|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/5260 |
29.9.2025 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.12086 — FERRERO GROUP/CPK)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2025/5260)
1.
Fid-19 ta’ Settembru 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
3F’s Holding S.A. (“3F’s” u, flimkien mal-impriżi kollha kkontrollati direttament jew indirettament mill-istess persuna fiżika li tikkontrolla 3F’s, “Ferrero Group”, il-Lussemburgu), |
|
— |
CPK SAS (“CPK”, Franza). |
Ferrero Group se jakkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll tal-intier ta’ CPK.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ titoli.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
Ferrero Group huwa produttur ta’ oġġetti tal-ikel, attiv madwar id-dinja fil-manifattura u l-bejgħ ta’ ħlewwiet u prodotti ħelwin oħra. Dan jiġbor flimkien marki bħal Nutella u Tictac. |
|
— |
CPK hija kumpanija tal-ħelu bbażata fi Franza attiva fil-manifattura u l-bejgħ ta’ prodotti tal-ħelu taz-zokkor u taċ-ċikkulata, kif ukoll spreads ħelwin, gomom, u xorb tat-trab taċ-ċikkulata, prinċipalment fi Franza u fil-Belġju. Din tiġbor flimkien marki bħal Carambar, Lutti, Poulain u Terry. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.12086 — FERRERO GROUP / CPK
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5260/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)