|
30.1.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 33/18 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8741 — KSS Holdings/Takata Corporation)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 33/09)
|
1. |
Fis-17 ta’ Jannar 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
KSS takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll uniku ta’ Takata kollha kemm hi. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ assi. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — KSS: attiva fir-riċerka u l-iżvilupp, id-disinn, il-manifattura, il-kummerċjalizzazzjoni u l-bejgħ ta’ sistemi ta’ sikurezza tal-karozzi, u b’mod aktar speċifiku ta’ prodotti ta’ sikurezza passiva bħaċ-ċinturini tas-sikurezza, l-airbags u r-roti tal-istering, — Takata: kumpanija tas-sistemi ta’ sikurezza tal-karozzi li tforni klijenti kbar tal-karozzi b’firxa ta’ prodotti li jinkludu ċ-ċinturini tas-sikurezza, is-sistemi tal-airbags, roti tal-istering, siġġijiet għat-tfal u apparat elettroniku bħal sensuri tas-satellita u unitajiet ta’ kontroll elettroniku. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata: M.8741 — KSS Holdings/Takata Corporation Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).