|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1900 |
23.9.2025 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1900
tat-22 ta’ Settembru 2025
li tistabbilixxi l-programm annwali ta’ kontrolli għall-2026 li għandu jitwettaq mill-esperti tal-Kummissjoni fl-Istati Membri biex jivverifikaw l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-katina agroalimentari
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u l-benesseri tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 118(1), il-punt (a), tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-responsabbiltà għall-infurzar tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-katina agroalimentari tinsab f’idejn l-Istati Membri, li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jorganizzaw kontrolli uffiċjali biex jimmonitorjaw u jivverifikaw li r-rekwiżiti rilevanti tal-Unjoni jkunu rispettati u infurzati b’mod effettiv. B’mod parallel ma’ dan il-monitoraġġ u l-ivverifikar, l-Artikolu 116 tar-Regolament (UE) 2017/625 jirrikjedi li l-esperti tal-Kummissjoni jwettqu kontrolli, inklużi awditi, fl-Istati Membri biex jivverifikaw l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Dawn il-kontrolli tal-Kummissjoni jenħtieġ li jitwettqu fl-oqsma tas-sikurezza tal-ikel u tal-għalf, tas-saħħa u l-benesseri tal-annimali, tas-saħħa tal-pjanti, tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, tal-organiżmi modifikati ġenetikament, tal-prodotti sekondarji mill-annimali, tal-prodotti organiċi, u fil-funzjonament tas-sistemi ta’ kontroll nazzjonali u tal-awtoritajiet kompetenti li jħaddmuhom, filwaqt li jingħata kas tas-sinerġiji mal-arranġamenti ta’ kontroll skont il-politika agrikola komuni (PAK). |
|
(2) |
Il-Kummissjoni elaborat programm annwali ta’ kontrolli għall-2026. Dawn il-kontrolli jenħtieġ li jitwettqu mill-esperti tal-Kummissjoni fl-Istati Membri biex jivverifikaw l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni fl-oqsma msemmijin hawn fuq. Matul il-proċess ta’ prijoritizzazzjoni l-Kummissjoni għamlet użu minn kriterji differenti, fost l-oħrajn l-identifikazzjoni tar-riskju għall-konsumaturi, għall-annimali, jew għall-pjanti, ir-riżultati miksubin fl-imgħoddi mill-Istati Membri fil-qasam, il-volum tal-produzzjoni, l-informazzjoni minn sorsi rilevanti (pereżempju, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel) u mill-elementi tas-sistema ta’ ġestjoni tal-informazzjoni għall-kontrolli uffiċjali (IMSOC). |
|
(3) |
Dan il-programm annwali ta’ kontrolli jikkontribwixxi għall-qasam prijoritarju tal-Kummissjoni “Is-sigurtà tal-ikel, l-ilma, u n-natura” (2). Jikkontribwixxi wkoll għall-monitoraġġ tal-PAK skont ir-regoli dwar il-kundizzjonalità stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Il-kontrolli stabbiliti fil-programm jippermettu lill-Kummissjoni tissodisfa l-obbligi legali tagħha li tissorvelja l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni billi tivverifika li l-kontrolli uffiċjali fl-Istati Membri fl-oqsma rilevanti jkunu konformi mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. |
|
(4) |
Dan il-programm annwali ta’ kontrolli jenħtieġ li jqis il-kategoriji tal-mard elenkat stabbiliti f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 (5). |
|
(5) |
F’konformità mal-Artikolu 38(4) tar-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), l-Artikolu 118 tar-Regolament (UE) 2017/625 ma għandux japplika għall-kontrolli, inklużi l-awditi, tal-indikazzjonijiet ġeografiċi. |
|
(6) |
Minħabba li din id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tikkonċerna l-programm annwali ta’ kontrolli għall-2026, li japplika mill-1 ta’ Jannar 2026 ’il quddiem, jenħtieġ li d-data tal-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tiġi differita biex tikkoinċidi ma’ dik id-data, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-programm annwali ta’ kontrolli għall-2026 li għandu jitwettaq mill-esperti tal-Kummissjoni fl-Istati Membri kif previst fl-Artikolu 116(1) tar-Regolament (UE) 2017/625 huwa stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2026.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Settembru 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2017/625/oj.
(2) Il-Linji Gwida Politiċi 2024–2029, paġna 21.
(3) Ir-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 (ĠU L 435, 6.12.2021, p. 187, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/2116/oj ).
(4) Ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/429/oj).
(5) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 tat-3 ta’ Diċembru 2018 dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard għal kategoriji ta’ mard elenkat u li jistabbilixxi lista ta’ speċijiet u gruppi ta’ speċijiet li jippreżentaw riskju konsiderevoli għat-tixrid ta’ dak il-mard elenkat (ĠU L 308, 4.12.2018, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/1882/oj).
(6) Ir-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 dwar indikazzjonijiet ġeografiċi għall-inbid, ix-xorb spirituż u l-prodotti agrikoli, kif ukoll l-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti u t-termini tal-kwalità mhux obbligatorji għall-prodotti agrikoli, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013, (UE) 2019/787 u (UE) 2019/1753 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 (ĠU L, 2024/1143, 23.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1143/oj).
ANNESS
Programm annwali tal-kontrolli għall-2026
|
Qasam |
Qasam ta’ prijorità |
Aspetti ewlenin fl-2026 |
|
L-ikel u s-sikurezza tal-ikel |
L-ikel li joriġina mill-annimali |
Is-sikurezza tal-prodotti tal-laħam u tal-preparati tal-laħam Is-sikurezza tal-ħut u tal-prodotti tas-sajd |
|
Il-materjali li jiġu f’kuntatt mal-ikel |
Il-materjali li jiġu f’kuntatt mal-ikel u li fihom il-plastik riċiklat |
|
|
Ir-residwi f’annimali ħajjin u f’ikel li joriġina mill-annimali |
Is-sikurezza kimika – ir-residwi ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi, pestiċidi, u kontaminanti |
|
|
L-għalf u s-sikurezza tal-għalf |
Is-sikurezza tal-għalf |
L-għalf medikat (Saħħa Waħda) |
|
Saħħet l-annimali |
Il-mard tal-kategorija A skont ir-Regolament (UE) 2016/429 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 |
Id-deni tal-ħnieżer Afrikan L-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja Il-ġidri tan-nagħaġ u tal-mogħoż |
|
Il-mard tal-kategorija B u C skont ir-Regolament (UE) 2016/429 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 |
Is-sistema tal-monitoraġġ għall-mard tal-kategoriji B u C |
|
|
It-tħejjija u l-prevenzjoni |
L-ippjanar ta’ kontinġenza L-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja (Saħħa Waħda) Il-mard li jinġarr minn vettur (Saħħa Waħda) |
|
|
Il-benesseri tal-annimali |
Fl-istabbilimenti agrikoli |
Il-pollam |
|
It-trasport |
It-trasport bil-baħar |
|
|
Saħħet il-pjanti |
It-tifqigħat tal-pesti tal-pjanti |
It-tifqigħat tal-pesti tal-pjanti li jippreżentaw theddida sinifikanti |
|
It-tħejjija u l-prevenzjoni |
L-istħarriġiet u l-ippjanar ta’ kontinġenza |
|
|
Il-PPP u l-SUD |
Il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (PPP) u d-Direttiva dwar l-Użu Sostenibbli tal-Pestiċidi (SUD) |
L-awtorizzazzjoni, il-kummerċjalizzazzjoni, u l-użu tal-PPP L-użu sostenibbli tal-pestiċidi |
|
Il-kwalità tal-ikel |
Il-biedja organika |
Il-biedja organika |
|
Id-dħul fl-Unjoni ta’ annimali u merkanzija minn pajjiżi terzi |
Il-kontrolli uffiċjali fuq l-annimali u l-merkanzija |
L-annimali u l-merkanzija |
|
Aspetti ġenerali fil-katina agroalimentari |
L-organiżmi modifikati ġenetikament (OGM) |
L-OĠM fl-għalf |
|
Sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, problemi emerġenti, u żviluppi ġodda |
Sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, problemi emerġenti, u żviluppi ġodda |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/1900/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)