|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/2325 |
19.10.2026 |
DIRETTIVA DELEGATA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/2325
tal-10 ta’ Lulju 2026
li temenda d-Direttiva 2009/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-aġġornament tal-lista ta’ prodotti relatati mad-difiża f’konformità mal-Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea aġġornata tat-23 ta’ Frar 2026
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar l-issimplifikar tat-termini u l-kundizzjonijiet tat-trasferimenti ta’ prodotti relatati mad-difiża fil-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13 tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 2009/43/KE tapplika għall-prodotti relatati mad-difiża kif stabbiliti fl-Anness tagħha. Skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2009/43/KE, dak l-Anness irid jikkorrispondi strettament mal-Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea. |
|
(2) |
Il-Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea ġiet adottata mill-Kunsill fid-19 ta’ Marzu 2007 u ġiet aġġornata diversi drabi. Fit-23 ta’ Frar 2026, il-Kunsill adotta Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea (2) aġġornata. Għalhekk jeħtieġ li tiġi aġġornata l-lista ta’ prodotti relatati mad-difiża stabbilita fl-Anness tad-Direttiva 2009/43/KE. |
|
(3) |
Għaldaqstant id-Direttiva 2009/43/KE jenħtieġ li tiġi emendata kif xieraq. |
|
(4) |
F’konformità mad-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tat-28 ta’ Settembru 2011 tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta’ spjegazzjoni (3), l-Istati Membri impenjaw ruħhom li, f’każijiet ġustifikati, in-notifika tal-miżuri ta’ traspożizzjoni tagħhom tkun akkumpanjata minn dokument wieħed jew iktar, fejn tiġi spjegata l-korrelazzjoni bejn il-komponenti ta’ direttiva u l-partijiet ekwivalenti tal-istrumenti nazzjonali ta’ traspożizzjoni, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-Anness tad-Direttiva 2009/43/KE huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Jannar 2027, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għal konformità mal-Anness ta’ din id-Direttiva msemmi fl-Artikolu 1. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.
Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-5 ta’ Frar 2027.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, fihom għandu jkun hemm referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn tali referenza fil-mument tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Huma l-Istati Membri li għandhom jiddeċiedu kif issir dik ir-referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tad-dritt nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Lulju 2026.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 146, 10.6.2009, p. 1. ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2009/43/oj.
(2) ĠU C, C/2026/1640, 13.3.2026, p. 1. http://data.europa.eu/eli/C/2026/1640/oj.
ANNESS
ANNESS
|
Nota 1 |
Termini f’“virgoletti doppji” huma termini definiti. Irreferi għal ‘Definizzjonijiet ta’ Termini użati f’din il-Lista’ annessi ma’ din il-Lista. |
|
Nota 2 |
f’xi każijiet is-sustanzi kimiċi huma elenkati bl-isem u bin-numru tal-Chemical Abstracts Service (CAS). Il-lista tapplika għal sustanzi kimiċi tal-istess formula strutturali (inkluż l-idrati) irrispettivament mill-isem jew min-numru tas-CAS. In-numri tas-CAS huma murija sabiex jassistu fl-identifikazzjoni ta’ kimika jew taħlita partikolari, irrispettivament min-nomenklatura. In-numri tas-CAS ma jistgħux jintużaw bħala identifikaturi uniċi minħabba li xi forom tal-kimika elenkata għandhom numri tas-CAS differenti, u t-taħlitiet li jkollhom xi kimika elenkata jista’ jkollhom ukoll numri tas-CAS differenti. |
|
Nota 3 |
Il-‘Lista ta’ Użu Doppju tal-UE’ tirreferi għall-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/821 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2021 li jistabbilixxi reġim tal-Unjoni għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, is-senserija, l-assistenza teknika, it-tranżitu u t-trasferiment ta’ oġġetti b’użu doppju (riformulazzjoni). |
ML1
Armi b’kanna lixxa b’kalibru ta’ inqas minn 20 mm, armamenti oħra u armi awtomatiċi b’kalibru ta’ 12,7 mm (kalibru 0,50 pulzier) jew inqas u aċċessorji, kif ġej, u komponenti ddisinjati apposta għalihom:|
Nota |
ML1. ma japplikax għal:
|
|
a. |
Azzarini u pistoli kkumbinati, pistoli tal-idejn, mitraljatriċi, sub-mitraljatriċi u volley guns;
|
|
b. |
Armi b’kanna lixxa kif ġej:
|
|
c. |
Armi li jużaw munizzjon mingħajr skartoċċ; |
|
d. |
Aċċessorji ddiżinjati għall-armamenti speċifikati f’ML1.a., ML1.b. jew ML1.c., kif ġej:
|
ML2
Armi b’kanna lixxa b’kalibru ta’ 20 mm jew aktar, armi jew armament oħra b’kalibru akbar minn 12,7 mm (kalibru ta’ 0,50 pulzier), projetturi u aċċessorji ddiżinjati apposta jew modifikati għall-użu militari u aċċessorji, kif ġej, u komponenti ddiżinjati apposta għalihom:|
a. |
Xkubetti, howitzers, kanuni, kanuni tat-tip mortar, armi ta’ kontra t-tankijiet tal-gwerra, armi li jisparaw projettili, kanuni tal-fjammi militari, azzarini, azzarini mingħajr imbuttatura wara l-isparatura u armi biċ-ċilindru lixx;
|
|
b. |
Projetturi, iddiżinjati jew modifikati apposta għall-użu militari, kif ġej:
|
|
c. |
Aċċessorji iddiżinjati apposta għal armi speċifikati f’ML2.a., kif ġej:
|
|
d. |
Ma ntużatx minn wara l-2019. |
ML3
Munizzjon u apparati tal-issettjar tal-fjus, kif ġej, u komponenti ddiżinjati apposta għalihom:|
a. |
Munizzjon għall-armi speċifikati f’ML1, ML2 jew ML12; |
|
b. |
Apparati tal-issettjar tal-fjus iddiżinjati apposta għal munizzjon f’ML3.a. |
|
Nota 1 |
Komponenti ddiżinjati apposta speċifikati f’ML3 jinkludu:
|
|
Nota 2 |
ML3.a. ma japplika għall-ebda wieħed minn dawn li ġejjin:
|
|
Nota 3 |
ML3.a. ma japplikax għal kartriġis iddiżinjati apposta għal kwalunkwe wieħed mill-finijiet li ġejjin:
|
ML4
Bombi, torpedos, rokits, missili, apparati u kargi splussivi oħra u tagħmir u aċċessorji relatati, kif ġej, u komponenti ddiżinjati apposta għalihom:|
N.B.1. |
Għal tagħmir ta’ gwida u ta’ navigazzjoni, ara ML11. |
|
N.B.2. |
Għal Sistemi ta’ Protezzjoni tal-Missili tal-Inġenji tal-Ajru (AMPS), ara ML4.c. |
|
a. |
Bombi, torpedos, granati, kanisters tad-duħħan, rokits, mini, missili, kargi tal-fond, kargi tad-dimolizzjoni, apparati tad-dimolizzjoni, kits tad-dimolizzjoni, apparati “pirotekniċi”, kartriġis, submunizzjonijiet għalihom u simulaturi (jiġifieri tagħmir li jimita l-karatteristiċi ta’ kwalunkwe wieħed minn dawn l-oġġetti), iddiżinjat apposta għal użu militari;
|
|
b. |
Tagħmir li għandu dan kollu li ġej:
|
|
c. |
Sistemi ta’ Protezzjoni tal-Inġenji tal-Ajru mill-Missili (AMPS).
|
ML5
Tagħmir għall-kontroll tal-isparar, ta’ sorveljanza u ta’ twissija, u sistemi relatati, tagħmir ta’ ttestjar u allinjament u kontromiżura, kif ġej, iddiżinjat apposta għall-użu militari, u komponenti u aċċessorji ddiżinjati apposta għalihom:|
a. |
Apparat ta’ mira, kompjuters għall-ibbumbardjar, tagħmir ta’ puntament u sistemi għall-kontroll tal-armi; |
|
b. |
Tagħmir ieħor għall-kontroll tal-isparar, ta’ sorveljanza u ta’ twissija, u sistemi relatati, kif ġej:
|
|
c. |
Tagħmir ta’ kontromiżura għall-oġġetti speċifikati f’ML5.a. jew ML5.b.;
|
|
d. |
Tagħmir ta’ test jew ta’ allinjament fuq il-post, iddiżinjat apposta għall-oġġetti speċifikati f’ML5.a., ML5.b. jew ML5.c. |
ML6
Vetturi tal-art u komponenti, kif ġej:|
N.B. |
Għal tagħmir ta’ gwida u ta’ navigazzjoni, ara ML11. |
|
a. |
Vetturi tal-art u komponenti għalihom, iddiżinjati jew modifikati apposta għal użu militari;
|
|
b. |
Vetturi oħra tal-art u komponenti, kif ġej:
|
ML7
Aġenti kimiċi, “aġenti bijoloġiċi”, “Aġenti ta’ Kontroll ta’ Rvellijiet” (“RCAs”), materjali radjuattivi, tagħmir, komponenti u materjali relatati, kif ġej:|
a. |
“Aġenti bijoloġiċi” jew materjali radjuattivi, magħżulin jew modifikati sabiex ikunu aktar effettivi biex jipproduċu vittmi umani jew annimali, jiddegradaw tagħmir jew jagħmlu ħsara lill-uċuh tar-raba’ jew lill-ambjent; |
|
b. |
Aġenti kimiċi tal-Gwerra (CW) inkluż:
|
|
c. |
Prekursuri binarji u perkursuri ewlenin tal-gwerra kimika, kif ġej:
|
|
d. |
“RCAs”, sustanzi kimiċi kostitwenti attivi u taħlitiet tagħhom;
|
|
e. |
Tagħmir iddiżinjat jew modifikat apposta għall-użu militari, iddiżinjat jew modifikat għad-disseminazzjoni ta’ kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin, u komponenti ddiżinjati apposta għalihom:
|
|
f. |
Tagħmir protettiv u ta’ dekontaminazzjoni, iddiżinjati jew modifikati apposta għal użu militari, komponenti u taħlitiet ta’ sustanzi kimiċi kif ġej:
|
|
g. |
Tagħmir iddiżinjat jew modifikat apposta għall-użu militari, iddiżinjat jew modifikat għas-sejbien jew l-identifikazzjoni ta’ materjali speċifikati f’ML7.a., ML7.b. jew ML7.d., u komponenti ddiżinjati apposta għal dan;
|
|
h. |
‘Bijopolimeri’ iddiżinjati jew ipproċessati apposta għas-sejbien jew l-identifikazzjoni ta’ aġenti kimiċi tal-gwerra speċifikati f’ML7.b., u l-kulturi ta’ ċelloli speċifiċi użati biex dawn jiġu prodotti; Noti Tekniċi Għall-finijiet ta’ ML7.h.:
|
|
i. |
“Bijokatalisti” għad-dekontaminazzjoni jew id-degradazzjoni ta’ aġenti kimiċi tal-gwerra, u s-sistemi bijoloġiċi tagħhom, kif ġej:
|
|
Nota 1 |
ML7.b. u ML7.d. ma japplikawx għal dan li ġej:
|
|
Nota 2 |
Il-kulturi taċ-ċelloli u s-sistemi bijoloġiċi speċifikati f’ML7.h. u ML7.i.2. huma esklussivi u dawn is-subpunti ma japplikawx għal ċelluli jew sistemi bijoloġiċi għal finijiet ċivili, bħal dawk agrikoli, farmaċewtiċi, mediċinali, veterinarji, ambjentali, ġestjoni tal-iskart, jew fl-industrija tal-ikel. |
ML8
“Materjali enerġetiċi” u sustanzi relatati, kif ġej:|
N.B.1. |
Ara wkoll 1C011 fil-Lista ta’ Użu Doppju tal-UE. |
|
N.B.2. |
Għal kargi u tagħmir, ara ML4 u 1A008 fil-Lista ta’ Użu Doppju tal-UE. |
|
Nota |
Kwalunkwe sustanza elenkata fis-subpunti ta’ ML8 hija soġġetta għal din il-lista, anki meta tintuża f’applikazzjoni għajr dik indikata (eż. TAGN jintuża fil-biċċa l-kbira tal-każijiet bħala splussiv iżda jista’ jintuża wkoll jew bħala fjuwil jew ossidant). |
Noti Tekniċi
|
1. |
Għall-finijiet ta’ ML8, eskluż ML8.c.11. jew ML8.c.12., ‘taħlita’ tirreferi għal kompożizzjoni ta’ żewġ sustanzi jew aktar b’minn tal-inqas sustanza waħda elenkata fis-subpunti ML8. |
|
2. |
Għall-finijiet ta’ ML8, id-daqs tal-partiċella huwa d-dijametru medju tal-partiċella fuq bażi ta’ piż jew volum. Standards internazzjonali jew nazzjonali ekwivalenti ser jintużaw fit-teħid ta’ kampjuni u fid-determinazzjoni tad-daqs tal-partiċella. |
|
a. |
“Splussivi” kif ġej, u ‘taħlitiet’ tagħhom:
|
|
b. |
“Propellanti”, kif ġej:
|
|
c. |
“Pirotekniċi”, fjuwils u sustanzi relatati, kif ġej, u ‘taħlitiet’ tagħhom:
|
|
d. |
Ossidanti, kif ġej, u ‘taħlitiet’ tagħhom:
|
|
e. |
Bajnders, plastikizzaturi, monomeri u polimeri, kif ġej:
|
|
f. |
‘Addittivi’, kif ġej: Nota Teknika Għall-finijiet ta’ ML8.f., ‘addittivi’ huma sustanzi użati f’formulazzjonijiet splussivi biex itejbu l-proprjetajiet tagħhom.
|
|
g. |
“Prekursuri” kif ġej:
|
|
h. |
Trab u forom ta’ ‘materjal reattiv’, kif ġej:
Noti Tekniċi Għall-finijiet ta’ ML8.h.:
|
|
Nota 1 |
ML8 ma japplikax għal sustanzi li ġejjin dment li mhumiex magħquda jew imħallta mal-“materjal enerġetiku” speċifikat f’ML8.a. jew metalli fi trab f’ML8.c.:
|
|
Nota 2 |
ML8 ma japplikax għall-perklorat tal-ammonju (ML8.d.2.), NTO (ML8.a.18.) jew katoċen (ML8.f.4.b.), u li jissodisfa dan kollu:
|
ML9
Bastimenti tal-gwerra (fil-wiċċ jew ta’ taħt l-ilma), tagħmir navali speċjali, aċċessorji, komponenti u bastimenti tal-wiċċ oħra, kif ġej:|
N.B. |
Għal tagħmir ta’ gwida u ta’ navigazzjoni, ara ML11. |
|
a. |
Bastimenti u komponenti, kif ġej:
|
|
b. |
Magni u sistemi ta’ propulsjoni, kif ġej, iddiżinjati apposta għall-użu militari, u komponenti u aċċessorji tagħhom iddiżinjati apposta għall-użu militari:
|
|
c. |
Apparat ta’ sejbien ta’ taħt l-ilma, iddiżinjat apposta għall-użu militari, u l-kontrolli u l-komponenti tiegħu ddiżinjati apposta għall-użu militari; |
|
d. |
Xbieki kontra s-sottomarini u xbieki kontra t-torpedos, iddiżinjati apposta għall-użu militari; |
|
e. |
Ma ntużax minn wara l-2003; |
|
f. |
Penetraturi u konnetturi tal-buq, iddiżinjati apposta għall-użu militari, li jippermettu l-interazzjoni ma’ tagħmir estern għal bastiment, u l-komponenti tagħhom iddiżinjati apposta għall-użu militari;
|
|
g. |
Bearings silenzjużi li għandhom kwalunkwe wieħed mill-komponenti tagħhom li ġejjin, iddiżinjati apposta għall-użu militari:
|
|
h. |
Tagħmir li jiġġenera enerġija nukleari jew tagħmir ta’ propulsjoni, iddiżinjat apposta għall-bastimenti speċifikati f’ML9.a. u komponenti tagħhom iddiżinjati jew ‘modifikati’ apposta għall-użu militari. Nota Teknika Għall-finijiet ta’ ML9.h., ‘modifikat’ tfisser kwalunkwe bidla strutturali, elettrika, mekkanika, jew oħra li tipprovdi oġġett mhux militari b’kapaċitajiet militari ekwivalenti għal oġġett li huwa ddiżinjat apposta għall-użu militari.
|
ML10
“Inġenji tal-ajru”, “vetturi eħfef mill-arja”, “Vetturi tal-Ajru Mingħajr Ekwipaġġ” (“UAVs”), aeromagni, “inġenji suborbitali” u tagħmir għall-“inġenji tal-ajru”, tagħmir u komponenti relatati, kif ġej, iddiżinjati jew modifikati apposta għall-użu militari:|
N.B. |
Għal tagħmir ta’ gwida u ta’ navigazzjoni, ara ML11. |
|
a. |
“Inġenji tal-ajru” u “vetturi eħfef mill-arja” b’ekwipaġġ, u komponenti ddiżinjati apposta għalihom;
|
|
b. |
Ma baqax jintuża wara l-2011 |
|
c. |
“Inġenji tal-ajru” u “vetturi eħfef mill-arja” mingħajr ekwipaġġ, u tagħmir relatat, kif ġej, u komponenti ddiżinjati apposta għalihom:
|
|
d. |
Magni aeronawtiċi bi propulsjoni u komponenti ddiżinjati apposta għalihom;
|
|
e. |
Tagħmir għall-għoti tal-fjuwil fl-ajru ddiżinjat jew modifikat apposta għal kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin, u komponenti ddiżinjati apposta għalih:
|
|
f. |
Tagħmir tal-art iddiżinjat apposta għall-“inġenji tal-ajru” speċifikati f’ML10.a. jew għall-magni tal-ajru speċifikati f’ML10.d.;
|
|
g. |
Tagħmir għas-salvataġġ tal-ekwipaġġ tal-ajru, tagħmir għas-sikurezza tal-ekwipaġġ tal-ajru u apparat ieħor għat-tluq ta’ emerġenza, mhux speċifikati f’ML10.a., iddiżinjati għall-“inġenji tal-ajru” speċifikati f’ML10.a. jew “inġenji suborbitali” speċifikati f’ML10.j.;
|
|
h. |
Paraxutijiet, paragliders u tagħmir relatat, kif ġej, u komponenti ddiżinjati apposta għalihom:
|
|
i. |
Tagħmir bi ftuħ ikkontrollat jew sistemi ta’ pilotaġġ awtomatiku, iddiżinjati għal tagħbijiet mitfugħa bil-paraxut. |
|
j. |
“Inġenji suborbitali” u tagħmir relatat, kif ġej, u komponenti ddiżinjati jew modifikati apposta għalihom:
|
|
Nota 1 |
Għall-finijiet ta’ ML10.a., ML10.d. u ML10.j., komponenti ddiżinjati apposta u tagħmir relatat għal “inġenji tal-ajru” mhux militari, aeromagni jew “inġenji suborbitali” modifikati għall-użu militari japplika biss għal dawk il-komponenti militari u għal tagħmir militari relatat meħtieġ għall-modifika għal użu militari. |
|
Nota 2 |
Għall-finijiet ta’ Ml10.a. u ML10.j., l-użu militari jinkludi: ġlied, rikonjizzjoni militari, attakk, taħriġ militari, appoġġ loġistiku, u trasport u tfigħ mill-ajru ta’ truppi jew tagħmir militari. |
ML11
Tagħmir elettroniku, “inġenji spazjali” u komponenti, mhux speċifikati xi mkien ieħor fil-Lista Militari Komuni tal-UE, kif ġej:|
a. |
Tagħmir elettroniku ddiżinjat apposta għall-użu militari u komponenti ddiżinjati apposta għalih;
|
|
b. |
Tagħmir ta’ ġġammjar iddiżinjat jew modifikat biex ifixkel ir-riċeviment, it-tħaddim jew l-effettività tas-servizzi ta’ pożizzjonament, ta’ navigazzjoni jew ta’ determinazzjoni tal-ħin ipprovduti minn “sistemi ta’ navigazzjoni bis-satellita”, u komponenti ddiżinjati apposta għalih; |
|
c. |
“Inġenji spazjali” ddiżinjati jew modifikati apposta għall-użu militari, u komponenti tal-“inġenji spazjali” ddiżinjati apposta għall-użu militari. |
ML12
Sistemi ta’ armi b’enerġija kinetika b’veloċità għolja u tagħmir relatat, kif ġej, u komponenti ddiżinjati apposta għalihom:|
a. |
Sistemi ta’ armi b’enerġija kinetika ddiżinjati apposta għall-qerda jew biex jisfrattaw il-missjoni tal-bersall; |
|
b. |
Faċilitajiet ta’ ttestjar u evalwazzjoni u mudelli ta’ ttestjar iddiżinjati apposta, inklużi strumentazzjoni u miri dijanjostiċi, għall-ittestjar dinamiku ta’ projettili u sistemi tal-enerġija kinetika. |
|
N.B. |
Għal sistemi tal-armi li jużaw munizzjon subkalibru jew li jagħmlu użu biss minn propulsjoni kimika u munizzjon għalihom, ara ML1 sa ML4. |
|
Nota 1 |
ML12 jinkludi li ġej meta mfassla apposta għal sistemi ta’ armi b’enerġija kinetika:
|
|
Nota 2 |
ML12 japplika għal sistema ta’ armi bl-użu ta’ kwalunkwe wieħed mill-metodi li ġejjin ta’ propulsjoni:
|
ML13
Tagħmir, kostruzzjonijiet, komponenti, u aċċessorji blindati jew protettivi, kif ġej:|
a. |
Pjanċa metallika jew mhux metallika blindata, li għandha xi wieħed minn dawn li ġejjin:
|
|
b. |
Kostruzzjonijiet ta’ materjali metalliċi jew non-metalliċi, jew taħlitiet tagħhom, iddiżinjati apposta sabiex jipprovdu protezzjoni ballistika għal sistemi militari, u komponenti ddiżinjati apposta għalihom; |
|
c. |
Elmi u komponenti u aċċessorji ddiżinjati apposta għalihom, kif ġej:
|
|
d. |
Korazzi tal-ġisem jew ilbies protettiv, u komponenti għalihom, kif ġej:
|
ML14
‘Tagħmir speċjalizzat għal taħriġ militari’, jew għas-simulazzjoni ta’ xenarji militari, simulaturi ddiżinjati apposta għal taħriġ fl-użu ta’ kwalunkwe arma tan-nar jew arma kkontrollata f’ML1 jew ML2, u komponenti u aċċessorji ddiżinjati apposta għalihom.|
Nota 1 |
ML14 jinkludi sistemi ta’ ġenerazzjoni tal-immaġni u ta’ ambjent interattiv għal simulaturi, meta maħsuba jew modifikati apposta għall-użu militari. |
|
Nota 2 |
ML14 ma japplikax għal tagħmir maħsub apposta għal taħriġ fl-użu ta’ armi tal-kaċċa jew għall-isports. |
|
Nota 3 |
‘Tagħmir speċjalizzat għal taħriġ militari’ jinkludi tipi militari ta’ trejners ta’ attakk, ta’ trejners ta’ titjir operattiv, ta’ trejners għall-bersall radar, ta’ ġeneraturi ta’ bersall radar, ta’ apparati ta’ taħriġ fl-isparar, ta’ trejners għall-gwerra antisottomarini, ta’ simulaturi tat-titjir (inklużi ċ-ċentrifugi previsti għall-bniedem, iddestinati għat-taħriġ ta’ piloti/astronawti), ta’ trejners radar, ta’ simulaturi ta’ titjir strumentali, ta’ simulaturi ta’ navigazzjoni, ta’ simulaturi ta’ tfigħ ta’ missili, ta’ tagħmir għall-bersall, ta’ “inġenji tal-ajru” telegwidati, ta’ trejners tal-armamenti, ta’ trejners għall-gwida ta’ “inġenji tal-ajru” mingħajr pilota, ta’ unitajiet ta’ taħriġ mobbli u ta’ tagħmir tat-taħriġ għal operazzjonijiet militari tal-art. |
ML15
Tagħmir ta’ immaġni jew kontromiżura, kif ġej, iddiżinjat apposta għall-użu militari, u komponenti u aċċessorji ddiżinjati apposta għalihom:|
a. |
Rekorders u tagħmir ta’ pproċessar tal-immaġni; |
|
b. |
Kameras, tagħmir fotografiku u tagħmir għall-ipproċessar tal-pellikoli; |
|
c. |
Tagħmir għall-intensifikazzjoni tal-immaġni; |
|
d. |
Tagħmir għal immaġni bl-infra-aħmar jew għal immaġni termali; |
|
e. |
Tagħmir għall-elaborazzjoni tal-immaġni radar; |
|
f. |
Tagħmir ta’ kontromiżura jew ta’ kontro-kontromiżura, għat-tagħmir speċifikat f’ML15.a. sa ML15.e.
|
|
Nota |
ML15 ma japplikax għal “tubi intensifikaturi tal-immaġnijiet tal-ewwel ġenerazzjoni” jew tagħmir iddisinjat apposta sabiex jinkorpora “tubi intensifikaturi tal-immaġnijiet tal-ewwel ġenerazzjoni”.
|
|
N.B. |
Ara wkoll 6A002.a., 6A002.b. u 6A003.b. fil-Lista ta’ Użu Doppju tal-UE. |
ML16
Foroġ, forom u prodotti oħra mhux kompluti, iddiżinjati apposta għal oġġetti speċifikati f’ML1 sa ML4, ML6, ML9, ML10, ML12 jew ML19.|
Nota |
ML16 japplika għal prodotti mhux kompluti meta jkunu identifikabbli mill-kompożizzjoni tal-materjal, il-ġeometrija jew il-funzjoni. |
ML17
Tagħmir, materjal u “libreriji” mixxellanji, kif ġej, u komponenti ddiżinjati apposta għalihom:|
a. |
Apparat għall-għadis u għall-għawm taħt l-ilma, maħsuba jew modifikati apposta għall-użu militari, kif ġej:
|
|
b. |
Tagħmir tal-kostruzzjoni ddiżinjat apposta għall-użu militari; |
|
c. |
Aċċessorji, kisjiet u trattamenti, għas-soppressjoni tas-senjatura, iddiżinjati apposta għall-użu militari; |
|
d. |
Tagħmir għall-assistenza teknika fuq il-post iddiżinjat apposta għall-użu f’żona ta’ ġlied; |
|
e. |
“Robots”, kontrolluri tar-“robots” u “tagħmir tat-tarf” tar-“robots”, li jkollhom kwalunkwe waħda mill-karatteristiċi li ġejjin:
|
|
f. |
“Libreriji” ddiżinjati apposta jew modifikati għall-użu militari b’sistemi, tagħmir jew komponenti, speċifikati fil-Lista Militari Komuni tal-UE; |
|
g. |
Tagħmir li jiġġenera enerġija nukleari jew tagħmir ta’ propulsjoni, mhux speċifikat xi mkien ieħor, iddiżinjati apposta għall-użu militari u komponenti għalihom iddiżinjati jew ‘modifikati’ apposta għall-użu militari;
|
|
h. |
Tagħmir jew materjal, miksi jew ittrattat għas-soppressjoni tas-senjatura, iddiżinjat apposta għall-użu militari, mhux speċifikat xi mkien ieħor fil-Lista Militari Komuni tal-UE; |
|
i. |
Simulaturi ddiżinjati apposta għal “reatturi nukleari” militari; |
|
j. |
Ħwienet tat-tiswija mobbli ddiżinjati jew ‘modifikati’ apposta għall-manutenzjoni ta’ tagħmir militari; |
|
k. |
Ġeneraturi ta’ fuq il-post iddiżinjati jew ‘modifikati’ apposta għall-użu militari; |
|
l. |
Kontejners intermodali jew xassijiet tal-vetturi li jiżżarmaw (jiġifieri swap bodies) tal-istandard ISO, iddiżinjati jew ‘modifikati’ apposta għall-użu militari; |
|
m. |
Laneċ, mhux speċifikati xi mkien ieħor fil-Lista Militari Komuni tal-UE, pontijiet u pontuni, iddiżinjati apposta għall-użu militari; |
|
n. |
Mudelli ta’ ttestjar iddiżinjati apposta għall-“iżvilupp” ta’ oġġetti speċifikati f’ML4, ML6, ML9 jew ML10; |
|
o. |
Tagħmir ta’ protezzjoni mil-“laser” (pereżempju, protezzjoni tal-għajnejn u protezzjoni sensorjali) iddiżinjat apposta għall-użu militari; |
|
p. |
“Ċelloli tal-fjuwil”, mhux speċifikati xi mkien ieħor fil-Lista Militari Komuni tal-UE ddiżinjati apposta jew ‘modifikati’ għall-użu militari. |
Nota Teknika
|
1. |
Ma baqax jintuża wara l-2014 |
|
2. |
Għall-finijiet ta’ ML17, ‘modifikat’ tfisser kwalunkwe bidla strutturali, elettrika, mekkanika, jew oħra li tipprovdi oġġett mhux militari b’kapaċitajiet militari ekwivalenti għal oġġett li huwa ddiżinjat apposta għall-użu militari. |
ML18
Tagħmir ta’ ‘produzzjoni’, faċilitajiet għal testijiet ambjentali u l-komponenti tagħhom, kif ġej:|
a. |
Tagħmir ta’ ‘produzzjoni’ ddiżinjat jew modifikat apposta għall-‘produzzjoni’ ta’ oġġetti speċifikati fil-Lista Militari Komuni tal-UE, u komponenti ddiżinjati apposta għalih; |
|
b. |
Faċilitajiet ta’ ttestjar ambjentali mfassla apposta għaċ-ċertifikazzjoni, il-kwalifikazzjoni jew l-ittestjar ta’ oġġetti speċifikati fil-Lista Militari Komuni tal-UE, u tagħmir imfassal apposta għalihom, mhux speċifikat x’imkien ieħor. |
Nota Teknika
Għall-finijiet ta’ ML18, it-terminu ‘produzzjoni’ jinkludi tfassil, eżami, manifattura, ittestjar u verifika.
ML19
Sistemi ta’ armi b’enerġija diretta (DEW), tagħmir relatat jew ta’ kontromiżura u mudelli ta’ ttestjar, kif ġej, u komponenti maħsuba apposta għalihom:|
a. |
‘Sistemi tal-armi’ bil-“laser” mhux speċifikati f’ML19.f.; |
|
b. |
‘Sistemi tal-armi’ b’raġġi ta’ partiċelli; |
|
c. |
‘Sistemi tal-armi’ b’Potenza għolja ta’ Frekwenza Radju (RF); |
|
d. |
Tagħmir iddiżinjat apposta biex isib jew jidentifika lil, jew biex jiddefendi minn, sistemi speċifikati f’ML19.a. sa ML19.c.; |
|
e. |
Mudelli għal test fiżiku għas-sistemi, tagħmir u komponenti, speċifikati f’ML19; |
|
f. |
Sistemi “laser” iddiżinjati apposta biex jikkawżaw agħma permanenti lil viżjoni mhux megħjuna, jiġifieri lill-għajn mikxufa jew lill-għajn b’tagħmir li jikkoreġi l-vista. |
|
Nota 1 |
Sistemi DEW speċifikati f’ML19 jinkludu sistemi li l-kapaċità tagħhom ġejja mill-applikazzjoni kontrollata ta’:
|
|
Nota 2 |
ML19 jinkludi li ġej meta mfassal apposta għal sistemi DEW:
|
Nota Teknika
Għall-finijiet ta’ ML19, ‘sistemi tal-armi’ huma ddisinjati għall-ħsara, il-qerda tal-bersall jew l-isfrattu tal-missjoni tiegħu.
ML20
Tagħmir krijoġeniku u “superkonduttiv”, kif ġej, u komponenti u aċċessorji iddiżinjati apposta għalih:|
a. |
Tagħmir imfassal apposta jew konfigurat biex ikun installat f’vettura għal applikazzjonijiet militari fuq l-art, fuq il-baħar, fl-ajru jew fl-ispazju, kapaċi li joperaw waqt li jkunu f’ċaqliq jew li jipproduċu jew iżommu temperaturi taħt il-103 K (- 170°C);
|
|
b. |
Tagħmir elettriku “superkonduttiv” (makkinarju rotanti jew trasformaturi) iddiżinjat jew konfigurat apposta biex ikun installat f’vettura għal applikazzjonijiet militari fuq l-art, fuq il-baħar, fl-ajru jew fl-ispazju, u li kapaċi jaħdem waqt li tkun miexja.
|
ML21
“Software” kif ġej:|
a. |
“Software” iddiżinjat apposta jew modifikat għal kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:
|
|
b. |
“Software” speċifiku, minbarra dak speċifikat f’ML21.a., kif ġej:
|
|
c. |
“Software”, mhux speċifikat f’ML21.a., jew ML21.b., iddiżinjat apposta jew modifikat biex jippermetti li tagħmir mhux speċifikat fil-Lista Militari Komuni tal-UE biex jaqdi l-funzjonijiet militari ta’ tagħmir speċifikat fil-Lista Militari Komuni tal-UE.
|
ML22
“Teknoloġija” kif ġej:|
a. |
“Teknoloġija” barra minn dik speċifikata f’ML22.b, li hija “meħtieġa” għall-“iżvilupp”, il-“produzzjoni”, l-operazzjoni, l-installazzjoni, il-manutenzjoni (verifika), it-tiswija, it-tiġdid maġġuri jew l-arranġament mill-ġdid ta’ oġġetti speċifikati mil-Lista Militari Komuni tal-UE; |
|
b. |
“Teknoloġija” kif ġej:
|
|
Nota 1 |
“Teknoloġija” “meħtieġa” għall-“iżvilupp”, il-“produzzjoni” jew l-operazzjoni, l-installazzjoni, il-manutenzjoni (iċċekkjar), it-tiswija, it-tiġdid jew ir-rinnovazzjoni ta’ oġġetti speċifikati fil-Lista Militari Komuni tal-UE tibqa’ taħt kontroll anke meta applikabbli għal kwalunkwe oġġett mhux speċifikat fil-Lista Militari Komuni tal-UE. |
|
Nota 2 |
ML22 ma japplikax għal:
|
DEFINIZZJONIJIET TA’ TERMINI UŻATI F’DIN IL-LISTA
Dawn li ġejjin huma definizzjonijiet ta’ termini użati f’din il-Lista, f’ordni alfabetiku.
|
Nota 1 |
Id-definizzjonijiet japplikaw matul il-Lista kollha. Ir-referenzi huma biss konsultattivi u ma għandhom l-ebda effett fuq l-applikazzjoni universali ta’ termini definiti matul il-Lista kollha. |
|
Nota 2 |
Il-kliem u t-termini li jinsabu f’din il-Lista ta’ Definizzjonijiet jieħdu biss it-tifsira definita fejn din hija indikata billi jkunu bejn “virgoletti doppji”. f’postijiet oħrajn, il-kliem u t-termini jieħdu t-tifsiriet komunament aċċettati tagħhom (tad-dizzjunarju), jekk ma tingħatax definizzjoni lokali għal kontroll partikolari. |
|
ML1, 8, 10, 14 |
“Inġenji tal-ajru” |
Vettura li ttir bi ġwienaħ fissi, ġwienaħ b’ġeometrija varjabbli, ġwienaħ li jduru (ħelikopter), rotor li jista’ jinklina jew ġwienaħ li jinklinaw. |
||||||||||||||||||||||
|
ML22 |
“Riċerka xjentifika bażika” |
Xogħol sperimentali jew teoriku magħmul prinċipalment biex jintlaħaq tagħrif ġdid tal-prinċipji fundamentali ta’ fenomeni jew fatti osservabbli, mhux primarjament dirett lejn skop prattiku jew objettiv speċifiku. |
||||||||||||||||||||||
|
ML7, 22 |
“Bijokatalisti” |
‘Enżimi’ għal reazzjonijiet kimiċi jew bijokimiċi speċifiċi jew komposti bijoloġiċi oħrajn li jingħaqdu ma’ u jaċċelleraw id-degradazzjoni ta’ aġenti kimiċi tal-gwerra. Nota Teknika ‘Enżimi’ tfisser “bijokatalisti” għal reazzjonijiet kimiċi jew bijokimiċi speċifiċi. |
||||||||||||||||||||||
|
ML7 |
“Aġenti bijoloġiċi” |
Patoġeni jew tossini, magħżula jew modifikati (bħal alterazzjoni fil-purità, ħajja fuq l-ixkaffa, virulenza, karatteristiċi disseminattivi, jew reżistenza għal radjazzjoni UV) sabiex jipproduċu vittmi umani jew annimali, jiddegradaw it-tagħmir jew jagħmlu ħsara lill-uċuh tar-raba’ jew lill-ambjent. |
||||||||||||||||||||||
|
ML4, 10 |
“Inġenju tal-ajru ċivili” |
Dawk l-“inġenji tal-ajru” elenkati skont id-deżinjazzjoni f’listi ta’ ċertifikazzjoni ta’ ajrunavigabbiltà ppubblikati mill-awtoritajiet tal-avjazzjoni ċivili ta’ wieħed jew aktar mill-Istati Membri tal-UE jew Stati Parteċipanti tal-Ftehim ta’ Wassenaar biex itiru fuq rotot ċivili kummerċjali interni u esterni jew għal użu leġittimu ċivili, privat jew kummerċjali. |
||||||||||||||||||||||
|
ML21 |
“Rispons għal inċidenti ċibernetiċi” |
Il-proċess tal-iskambju ta’ informazzjoni meħtieġa dwar inċident ċibernetiku ma’ individwi jew organizzazzjonijiet responsabbli għat-tmexxija jew il-koordinazzjoni ta’ rimedju biex jiġi indirizzat l-inċident ċibernetiku. |
||||||||||||||||||||||
|
ML17, 21, 22 |
“Żvilupp” |
Huwa relatat mal-istadji kollha qabel il-produzzjoni serjali, bħal: id-disinn, ir-riċerka dwar id-disinn, l-analiżi tad-disinn, il-kunċetti tad-disinn, l-immuntar u l-ittestjar ta’ prototipi, l-iskemi ta’ produzzjoni ta’ piloti, id-data tad-disinn, il-proċess tat-trasformazzjoni tad-data tad-disinn fi prodott, id-disinn ta’ konfigurazzjoni, id-disinn ta’ integrazzjoni, l-arranġamenti skont pjan. |
||||||||||||||||||||||
|
ML21 |
“Kompjuter diġitali” |
Tagħmir li jista’, fil-forma ta’ varjabbli diskret wieħed jew aktar, iwettaq dan kollu li ġej:
Nota Teknika Modifiki ta’ sekwenza maħżuna ta’ struzzjonijiet jinkludu s-sostituzzjoni ta’ apparat b’memorja fissa, iżda mhux bidla fiżika fil-wajering jew fl-interkonnessjonijiet. |
||||||||||||||||||||||
|
ML17 |
“Tagħmir tat-tarf” |
Ħattafa, ‘unitajiet attivi ta’ għodda’ u kull għodda oħra li hija magħquda mal-pjanċa fit-tarf ta’ driegħ manipulatur ta’ “robot”. Nota Teknika ‘Unitajiet attivi ta’ għodda’ huma apparat biex tkun applikata qawwa motiva, proċessar ta’ enerġija jew sensitizzazzjoni lil oġġett li qiegħed isir xogħol fuqu. |
||||||||||||||||||||||
|
ML8 |
“Materjali enerġetiċi” |
Sustanzi jew taħlit li jirreaġixxu kimikament biex joħorġu enerġija rikjesta għall-applikazzjoni intenzjonata tagħhom. “Splussivi”, “pirotekniċi” u “propellanti” huma subklassijiet ta’ materjali enerġetiċi. |
||||||||||||||||||||||
|
ML6, 13 |
“Standards ekwivalenti” |
Standards nazzjonali jew internazzjonali komparabbli rikonoxxuti minn Stat Membru wieħed jew aktar tal-UE jew Stati Parteċipanti tal-Ftehim ta’ Wassenaar u applikabbli għall-entrata rilevanti. |
||||||||||||||||||||||
|
ML8, 18 |
“Splussivi” |
Sustanzi solidi, likwidi jew bħala gass jew taħlit ta’ sustanzi li, fl-applikazzjoni tagħhom primarjament bħala karga primarja, booster jew prinċipali f’applikazzjoni ta’ testata, f’applikazzjoni għat-twaqqigħ jew applikazzjonijiet oħrajn, huma meħtieġa li jiddetonaw. |
||||||||||||||||||||||
|
ML13 |
“Materjali fibrużi jew filamentari” |
Inkludi:
|
||||||||||||||||||||||
|
ML15 |
“Tubi intensifikaturi tal-immaġni tal-ewwel ġenerazzjoni” |
Tubi ffokati elettrostatikament, li jużaw fibre optic jew pjanċi b’wiċċ tal-ħġieġ għad-dħul u l-ħruġ, fotokatodi multialkalini (S-20 jew S-25), imma mhux amplifikaturi bi pjanċa mikrokanali. |
||||||||||||||||||||||
|
ML17 |
“Ċellola tal-fjuwil” |
Tagħmir elettrokimiku li jikkonverti l-enerġija kimika direttament f’Elettriku ta’ Kurrent Dirett (DC), bil-konsum ta’ fjuwil minn sors estern. |
||||||||||||||||||||||
|
ML22 |
“Fl-isfera pubblika” |
Din tfisser “teknoloġija” jew “software” li huma disponibbli mingħajr restrizzjonijiet għal aktar disseminazzjoni. Nota Restrizzjonijiet tad-drittijiet tal-awtur ma jneħħux lit-“teknoloġija” jew “software” milli jibqgħu “fl-isfera pubblika”. |
||||||||||||||||||||||
|
ML9, 13, 17, 19 |
“Laser” |
Oġġett li jipproduċi dawl koerenti fl-ispazju u fil-ħin permezz ta’ amplifikazzjoni b’emissjoni stimolata ta’ radjazzjoni. |
||||||||||||||||||||||
|
ML17 |
“Librerija” (bażi tad-data teknika parametrika) |
Ġabra ta’ informazzjoni teknika, li referenza għaliha tista’ ttejjeb il-prestazzjoni ta’ sistemi, tagħmir jew komponenti rilevanti. |
||||||||||||||||||||||
|
ML10 |
“Vetturi eħfef mill-arja” |
Balloons u “airships” li jiddependu fuq arja sħuna jew gassijiet eħfef mill-arja bħal elju jew idroġenu biex jitilgħu. Nota Teknika “Diriġibili” Vettura li ttir bil-magni u li żżomm fl-arja permezz ta’ gass (ġeneralment l-elju, preċedentement l-idroġenu) li huwa eħfef mill-arja. |
||||||||||||||||||||||
|
ML9, 17 |
“Reattur nukleari” |
Jinkludi l-oġġetti fi jew imwaħħlin direttament ma’ reċipjent reattur, it-tagħmir li jikkontrolla l-livell ta’ qawwa fil-qalba, u l-komponenti li normalment fihom jew jiġu f’kuntatt dirett ma’ jew jikkontrollaw il-likwidu għat-tkessiħ primarju tal-qalba tar-reattur. |
||||||||||||||||||||||
|
ML8 |
“Prekursuri” |
Sustanzi kimiċi ta’ speċjalità użati fil-manifattura ta’ splussivi. |
||||||||||||||||||||||
|
ML 21, 22 |
“Produzzjoni” |
Tfisser l-istadji kollha tal-produzzjoni, bħal: l-inġinerija, il-manifattura, l-integrazzjoni, l-assemblaġġ (l-immuntar), l-ispezzjoni, l-ittestjar, l-iżgurar tal-kwalità ta’ prodott. |
||||||||||||||||||||||
|
ML8 |
“Propellanti” |
Sustanzi jew taħlit li jirreaġixxu kimikament biex jipproduċu volumi kbar ta’ gassijiet jaħarqu f’rati kontrollati biex iwettqu xogħol mekkaniku. |
||||||||||||||||||||||
|
ML2,4, 8 |
“Pirotekniku/i” |
Taħlit ta’ fjuwils solidi jew likwidi u ossidaturi li, meta jitqabbdu, jgħaddu minn reazzjoni enerġetika qawwija b’rata kontrollata intenzjonati biex jipproduċu dewmien speċifiċi fil-ħin, jew kwantitajiet ta’ sħana, storbju, duħħan, dawl viżibbli jew radjazzjoni infra-ħamra. Il-piroforiċi huma subklassi tal-pirotekniċi, li ma jinkludux ossidanti iżda jaqbdu spontanjament mal-kuntatt mal-arja. |
||||||||||||||||||||||
|
ML22 |
“Meħtieġ” |
Kif applikata għal “teknoloġija”, tirreferi biss għal dak il-porzjon ta’ “teknoloġija” li huwa partikolarment responsabbli biex jilħaq jew jeċċedi l-livelli kontrollati ta’ eżekuzzjoni, karatteristiċi jew funzjonijiet. “Teknoloġija” “meħtieġa” bħal din tista’ tkun kondiviża bejn prodotti differenti. |
||||||||||||||||||||||
|
ML7 |
“Aġenti ta’ kontroll ta’ rvellijiet” (“RCAs”) |
Sustanzi li, taħt il-kondizzjonijiet mistennijin tal-użu għal finijiet ta’ kontroll tal-irvellijiet, jipproduċu rapidament fil-bnedmin irritazzjoni tas-sensi jew effetti fiżiċi li jiddiżabilitaw li jitilqu fi żmien qasir wara t-terminazzjoni tal-espożizzjoni. (Il-gassijiet tad-dmugħ huma subsett ta’ “aġenti għall-kontroll tal-irvellijiet.)
|
||||||||||||||||||||||
|
ML17 |
“Robot” |
Mekkaniżmu għal manipulazzjoni, li jista’ jkun tal-varjetà mogħdija kontinwa (continuous path) jew punt-għal-punt, jista’ juża sensuri, u għandu l-karatteristiċi kollha li ġejjin:
“Aċċess għal utent programmata” tfisser il-faċilità li tawtorizza lill-utent biex idaħħal, jimmodifika jew jissostitwixxi “programmi” b’metodi barra:
Nota Id-definizzjoni ta’ hawn fuq ma tinkludix l-apparat li ġej:
|
||||||||||||||||||||||
|
ML11 |
“Sistema ta’ navigazzjoni bis-satellita” |
Sistema li tikkonsisti minn stazzjonijiet fuq l-art, kostellazzjoni ta’ “satelliti”, u riċevituri, li tippermetti li l-postijiet tar-riċevitur jiġu kkalkulati fuq il-bażi ta’ sinjali li jkunu waslu mis-“satelliti”. Din tinkludi Sistemi Globali ta’ Navigazzjoni bis-Satellita u Sistemi Reġjonali ta’ Navigazzjoni bis-Satellita. Nota Teknika 1 “Satellita” “Inġenju spazjali”, għajr “vettura spazjali”, iddisinjat biex jopera fl-orbita madwar id-dinja jew madwar korp ċelestjali ieħor; “satelliti” tinkludi stazzjonijiet spazjali fl-orbita. Nota Teknika 2 “Inġenji spazjali” Inġenju ddisinjat biex jopera, jippersisti jew jittranżita fl-ispazju fil-forma ta’ “satellita”, “sonda spazjali”, jew “vettura spazjali”.
Nota Teknika 3 “Vettura spazjali” “Inġenju spazjali” ddiżinjat biex jipprovdi trasport għall-merkanzija jew għall-passiġġieri.
Nota Teknika 4 “Sonda spazjali” “Inġenju spazjali” għajr “satellita” jew “vettura spazjali” iddisinjat biex ma jerġax lura fid-dinja. |
||||||||||||||||||||||
|
ML4, 11, 21 |
“Software” |
Kollezzjoni ta’ “programm” jew “mikroprogramm” wieħed jew aktar delimitati fi kwalunkwe medju tanġibbli ta’ espressjoni. Nota Teknika 1 “Programm” Sekwenza ta’ struzzjonijiet sabiex jitwettaq jew jiġi kkonvertit proċess f’forma eżegwibbli minn kompjuter elettroniku. Nota Teknika 2 “Mikroprogramm” Sekwenza ta’ struzzjonijiet elementari li jinżammu f’ħażna speċjali, li l-eżekuzzjoni tagħhom tibda bl-introduzzjoni tal-istruzzjoni ta’ referenza tagħha f’reġistru ta’ struzzjonijiet. |
||||||||||||||||||||||
|
ML19 |
“Kwalifikati għall-użu spazjali” |
Iddisinjati, manifatturati, jew kwalifikati permezz ta’ testijiet b’suċċess, għall-operazzjoni f’għoli ta’ aktar minn 100 km ’il fuq mill-wiċċ tad-dinja. Nota Deċiżjoni li oġġett speċifiku jkun “kwalifikat għall-ispazju” permezz ta’ testijiet ma tfissirx li oġġetti oħra fl-istess linja ta’ produzzjoni jew sensiela ta’ mudelli jkunu “kwalifikati għall-ispazju” jekk ma jkunux ġew ittestjati individwalment. |
||||||||||||||||||||||
|
ML10 |
“Inġenji suborbitali” |
Inġenju li għandu spazju magħluq iddiżinjat għat-trasport tan-nies jew tal-merkanzija, li huwa ddiżinjat biex:
|
||||||||||||||||||||||
|
ML20 |
“Superkonduttiv” |
Jirreferi għal materjali (jiġifieri metalli, ligi jew komposti) li jistgħu jitilfu r-reżistenza elettrika kollha (jiġifieri li jistgħu jilħqu konduttività elettrika infinita u jġorru kurrenti elettriċi kbar ħafna mingħajr sħana Joule). Nota Teknika L-istat “superkonduttiv” ta’ materjal huwa karatterizzat individwalment b’“temperatura kritika”, kamp manjetiku kritiku, li huwa funzjoni tat-temperatura, u densità ta’ kurrent kritika li hija, madankollu, funzjoni kemm tal-kamp manjetiku kif ukoll tat-temperatura. Nota “Temperatura kritika”(xi kultant nirreferu għaliha bħala t-temperatura ta’ tranżizzjoni) ta’ materjal “superkonduttiv” speċifiku tfisser it-temperatura li fiha l-materjal jitlef ir-reżistenza kollha għall-fluss ta’ kurrent elettriku dirett. |
||||||||||||||||||||||
|
ML22 |
“Teknoloġija” |
Informazzjoni speċifika meħtieġa għall-“iżvilupp”, il-“produzzjoni” jew l-“użu” ta’ prodott. L-informazzjoni tieħu l-forma ta’ ‘data teknika’ jew ‘assistenza teknika’. “Teknoloġija” speċifika għal-Lista Militari Komuni tal-UE hija definita f’ML22. Noti Tekniċi
|
||||||||||||||||||||||
|
ML10 |
“Vettura tal-ajru mingħajr ekwipaġġ” (“UAV”) |
Kwalunkwe “inġenju tal-ajru” li jista’ jibda titjira u jsostni t-titjira u n-navigazzjoni taħt kontroll mingħajr l-ebda preżenza umana abbord. |
||||||||||||||||||||||
|
ML21 |
“Divulgazzjoni tal-vulnerabbiltà” |
Il-proċess ta’ identifikazzjoni, rappurtar, jew komunikazzjoni tal-vulnerabbiltà, jew l-analiżi tagħha flimkien ma’ individwi jew organizzazzjonijiet responsabbli għat-tmexxija jew il-koordinazzjoni ta’ rimedju bl-iskop li tinsab soluzzjoni għaliha.” |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dir_del/2026/2325/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)