European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje C


C/2024/2109

6.3.2024

Avviż għall-attenzjoni ta' persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/788/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2005 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo

(C/2024/2109)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni ta' Meddie NKALUBO, Willy NGOMA, William YAKUTUMBA, Michel RUKUNDA, Ahmad Mahmood HASSAN, u Apollinaire HAKIZIMANA, persuni li jidhru fl-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/788/PESK (1) u fl-Anness Ia tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2005 (2) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo.

Fl-20 ta' Frar 2024, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 1533 (2004) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti żied is-sitt persuni msemmija hawn fuq mal-lista ta' individwi u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi. In-narrattivi sottostanti għal dak l-elenkar huma disponibbli fuq: Security Council 1533 Sanctions Committee Adds Six Entries to Its Sanctions List | Meetings Coverage and Press Releases, APOLLINAIRE HAKIZIMANA | United Nations Security Council, AHMAD MAHMOOD HASSAN | United Nations Security Council, MICHEL RUKUNDA | United Nations Security Council, WILLIAM AMURI YAKUTUMBA | United Nations Security Council, WILLY NGOMA | United Nations Security Council, MOHAMED ALI NKALUBO | United Nations Security Council.

Fid-dawl ta' dan kollu, il-Kunsill jipprevedi l-inklużjoni tas-sitt persuni msemmija hawn fuq fil-listi ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi li jinsabu fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK u fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005, u t-tħassir tal-entrati korrispondenti mill-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK u mill-Anness Ia tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005.

Kwalunkwe osservazzjoni li l-persuni kkonċernati jixtiequ jippreżentaw għandha tintbagħat sal-20 ta' Marzu 2024 fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

General Secretariat

RELEX.1

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu


(1)   ĠU L 336, 21.12.2010, p. 30

(2)   ĠU L 193, 23.7.2005, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2109/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)