|
27.6.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 166/31 |
DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2008/59/KE
tat-12 ta’ Ġunju 2008
li tadatta d-Direttiva 2006/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni, minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-2005, u b’mod partikolari l-Artikolu 56 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Billi:
|
(1) |
Skond l-Artikolu 56 ta’ l-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-2005, fejn att tal-Kunsill adottat qabel l-adeżjoni jeħtieġ adattament minħabba l-adeżjoni, u l-adattamenti meħtieġa ma ġewx previsti fl-Att ta’ Adeżjoni jew fl-Annessi tiegħu, l-atti meħtieġa għandhom jiġu adottati mill-Kunsill. |
|
(2) |
Id-Direttiva 2006/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 li tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni (1) kienet adottata qabel l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija ma’ l-Unjoni Ewropea u teħtieġ li tkun adattata minħabba din l-adeżjoni. |
|
(3) |
Id-Direttiva 2006/87/KE għaldaqstant għandha tkun emendata kif meħtieġ. |
|
(4) |
Skond il-punt 34 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar tfassil aħjar tal-liġijiet, l-Istati Membri huma mħeġġa jfasslu, għalihom stess u fl-interess tal-Komunità, it-tabelli tagħhom li juru, kemm jista’ jkun, il-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri ta’ traspożizzjoni, u li jagħmluhom pubbliċi (2), |
ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Id-Direttiva 2006/87/KE hija b’dan emendata kif ġej:
|
1. |
L-Anness I għandu jkun emendat kif ġej:
|
|
2. |
L-Anness IX għandu jkun emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
1. L-Istati Membri li għandhom passaġġi fuq l-ilma interni kif imsemmija fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2006/87/KE għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva b’effett mit-30 ta’ Diċembru 2008. Huma għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan.
Meta jiġu adottati mill-Istati Membri, dawn il-miżuri għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi li bihom issir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fil-Lussemburgu, 12 ta’ Ġunju 2008.
Għall-Kunsill
Il-President
A. VIZJAK
(1) ĠU L 389, 30.12.2006, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/137/KE (ĠU L 389, 30.12.2006, p. 261).