<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑177/15</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62015CJ0177</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:888">EU:C:2016:888</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>10</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>10</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20161123">23.11.2016</DATE> – KAWŻA C-177/15</P><P>NELSONS</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tielet Awla)</P><P><DATE ISO="20161123">23 ta’ Novembru 2016</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Informazzjoni u protezzjoni tal-konsumaturi</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 1924/2006</KEYWORD><KEYWORD>Indikazzjonijiet nutrittivi u ta’ saħħa li jirrigwardaw il-prodotti tal-ikel</KEYWORD><KEYWORD>Miżuri tranżitorji</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 28(2)</KEYWORD><KEYWORD>Prodotti li kellhom trade mark jew marka tad-ditta eżistenti qabel l-<DATE ISO="20050101">1 ta’ Jannar 2005</DATE></KEYWORD><KEYWORD>Preparazzjonijiet abbażi tal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>fjuri ta’ Bach<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Trade mark tal-Unjoni Ewropea RESCUE</KEYWORD><KEYWORD>Prodotti kkummerċjalizzati bħala mediċini qabel l-<DATE ISO="20050101">1 ta’ Jannar 2005</DATE> u bħala prodotti tal-ikel wara din id-data</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-177/15,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari taħt l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Bundesgerichtshof (qorti federali tal-ġustizzja, il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20150312">12 ta’ Marzu 2015</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil-<DATE ISO="20150421">21 ta’ April 2015</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Nelsons GmbH</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Ayonnax Nutripharm GmbH,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Bachblütentreff Ltd,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),</P><P>komposta minn L. Bay Larsen, President tal-Awla, M. Vilaras, J. Malenovský, M. Safjan (Relatur) u D. Šváby, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Bobek,</P><P>Reġistratur: M. Aleksejev, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tas-<DATE ISO="20160406">6 ta’ April 2016</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal Nelsons GmbH, minn T. Salomon, B. Goebel u C. Alpers, Rechtsanwälte,</P></ITEM><ITEM><P>għal Ayonnax Nutripharm GmbH u Bachblütentreff Ltd, minn B. Ackermann, Rechtsanwältin,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Elleniku, minn A. Dimitrakopoulou, K. Karavasili, P. Paraskevopoulou, K. Nassopoulou u S. Lekkou, bħala aġenti,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn S. Grünheid, bħala aġent,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat‑<DATE ISO="20160622">22 ta’ Ġunju 2016</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 4(3), tal-Artikolu 5(1)(a), tal-Artikolu 6(1), tal-Artikolu 10(3), kif ukoll tal-Artikolu 28(2), tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20061220">20 ta’ Diċembru 2006</DATE>, dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="404" PAGE.FIRST="9" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 404, p. 9</REF.DOC.OJ>, u r-rettifika <REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="012" PAGE.FIRST="3" DATE.PUB="2007">ĠU 2007, L 12, p. 3</REF.DOC.OJ>), kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 107/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20080115">15 ta’ Jannar 2008</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="039" PAGE.FIRST="8" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, L 39, p. 8</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Regolament Nru 1924/2006<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn Nelsons GmbH u Ayonnax Nutripharm GmbH, kumpannija stabbilita fil-Ġermanja, minn naħa, u Bachblütentreff Ltd, kumpannija stabbilita fir-Renju Unit, fir-rigward ta’ preparazzjonijiet abbażi ta’ fjuri, ikkummerċjalizzati minn Nelsons taħt it-trade mark tal-Unjoni Ewropea RESCUE.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest legali</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20020128">28 ta’ Jannar 2002</DATE>, li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 463), intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Definizzjoni ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>ikel<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="2019" ID="QE0004"/><QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>ikel<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> (jew <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>oġġetti ta’ l-ikel<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>) tfisser kull sustanza jew prodott, sew jekk ipproċessat, parzjalment ipproċessat jew mhux ipproċessat, maħsub li jkun, jew raġonevolment mistenni li jittiekel mill-bniedem.</ALINEA><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Ikel<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> tinkludi xorb, chewing gum u kull sustanza oħra, inkluż ilma, intenzjonalment inkorporati fl-ikel matul il-manifattura tiegħu, tħejjija jew trattament. […]</ALINEA><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Ikel<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> m’għandux jinkludi:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>prodotti mediċinali skond it-tifsira tad-Direttivi tal-Kunsill 65/65/KEE [, tas-<DATE ISO="19650126">26 ta’ Jannar 1965</DATE>, dwar l-approssimazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi, dwar l-ispeċjalitajiet farmaċewtiċi (<REF.DOC.OJ COLL="P" NO.OJ="022" PAGE.FIRST="369" DATE.PUB="1965">ĠU 1965, 22, p. 369</REF.DOC.OJ>)] u 92/73/KEE [, tat-<DATE ISO="19920922">22 ta’ Settembru 1992</DATE>, li twessa’ l-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttivi 65/65/KEE u 75/319/KEE dwar l-approssimazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-mediċini u li tiffissa dispożizzjonijiet kumplimentari għall-mediċini omeopatiċi (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="297" PAGE.FIRST="8" DATE.PUB="1992">ĠU 1992, L 297, p. 8</REF.DOC.OJ>)];</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Ir-Regolament Nru 1924/2006</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont il-premessi 1 u 4 tar-Regolament Nru 1924/2006:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>(1)</NO.P><TXT>Numru dejjem jikber ta’ ikel li qed jiġi ttikkettat u rriklamat [fl-Unjoni] qed ikollu indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa. Sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni għall-konsumaturi u biex tiġi ffaċilitata l-għażla tagħhom, il-prodotti li jitqiegħdu fis-suq inklużi dawk importati, għandhom ikunu siguri u ttikkettati b’mod xieraq. Dieta varjata u bbilanċjata hija prerekwiżit għas-saħħa u prodotti individwali għandhom importanza relattiva fil-kuntest tad-dieta kollha.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(4)</NO.P><TXT>Dan ir-Regolament għandu japplika għall-indikazzjonijiet kollha dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa magħmula f’komunikazzjonijiet kummerċjali, inklużi inter alia, reklamar ġeneriku ta’ l-ikel u kampanji promozzjonali, bħal dawk appoġġati totalment jew parzjalment mill-awtoritajiet pubbliċi. Huwa m’għandux japplika għal indikazzjonijiet li jsiru f’komunikazzjonijiet mhux kummerċjali, bħal linji gwida dwar dieta jew pariri maħruġa mill-awtoritajiet u l-korpi tas-saħħa pubblika, jew komunikazzjonijiet u informazzjoni mhux kummerċjali fil-ġurnali u f’pubblikazzjonijiet xjentifiċi. Dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għal trade-marks u marki oħrajn tad-ditta li jistgħu jinftiehmu bħala indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Dan ir-Regolament jarmonizza d-disposizzjonijiet stipulati b’liġi, regolament jew azzjoni amministrattiva fl-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa sabiex ikun żgurat il-funzjonament effettiv tas-suq intern filwaqt li jkun provdut livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Dan ir-Regolament għandu japplika għal indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa magħmula f’komunikazzjonijiet kummerċjali, kemm fl-ittikkettjar, il-preżentazzjoni jew ir-reklamar ta’ ikel li għandu jkun imwassal bħala tali lill-konsumatur aħħari.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Trade mark, marka ta’ ditta jew isem ornamentali li jidher fl-ittikkettjar, il-preżentazzjoni jew ir-riklamar ta’ xi ikel li jistgħu jinftiehmu bħala indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa jistgħu jintużaw mingħajr ma jgħaddu mill-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni previsti minn dan ir-Regolament, kemm-il darba jkunu akkumpanjati minn indikazzjoni relatata dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa f’dik it-tikketta, il-preżentazzjoni jew ir-reklamar li tikkonforma mad-disposizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tal-imsemmi regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Definizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>id-definizzjonijiet ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>ikel<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>operatur ta’ negozju ta’ l-ikel<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>tqegħid fis-suq<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, u <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>konsumatur finali<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> stabbilita fl-Artikoli 2, 3(3), 3(8) u 3(18) tar-Regolament [Nru 178/2002] għandhom japplikaw;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P></ALINEA></PARAG><?PAGE NO="4"?><PARAG IDENTIFIER="002.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw ukoll:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>indikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> tfisser kull messaġġ jew rappreżentazzjoni, li mhix obbligatorja skond il-leġislazzjoni Komunitarja jew nazzjonali, inklużi rappreżentazzjonijiet bi stampi, grafiċi jew simboliċi, f’kull forma, li jiddikjaraw, jissuġġerixxu jew jimplikaw li xi ikel għandu karetteristiċi partikolari;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>5)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>indikazzjoni dwar is-saħħa<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> tfisser kull indikazzjoni li tiddikjara, tissuġġerixxi jew timplika li teżisti relazzjoni bejn kategorija ta’ ikel, xi ikel jew wieħed mill-kostitwenti tiegħu u s-saħħa;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tal-istess regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>Kondizzjonijiet għall-użu ta’ indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, jipprovdi, fil-paragrafu 3 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>Xorb li jkun fih iktar minn 1,2 % fil-volum ta’ alkoħol ma għandux ikollu indikazzjonijiet dwar is-saħħa.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 1924/2006, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>Kondizzjonijiet ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, jinkludi l-paragrafu (1) li jgħid kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>L-użu ta’ indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa għandhom ikunu permessi biss jekk il-kondizzjonijiet li ġejjin ikunu sodisfatti:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>ikun muri li l-preżenza, in-nuqqas jew il-kontenut imnaqqas f’ikel jew f’kategorija ta’ ikel ta’ nutrijent jew sustanza oħra li fir-rigward tagħhom tkun saret l-indikazzjoni għandhom effett nutrittiv jew fiżjoloġiku ta’ benefiċċju, kif stabbilit minn evidenza xjentifika b’mod ġenerali;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>in-nutrijent jew sustanza oħra li fir-rigward tagħhom tkun saret l-indikazzjoni:</TXT><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>(i)</NO.P><TXT>ikunu jinsabu fil-prodott finali fi kwantità sinifikanti kif definit mil-leġislazzjoni Komunitarja jew, fejn tali regoli ma jeżistux, fi kwantità li tipproduċi l-effett nutrittiv jew fiżjoloġiku mistqarr kif stabbilit minn evidenza xjentifika aċċettata b’mod ġenerali […]</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>Sostanzjament xjentifiku għall-indikazzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, jipprovdi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>Indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa għandhom ikunu bbażati u ssostanzjati minn evidenza xjentifika aċċettata b’mod ġenerali.<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 10 tar-regolament imsemmi, dwar l-indikazzjonijiet dwar is-saħħa u intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>Kondizzjonijiet speċifiċi<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, jistabbilixxi, fil-paragrafi 1 u 3 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="010.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Indikazzjonijiet dwar is-saħħa għandhom ikunu projbiti sakemm ma jkunux konformi mal-ħtiġijiet ġenerali tal-Kapitolu II u l-ħtiġijiet speċifiċi ta’ dan il-Kapitolu u jkunu awtorizzati skond dan ir-Regolament u inklużi fil-listi ta’ indikazzjonijiet awtorizzati previsti fl-Artikoli 13 u 14.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><?PAGE NO="5"?><PARAG IDENTIFIER="010.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Referenza għal benefiċċji ġenerali u mhux speċifiċi tan-nutrijent jew ikel għal saħħa tajba globali jew benesseri relatat mas-saħħa tista’ ssir biss jekk tkun akkumpanjata minn indikazzjoni speċifika dwar is-saħħa mniżżla fil-listi previsti fl-Artikoli 13 jew 14.<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 28 tal-istess regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>Miżuri transitorji<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>, jipprovdi fil-paragrafu 2 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>Prodotti li jġibu trade marks jew marki tad-ditta li jkunu diġà jeżistu qabel l-<DATE ISO="20050101">1 ta’ Jannar 2005</DATE> u li ma jkunux konformi ma’ dan ir-Regolament jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq sa <DATE ISO="20220119">19 ta’ Jannar 2022</DATE>, wara liema terminu ta’ żmien għandhom japplikaw id-disposizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Ġermaniż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 3(1) tal-Gesetz gegen den unlauteren Wettbewerb (liġi dwar il-kompetizzjoni żleali), fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-kawża prinċipali (BGBl. 2010 I, p. 254, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>UWG<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>):</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>Prattiki kummerċjali żleali huma illegali meta jkunu jistgħu jaffettwaw b’mod sinjifikattiv l-interessi tal-kompetituri, tal-konsumaturi jew ta’ operaturi tas-suq oħra.<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tal-UWG jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>Eżempji ta’ prattiki kummerċjali żleali</P><P>Iwettaq att ta’ kompetizzjoni żleali, b’mod partikolari, kull min</P><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>11.</NO.P><TXT>jikser dispożizzjoni legali li hija, fost oħrajn, intiża li tirregola l-aġir fis-suq fl-interess tal-operaturi tas-suq.<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>L-ewwel sentenza tal-Artikolu 8(1) tal-UWG tipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>Azzjoni għat-tneħħija tal-istat ta’ fatt illegali jew, fil-każ ta’ riskju ta’ reċedività, azzjoni għall-ħruġ ta’ mandat ta’ inibizzjoni tista’ titressaq kontra kull min iwettaq att kummerċjali illegali fis-sens tal-Artikoli 3 u 7.<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">It-tilwima fil-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Nelsons tqiegħed fis-suq fil-Ġermanja, permezz ta’ spiżeriji, rimedji bbażati fuq il-fjuri, imsejħa l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>fjuri Bach<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>. Fost dawn il-preparazzjonijiet hemm il-prodotti komunement imsejħa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>RESCUE<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>, li għandhom id-denominazzjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>spirtu<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> u għandhom kontenut ta’ 27 % ta’ alkoħol bil-volum.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Dawn il-preparazzjonijiet jinbiegħu fi fliexken dropper ta’ 10 jew 20 ml, u fi sprays (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>preparazzjonijiet inkwistjoni fil-kawża prinċipali<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>). L-imballaġġ tagħhom jinkludi rispettivament l-indikazzjonijiet segwenti fir-rigward tad-dożaġġ:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>ORIGINAL RESCUE TROPFEN [TAQTIR RESCUE ORIĠINALI]</P><P>għandhom jittieħdu 4 qatriet tal-likwidu mħallta ma’ tazza ilma li jinxtarbu diversi drabi matul il-ġurnata, jew, skont il-bżonn, 4 qatriet mhux imħallta;<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/></P><P>u</P><?PAGE NO="6"?><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0040" ID="QS0040"/>RESCUE NIGHT SPRAY [SPRAY GĦAL-LEJL RESCUE]</P><P>2 sprays fuq l-ilsien.<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li, qabel l-<DATE ISO="20050101">1 ta’ Jannar 2005</DATE>, Nelsons kienet tikkummerċjalizza l-preparazzjonijiet inkwistjoni fil-kawża prinċipali fil-Ġermanja bħala prodott mediċinali, taħt it-trade mark tal-Unjoni Ewropea RESCUE, li dak iż-żmien kienet irreġistrata għal prodotti mediċinali. Matul l‑2007, Nelsons irreġistrat ukoll <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0041" ID="QS0041"/>RESCUE<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/> bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea għall-prodotti tal-ikel.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mill-fajl ippreżentat lill-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li, b’sentenza tal-<DATE ISO="20080221">21 ta’ Frar 2008</DATE>, il-Hanseatisches Oberlandesgericht Hamburg (qorti reġjonali superjuri ta’ Hamburg, il-Ġermanja) ikkunsidrat li preparazzjonijiet abbażi ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0042" ID="QS0042"/>fjuri ta’ Bach<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/> ma kinux jikkostitwixxu mediċini, iżda prodotti tal-ikel. B’riżultat ta’ din is-sentenza, Nelsons, li ma kinitx parti fit-tilwima f’din il-kawża, bdiet il-kummerċjalizzazzjoni, fil-Ġermanja, tal-preparazzjonijiet inkwistjoni fil-kawża prinċipali, mingħajr ma mmodifikathom iżda ma baqgħetx tbigħhom bħala mediċini, iżda bħala prodotti tal-ikel.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Ayonnax Nutripharm u Bachblütentreff, li huma wkoll kienu jikkummerċjalizzaw prodotti abbażi tal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0043" ID="QS0043"/>fjuri ta’ Bach<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/> fil-Ġermanja, ippreżentaw rikors quddiem il-Landgericht München I (qorti reġjonali ta’ Munich I, il-Ġermanja) fejn talbu, b’mod prinċipali, projbizzjoni ġenerali ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ preparazzjonijiet abbażi ta’ tali fjuri minn Nelsons minħabba n-nuqqas ta’ awtorizzazzjoni jew ta’ reġistrazzjoni ta’ dawn il-preparazzjonijiet skont il-leġiżlazzjoni dwar il-mediċini.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Sussidjarjament, Ayonnax Nutripharm u Bachblütentreff poġġew indiskussjoni diversi messaġġi pubbliċitarji ta’ Nelsons u l-mod li bih din ippreżentat il-preparazzjonijiet inkwistjoni fil-kawża prinċipali fis-suq Ġermaniż. Skont dawn il-kumpanniji, Nelsons irreklamat xarbiet alkoħoliċi fejn sostniet jew effetti ta’ benefiċċju fuq l-istat ta’ saħħa jew in-nuqqas ta’ riskji għas-saħħa, liema ċirkustanzi jikkostitwixxu atti ta’ kompetizzjoni żleali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>B’sentenza tal-<DATE ISO="20110920">20 ta’ Settembru 2011</DATE>, il-Landgericht München I (qorti reġjonali ta’ Munich I) ordnat lil Nelsons sabiex tieqaf tuża ċerti messaġġi pubbliċitarji li jinkludu t-termini <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0044" ID="QS0044"/>fjuri ta’ Bach<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/> u ċaħdet ir-rikors għall-bqija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Ayonnax Nutripharm u Bachblütentreff appellaw minn din is-sentenza quddiem l-Oberlandesgericht München (qorti reġjonali superjuri ta’ Munich, il-Ġermanja). B’sentenza tal-<DATE ISO="20130131">31 ta’ Jannar 2013</DATE>, il-qorti msemmija qieset li dawn il-kumpanniji kienu fondati li jiksbu, abbażi tal-Artikolu 3(1), tal-punt 11 tal-Artikolu 4, u tal-Artikolu 8(1) tal-UWG, it-terminazzjoni tal-prattiki kummerċjali ta’ Nelsons f’dak li jikkonċerna l-preparazzjonijiet inkwistjoni fil-kawża prinċipali, minħabba li l-promozzjoni u d-distribuzzjoni ta’ dawn il-preparazzjonijiet kienu jiksru l-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1924/2006.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Nelsons ippreżentat rikors għal reviżjoni kontra din is-sentenza quddiem il-qorti tar-rinviju, il-Bundesgerichtshof (qorti federali tal-ġustizzja, il-Ġermanja).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Din il-qorti tindika b’mod partikolari li, skont hi, it-termini <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0045" ID="QS0045"/>RESCUE TROPFEN<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/> u <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0046" ID="QS0046"/>RESCUE NIGHT SPRAY<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/> jikkostitwixxu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0047" ID="QS0047"/>stqarrijiet dwar l-effetti fuq is-saħħa<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/>, skont l-Artikolu 2(2)(5) tar-Regolament Nru 1924/2006. Fil-fatt, il-pubbliku kkonċernat, illum familjari mal-lingwa Ingliża, jaf it-tifsira ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0048" ID="QS0048"/>RESCUE<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/>, terminu li mal-konsumaturi kkonċernati jinvoka l-impressjoni li l-użu tal-prodotti inkwistjoni fil-kawża prinċipali huwa xieraq biex <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0049" ID="QS0049"/>jiġu salvati<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/> meta jkollhom xi problemi tas-saħħa. B’hekk teżisti relazzjoni bejn it-termini <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0050" ID="QS0050"/>RESCUE TROPFEN<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/> u <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0051" ID="QS0051"/>RESCUE NIGHT SPRAY<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/>, minn naħa, u titjib fl-istat ta’ saħħa min-naħa l-oħra.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, skont il-qorti tar-rinviju, it-termini <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0052" ID="QS0052"/>RESCUE TROPFEN<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/> u <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0053" ID="QS0053"/>RESCUE NIGHT SPRAY<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/> jirreferu għal <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0054" ID="QS0054"/>benefiċċji ġenerali u mhux speċifiċi tan-nutrijent jew ikel għal saħħa tajba globali jew benesseri relatat mas-saħħa<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/>, skont l-Artikolu 10(3) tar-Regolament Nru 1924/2006. Għalhekk, tqum il-kwistjoni jekk ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5(1)(a) u fl-Artikolu 6(1) tar-regolament imsemmi għandhomx jiġu osservati għal indikazzjoni dwar is-saħħa bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Finalment, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk l-Artikolu 28(2) tar-Regolament Nru 1924/2006 japplikax meta prodott ikun ġie kkummerċjalizzat qabel l-<DATE ISO="20050101">1 ta’ Jannar 2005</DATE>, mhux bħala prodott tal-ikel iżda bħala prodott mediċinali, bil-konsegwenza li d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-regolament ma japplikawx għall-preparazzjonijiet inkwistjoni fil-kawża prinċipali matul il-perijodu tranżitorju previst f’din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Bundesgerichtshof (qorti federali tal-ġustizzja) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0055" ID="QS0055"/>1)</NO.P><TXT>Likwidi li jinbiegħu fi spiżeriji fi flixkien b’qattara u fi sprays b’volum ta’ 10 ml jew ta’ 20 ml, deskritti bħala spirti li għandhom kontenut ta’ alkoħol ta’ 27 % ta’ volum, huma xorb li għandu iktar minn 1.2 % ta’ volum ta’ alkoħol fis-sens tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 meta, skont l-indikazzjonijiet tad-dożaġġ fuq l-imballaġġ tagħhom,</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>għandhom jittieħdu erba’ qatriet tal-likwidu mħallta ma’ tazza ilma li jinxtarbu diversi drabi fil-ġurnata, jew skont il-bżonn, erba’ qatriet waħedhom;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>il-likwidu mibjugħ bħala spray għandu jiġi applikat darbtejn fuq l-ilsien?</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Fil-każ li d-domandi 1a u 1b jingħataw risposta fin-negattiv:</TXT><P>Il-provi fis-sens tal-Artikolu 5(1)(a) u tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru°1924/2006 għandhom ukoll ikunu preżenti fil-każ ta’ riferimenti għal benefiċċji ġenerali u mhux speċifiċi, fis-sens tal-Artikolu 10(3) tal-imsemmi regolament?</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>L-ewwel nofs tas-sentenza tal-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru°1924/2006 tapplika jekk, qabel l-<DATE ISO="20050101">1 ta’ Jannar 2005</DATE>, il-prodott inkwistjoni ma kienx ikkummerċjalizzat bħala prodott tal-ikel iżda bħala prodott mediċinali?<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet domanda</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet domanda tagħha, li għandha tiġi eżaminata fl-ewwel lok, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-ewwel sentenza tal-Artikolu 28(2) tar-Regolament Nru 1924/2006 għandhiex tiġi interpretata fis-sens li din id-dispożizzjoni tapplika fis-sitwazzjoni fejn prodott li kellu trade mark jew marka tad-ditta kien, qabel l-<DATE ISO="20050101">1 ta’ Jannar 2005</DATE>, ikkummerċjalizzat bħala prodott mediċinali u wara, filwaqt li kellu l-istess karatteristiċi u li kellu l-istess trade mark jew marka tad-ditta, bħala prodott tal-ikel wara din id-data.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 28(2) tar-Regolament Nru 1924/2006, il-prodotti li għandhom trade mark jew marka tad-ditta eżistenti qabel l‑<DATE ISO="20050101">1 ta’ Jannar 2005</DATE> u li ma humiex konformi mal-imsemmi regolament jistgħu jkomplu jiġu kkummerċjalizzati sad‑<DATE ISO="20220119">19 ta’ Jannar 2022</DATE>, fejn id-dispożizzjonijiet tal-imsemmi regolament ikunu japplikaw għalihom wara din id-data.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>B’hekk, din id-dispożizzjoni tikkostitwixxi miżura tranżitorja li tidderoga mill-Artikolu 1(3) tar-Regolament Nru 1924/2006, li jgħid li trade mark, marka ta’ ditta jew isem ornamentali li jidher fl-ittikkettjar, il-preżentazzjoni jew ir-riklamar ta’ xi ikel li jistgħu jinftiehmu bħala indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa jistgħu jintużaw mingħajr ma jgħaddu mill-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni previsti minn dan ir-Regolament, kemm-il darba jkunu akkumpanjati minn indikazzjoni relatata dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa f’dik it-tikketta, il-preżentazzjoni jew ir-reklamar li tikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-Artikolu 28(2) tar-Regolament Nru 1924/2006 jirreferi għall-prodotti tal-ikel li għandhom trade mark jew marka tad-ditta li għandhom jiġu kkunsidrati bħala indikazzjoni nutrizzjonali jew dwar is-saħħa fis-sens ta’ dan ir-regolament (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130718">18 ta’ Lulju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Green – Swan Pharmaceuticals CR</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-299/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:501">EU:C:2013:501</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li, qabel l-<DATE ISO="20050101">1 ta’ Jannar 2005</DATE>, Nelsons kienet diġà tikkummerċjalizza l-preparazzjonijiet inkwistjoni fil-kawża prinċipali bħala prodott mediċinali, taħt it-trade mark tal-Unjoni Ewropea RESCUE, li dak iż-żmien kienet irreġistrata għal prodotti mediċinali. Matul l‑2007, Nelsons irreġistrat ukoll <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0056" ID="QS0056"/>RESCUE<QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/> bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea għall-prodotti tal-ikel.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Permezz ta’ sentenza adottata matul l-2008, hekk kif ġie ppreċiżat fil-punt 18 ta’ din is-sentenza, qorti Ġermaniża kkunsidrat li preparazzjonijiet abbażi ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0057" ID="QS0057"/>fjuri ta’ Bach<QUOT.END REF.START="QS0057" CODE="201D" ID="QE0057"/> ma kinux jikkostitwixxu mediċini, iżda prodotti tal-ikel.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>B’riżultat ta’ din is-sentenza, Nelsons bdiet il-kummerċjalizzazzjoni, fil-Ġermanja, tal-preparazzjonijiet inkwistjoni fil-kawża prinċipali bħala prodotti tal-ikel, madankollu mingħajr ma din il-bidla ma kienet akkumpanjata minn bidla f’dawn il-preparazzjonijiet. Konsegwentement, hekk kif irrilevat il-qorti tar-rinviju, fir-rigward tas-sitwazzjoni eżistenti fil-ġurnata kkunsidrata fl-Artikolu 28(2) tar-Regolament Nru 1924/2006, jiġifieri lejliet l-<DATE ISO="20050101">1 ta’ Jannar 2005</DATE>, kienet biss il-kwalifika legali tal-preparazzjonijiet inkwistjoni li nbidlet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fid-deċiżjoni tagħha, il-qorti tar-rinviju tindika li hija tqis li t-termini <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0058" ID="QS0058"/>RESCUE TROPFEN<QUOT.END REF.START="QS0058" CODE="201D" ID="QE0058"/> u <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0059" ID="QS0059"/>RESCUE NIGHT SPRAY<QUOT.END REF.START="QS0059" CODE="201D" ID="QE0059"/> huma stqarrijiet dwar l-effetti fuq is-saħħa, skont l-Artikolu 2(2)(5) tar-Regolament Nru 1924/2006, u li RESCUE tikkostitwixxi trade mark jew marka tad-ditta, skont l-Artikolu 28(2) ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Għalhekk, tqum il-kwistjoni jekk preparazzjonijiet bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li ġew ikkummerċjalizzati qabel l-<DATE ISO="20050101">1 ta’ Jannar 2005</DATE> bħala prodotti mediċinali u sussegwentement, wara din id-data, bħala prodotti tal-ikel jikkostitwixxux <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0060" ID="QS0060"/>prodotti<QUOT.END REF.START="QS0060" CODE="201D" ID="QE0060"/>, fis-sens tal-Artikolu 28(2) tal-imsemmi regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li t-terminu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0061" ID="QS0061"/>prodotti<QUOT.END REF.START="QS0061" CODE="201D" ID="QE0061"/>, skont din id-dispożizzjoni, għandu jiġi interpretat bħala li jirreferi għall-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0062" ID="QS0062"/>prodotti tal-ikel<QUOT.END REF.START="QS0062" CODE="201D" ID="QE0062"/>, fis-sens tar-Regolament Nru 1924/2006.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Fil-fatt, minn naħa, dan ir-regolament, kif iħabbar it-titolu tiegħu, jirrigwarda l-indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel. Min-naħa l-oħra, mill-premessa 1 u mill-Artikolu 5(1)(b)(i) tal-istess regolament jirriżulta b’mod partikolari li dan tal-aħħar ma jagħmilx distinzjoni espressa bejn il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0063" ID="QS0063"/>prodotti tal-ikel<QUOT.END REF.START="QS0063" CODE="201D" ID="QE0063"/> u l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0064" ID="QS0064"/>prodotti<QUOT.END REF.START="QS0064" CODE="201D" ID="QE0064"/>, peress li dawn iż-żewġ termini jintużaw bħala sinonimi.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-Artikolu 28(2) tar-Regolament Nru 1924/2006 għandu jiġi interpretat fis-sens li jirreferi biss għall-prodotti tal-ikel li għandhom trade mark jew marka tad-ditta li għandhom jiġu kkunsidrati bħala indikazzjoni nutrizzjonali jew dwar is-saħħa fis-sens ta’ dan ir-regolament (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130718">18 ta’ Lulju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Green – Swan Pharmaceuticals CR</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-299/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:501">EU:C:2013:501</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>F’dan il-każ, skont Ayonnax Nutripharm u Bachblütentreff, il-Gvern Elleniku kif ukoll il-Kummissjoni Ewropea, peress li l-preparazzjonijiet inkwistjoni fil-kawża prinċipali ġew ikkummerċjalizzati bħala prodotti mediċinali qabel l-<DATE ISO="20050101">1 ta’ Jannar 2005</DATE>, u mhux bħala prodotti tal-ikel, dawn ma jistgħux jidħlu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 28(2) tar-Regolament Nru 1924/2006.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li, skont l-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 178/2002, li jirreferi għalih l-Artikolu 2(1)(a) tar-Regolament Nru 1924/2006 għad-definizzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0065" ID="QS0065"/>prodotti tal-ikel<QUOT.END REF.START="QS0065" CODE="201D" ID="QE0065"/>, din ma tkoprix lill-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0066" ID="QS0066"/>prodotti mediċinali<QUOT.END REF.START="QS0066" CODE="201D" ID="QE0066"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Għalhekk, il-preparazzjonijiet inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li l-kompożizzjoni tagħhom ma nbidlitx, ma jistgħux ikunu jew kienu, fl-istess ħin, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0067" ID="QS0067"/>prodotti tal-ikel<QUOT.END REF.START="QS0067" CODE="201D" ID="QE0067"/> u <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0068" ID="QS0068"/>prodotti mediċinali<QUOT.END REF.START="QS0068" CODE="201D" ID="QE0068"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Għaldaqstant, hekk kif essenzjalment irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 87 tal-konklużjonijiet tiegħu, jekk il-preparazzjonijiet inkwistjoni fil-kawża prinċipali kienu jikkostitwixxu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0069" ID="QS0069"/>prodotti mediċinali<QUOT.END REF.START="QS0069" CODE="201D" ID="QE0069"/>, dawn ma jistgħux jidħlu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 1924/2006.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Madankollu, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-Qorti tal-Ġustizzja qed tiġi mistoqsija fuq ipoteżi differenti, li fiha l-preparazzjonijiet imsemmija huma ppreżentati bħala li kienu oġġettivament jikkostitwixxu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0070" ID="QS0070"/>prodotti tal-ikel<QUOT.END REF.START="QS0070" CODE="201D" ID="QE0070"/>, fis-sens ta’ dan ir-regolament, kemm matul il-perijodu rilevanti fir-rigward tal-Artikolu 28(2) tar-regolament imsemmi, jiġifieri qabel l-<DATE ISO="20050101">1 ta’ Jannar 2005</DATE>, kif ukoll issa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-preparazzjonijiet inkwistjoni fil-kawża prinċipali għandhom, hekk kif jirriżulta mill-punt 39 ta’ din is-sentenza, jiġu kkwalifikati bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0071" ID="QS0071"/>prodotti<QUOT.END REF.START="QS0071" CODE="201D" ID="QE0071"/>, fis-sens tal-Artikolu 28(2) tar-Regolament Nru 1924/2006.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Issa, din id-dispożizzjoni tapplika biss għall-prodotti li kellhom trade mark jew marka tad-ditta <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0072" ID="QS0072"/>eżistenti<QUOT.END REF.START="QS0072" CODE="201D" ID="QE0072"/> qabel l-<DATE ISO="20050101">1 ta’ Jannar 2005</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kliem tad-dispożizzjoni msemmija, it-terminu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0073" ID="QS0073"/>eżistenti<QUOT.END REF.START="QS0073" CODE="201D" ID="QE0073"/> għandu jinftiehem fis-sens li dawn il-prodotti, qabel din id-data, diġà kellu jkollhom l-istess karatteristiċi materjali u jkollhom l-istess trade mark jew marka tad-ditta. Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li dan huwa l-każ fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet domanda tagħha, li għandha tiġi eżaminata fl-ewwel lok, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-ewwel sentenza tal-Artikolu 28(2) tar-Regolament Nru 1924/2006 għandhiex tiġi interpretata fis-sens li din id-dispożizzjoni tapplika fis-sitwazzjoni fejn prodott li kellu trade mark jew marka tad-ditta kien, qabel l-<DATE ISO="20050101">1 ta’ Jannar 2005</DATE>, ikkummerċjalizzat bħala prodott mediċinali u wara, filwaqt li kellu l-istess karatteristiċi u li kellu l-istess trade mark jew marka tad-ditta, bħala prodott tal-ikel wara din id-data.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel u t-tieni domandi</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Fid-dawl tar-risposta mogħtija lit-tielet domanda, u b’kunsiderazzjoni tan-natura tal-proċedura fil-kawża prinċipali, intiża għat-terminazzjoni immedjata tal-prattiki kummerċjali ta’ Nelsons f’dak li jikkonċerna l-preparazzjonijiet inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma hemmx lok li tingħata risposta għall-ewwel u t-tieni domandi.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="10"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-ewwel sentenza tal-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20061220">20 ta’ Diċembru 2006</DATE>, dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 107/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20080115">15 ta’ Jannar 2008</DATE>, għandha tiġi interpretata fis-sens li din id-dispożizzjoni tapplika fis-sitwazzjoni fejn prodott tal-ikel li kellu trade mark jew marka tad-ditta kien, qabel l-<DATE ISO="20050101">1 ta’ Jannar 2005</DATE>, ikkummerċjalizzat bħala prodott mediċinali u wara, filwaqt li kellu l-istess karatteristiċi materjali u li kellu l-istess trade mark jew marka tad-ditta, bħala prodott tal-ikel wara din id-data.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>