|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/1816 |
23.7.2026 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2026/1816
tas-23 ta’ Lulju 2026
li timplimenta d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK tal-15 ta’ Ottubru 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fil-15 ta’ Ottubru 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/642/PESK. |
|
(2) |
Minħabba l-gravità tas-sitwazzjoni, jenħtieġ li żewġ persuni ġuridiċi jiġu inklużi mal-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi li jinsabu fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2012/642/PESK. Barra minn hekk, huwa xieraq li jiżdiedu erba’ entitajiet ġodda mal-lista ta’ persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi li tinsab fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2012/642/PESK, li hija l-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi soġġetti għal restrizzjonijiet fir-rigward tal-awtorizzazzjonijiet għall-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ oġġetti u teknoloġija b’użu doppju, u oġġetti u teknoloġija li jistgħu jikkontribwixxu għat-titjib militari u teknoloġiku tal-Belarussja, jew għall-iżvilupp tas-settur tad-difiża u s-sigurtà tagħha. |
|
(3) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2012/642/PESK tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2012/642/PESK huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, bl-eċċezzjoni tal-emendi għall-Anness II tad-Deċiżjoni 2012/642/PESK, li għandhom jidħlu fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-23 ta’ Lulju 2026.
Għall-Kunsill
Il-President
T. BYRNE
(1) ĠU L 285, 17.10.2012, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/642/oj.
ANNESS
L-Annessi tad-Deċiżjoni 2012/642/PESK huma emendati kif ġej:
|
(1) |
fl-Anness I, l-entrati li ġejjin jiżdiedu mal-lista li tinsab fit-taqsima “B. Persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi msemmija fl-Artikolu 4(1)”:
|
|
(2) |
fl-Anness II, l-entitajiet li ġejjin jiddaħħlu fil-lista ta’ persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi msemmija fl-Artikoli 2c(7), 2d(7) u 2da: “CHIP AND DIP LLC OJSC Rogachev Plant Diaprojector DISPLAY DESIGN BUREAU JSC CJSC ‘Hull Products Plant’.” |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2026/1816/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)