Official Journal L 072 , 21/03/2000 P. 0021 - 0022
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta' Marzu 2000 li tistabbilixxi allokazzjoni indikattiva bejn pajjiżi benefiċjarji ta' l-ammont totali ta' għajnuna Komunitarja taħt l-Istrument għall-Politika Strutturali ta' Qabel l-Adeżjoni. (innotifikata taħt id-dokument numru Ċ(2000) 552) (2000/229/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita‘ Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1267/1999 tal-21 ta' Ġunju 1999 li jistabbilixxi Strument għall-Politika Strutturali ta' Qabel l-Adeżjoni [1], minn issa 'l quddiem imsejjaħ "ISPA", u partikolarment l-ewwel subparagrafu ta'l-Artikolu 4 tiegħu, Billi: (1) It-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 1267/1999 jelenka l-pajjiżi li jikkwalifikaw għall-ISPA. (2) L-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1267/1999 jistabbilixxi li l-allokazzjoni indikattiva bejn pajjizi benefiċjarji ta' l-ammont totali ta' l-għajnuna Komunitarja taħt ISPA għandha ssir mill-Kummissjoni fuq il-bażi tal-kriterji tal-popolazzjoni, il-prodott gross domestiku (GDP) għal kull abitant f'dik li hi parità fil-kapaċità ta'l-akkwist u l-qies superfiċjali. Din l-allokazzjoni tista' tigi aġġustata skond it-tieni subparagrafu ta'l-istess Artikolu. (3) L-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1267/1999 jistipula li, ma' l-Adeżjoni fl-Unjoni Ewropea, il-pajjiż jitlef id-dritt tiegħu għall-għajnuna mill-ISPA u li l-istess finanzjament hekk rilaxxjat jiġi allokat mill-ġdid fost pajjiżi benefiċjarji oħra. (4) Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni għall-Istrument għal Politika Strutturali ta' Qabel l-Adeżjoni, ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 L-allokazzjoni indikattiva bejn pajjiżi benefiċjarji ta' l-ammont totali ta' għajnuna Komunitarja taħt ISPA qed tiġi spjegata fl-Anness ta' hawnhekk. L-allokazzjoni indikattiva għandha tiġi aġġustata jekk pajjiż benefiċjarju, bis-saħħa ta' l-Adeżjoni fl-Unjoni Ewropea, jitlef id-dritt tiegħu għall-għajnuna ISPA. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni qed tiġi indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fis-7 ta' Marzu 2000. Għall-Kummissjoni Michel Barnier Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 161, tas-26.6.1999, p. 73. -------------------------------------------------- ANNESS Allokazzjoni indikattiva bejn il-pajjiżi benefiċjarji ta' l-ammont totali ta' l-għajnuna taħt l-Istrument għall-Politika Strutturali ta' Qabel l-Adeżjoni - Il-Bulgarija: | bejn 8,0 % u 12,0 % tat-total | - Ir-Repubblika Ċeka: | bejn 5,5 % u 8,0 % tat-total | - L-Estonja: | bejn 2,0 % u 3,5 % tat-total | - L-Ungerija: | bejn 7,0 % u 10,0 % tat-total | - Il-Litwanja: | bejn 4,0 % u 6,0 % tat-total | - Il-Latvja: | bejn 3,5 % u 5,5 % tat-total | - Il-Polonja: | bejn 30,0 % u 37,0 % tat-total | - Ir-Rumanija: | bejn 20,0 % u 26,0 % tat-total | - Is-Slovenja: | bejn 1,0 % u 2,0 % tat-total | - Is-Slovakkja: | bejn 3,5 % u 5,5 % tat-total | --------------------------------------------------