’ Mejju 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Astorg Asset Management S.a.r.l. (“Astorg”, il-Lussemburgu) |
|
— |
Cobepa SA (“Cobepa”, il-Belġju) |
|
— |
Corsearch US Holdings, Inc. (“Corsearch”, l-Istati Uniti tal-Amerka). |
Astorg u Cobepa jakkwistaw, fis-sens tal-Artikoli 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Corsearch.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Astorg: ditta ta’ ekwità privata li tfittex li tissieħeb f’timijiet ta’ ġestjoni intraprenditorjali biex takkwista kumpaniji globali u biex toġloq vlaur billi tipprovdi gwida strateġika, governanza b’esperjenza u kapital adegwat, |
|
— |
Cobepa: kumpanija ta’ investiment b’azzjonisti privati ċċentrata fuq investiment ta’ tkabbir tal-kapital u fuq akkwisti ta’ xiri u li prinċipalment tfittex opportunitajiet ta’ investiment fl-Ewropa u fl-Amerka ta’ Fuq, |
|
— |
Corsearch: data, analitika u servizzi li jappoġġaw marki tad-ditta biex jikkummerċjalizzaw l-assi tagħhom u jnaqqsu r-riskji kummerċjali kif ukoll appoġġ għall-approvazzjoni tal-marki tad-ditta u l-protezzjoni ta’ marki tad-ditta. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10281 – Astorg/Cobepa/Corsearch
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz tal-posta:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).