KONKLUŻJONIJIET TAL-AVUKAT ĠENERALI
CAMPOS SÁNCHEZ-BORDONA
ippreżentati fit‑28 ta’ Mejju 2020 ( 1 )
Kawża C‑620/18
L-Ungerija
vs
Il-Parlament Ewropew,
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
“Rikors għal annullament — Direttiva (UE) 2018/957 — Direttiva (UE) 96/71 — Kollokament ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ provvista ta’ servizzi — Standards relatati mal-kundizzjonijiet tax-xogħol, il-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema — Bażi legali mhux adattata — Użu ħażin ta’ poter — Restrizzjonijiet diskriminatorji, mhux meħtieġa jew sproporzjonati — Ksur tal-prinċipju ta’ libertà li jiġu pprovduti servizzi — Remunerazzjoni tal-ħaddiema kkollokati — Ħaddiema kkollokati fit-tul — Ksur tar-Regolament (KE) Nru 593/2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali — Ksur tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ ċarezza leġiżlattiva — Azzjonijiet kollettivi tal-ħaddiema — Trasport bit-triq”
|
1. |
Prinċipalment, l-Ungerija titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja l-annullament tad-Direttiva (UE) 2018/957 ( 2 ) li temenda d-Direttiva 96/71/KE ( 3 ) dwar l-istazzjonar ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi. Sussidjarjament, hija titlob l-annullament ta’ diversi dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2018/957. |
I. Il-kuntest ġuridiku
A. Direttiva 96/71
|
2. |
Id-Direttiva 96/71 ġiet adottata abbażi tal-Artikoli 57(2) u 66 tat-Trattat KE (li llum huma l-Artikoli 53(1) TFUE u 62 TFUE). |
|
3. |
Skont l-Artikolu 3(1) tagħha, din id-direttiva kellha l-għan li tiggarantixxi lill-ħaddiema kkollokati fit-territorju tal-Istati Membri l-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-impjieg li jkopru l-kwistjonijiet previsti fih li, fl-Istat Membru fejn jitwettaq ix-xogħol, kienu rregolati minn liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi, jew minn ftehim kollettiv jew minn sentenzi ta’ arbitraġġ iddikjarati universalment applikabbli. |
|
4. |
Fost il-kwistjonijiet imsemmija fid-Direttiva 96/71, fl-Artikolu 3(1)(c) tagħha jinsabu r-rati minimi ta’ salarju, inklużi r-rati ta’ sahra. |
B. Direttiva 2018/957
|
5. |
Id-Direttiva 2018/957 għandha bħala bażi legali l-Artikoli 53(1) TFUE u 62 TFUE. |
|
6. |
L-Artikolu 1(1)(b) tad-Direttiva 2018/957 jintroduċi dawn il-paragrafi fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 96/71: “1. Din id-Direttiva għandha tiżgura l-protezzjoni ta’ ħaddiema stazzjonati [ikkollokati] matul l-istazzjonar [il-kollokament] tagħhom fir-rigward tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi, billi jiġu stipulati dispożizzjonijiet obbligatorji rigward il-kondizzjonijiet tax-xogħol u l-protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema li għandhom jiġu rrispettati. 1a. Din id-Direttiva ma għandha bl-ebda mod taffettwa l-eżerċizzju tad-drittijiet fundamentali kif rikonoxxuti fl-Istati Membri u fil-livell tal-Unjoni, inkluż id-dritt jew il-libertà tal-istrajk jew li jittieħdu azzjonijiet oħra koperti bis-sistemi speċifiċi ta’ relazzjonijiet industrijali fl-Istati Membri, f’konformità mal-liġi u/jew il-prassi nazzjonali. Lanqas ma taffettwa d-dritt tan-negozjar, il-konklużjoni u l-infurzar ta’ ftehimiet kollettivi, jew li tittieħed azzjoni kollettiva f’konformità mal-liġi u/jew il-prassi nazzjonali”. |
|
7. |
L-Artikolu 1(2)(a) tad-Direttiva 2018/957 jemenda l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 96/71, li jissostitwixxi b’dan it-test: “1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw, irrispettivament minn liema liġi tkun tapplika għar-relazzjonijiet tal-impjieg, li impriżi kif imsemmi fl-Artikolu 1(1) jiggarantixxu, abbażi ta’ ugwaljanza ta’ trattament, lill-ħaddiema li jkunu stazzjonati [kkollokati] fit-territorju tagħhom it-termini u l-kondizzjonijiet tal-impjieg li jkopru l-kwistjonijiet li ġejjin li jkunu stipulati fl-Istat Membru fejn jitwettaq ix-xogħol:
Il-punt (i) għandu japplika esklużivament għal spejjeż tal-ivvjaġġar, l-ikel u l-alloġġ imġarrba minn ħaddiema stazzjonati [kkollokati] fejn huma jkunu meħtieġa li jivvjaġġa lejn il-post regolari tax-xogħol tagħhom fl-Istat Membru li ġew stazzjonati fit-territorju tiegħu, u lura, jew fejn jintbagħtu temporanjament mill-impjegatur tagħhom minn dak il-post regolari tax-xogħol lejn post tax-xogħol ieħor. Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, il-kunċett ta’ remunerazzjoni għandu jiġi ddeterminat mil-liġi u/jew il-prattika nazzjonali tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jiġi stazzjonat [kkollokat] il-ħaddiem u jfisser l-elementi kostitwenti kollha tar-remunerazzjoni magħmula obbligatorji permezz ta’ dispożizzjonijiet leġislattivi, regolamentari jew amministrattivi, ftehimiet kollettivi jew sentenza ta’ arbitraġġ nazzjonali li, f’dak l-Istat Membru, tkun ġiet iddikjarata universalment applikabbli jew tapplika mod ieħor f’konformità mal-paragrafu 8. […]” |
|
8. |
L-Artikolu 1(2)(b) tad-Direttiva 2018/957 jinkorpora l-paragrafu 1a fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 96/71, li huwa fformulat kif ġej: “1a. Fejn id-durata effettiva tal-stazzjonar [kollokament] taqbeż it‑12-il xahar, l-Istati Membri għandhom jiżguraw, irrispettivament minn liema liġi tapplika għar-relazzjonijiet tal-impjieg, li impriżi kif imsemmi fl-Artikolu 1(1) jiggarantixxu, abbażi ta’ ugwaljanza ta’ trattament, lill-ħaddiema stazzjonati [kkollokati] li jkunu fit-territorju tagħhom, flimkien mat-termini u l-kondizzjonijiet tal-impjieg imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, it-termini u l-kondizzjonijiet applikabbli kollha tal-impjieg li jkunu stipulati fl-Istat Membru fejn jitwettaq ix-xogħol:
L-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu ma għandux japplika għall-kwistjonijiet li ġejjin:
Fejn il-fornitur ta’ servizz jippreżenta notifika motivata, l-Istat Membru fejn jiġi pprovdut is-servizz għandu jestendi l-perijodu msemmi fl-ewwel subparagrafu għal 18-il xahar. Fejn impriża kif imsemmi fl-Artikolu 1(1) tissostitwixxi ħaddiem stazzjonat [ikkollokat] b’ħaddiem stazzjonat ieħor li jwettaq l-istess xogħol fl-istess post, id-durata tal-istazzjonament [kollokament], għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, għandha tkun id-durata kumulattiva tal-perijodi ta’ stazzjonament tal-ħaddiema stazzjonatib individwali kkonċernati. Il-kunċett ta’ ‘l-istess xogħol fl-istess post’ imsemmi fir-raba’ subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandu jiġi ddeterminat filwaqt li jittieħed kont fost l-oħrajn tan-natura tas-servizz li għandu jiġi pprovdut, ix-xogħol li għandu jitwettaq u l-indirizz(i) tal-post tax-xogħol”. |
|
9. |
Skont l-Artikolu 1(2)(c) tad-Direttiva 2018/957, l-Artikolu 3(7) tad-Direttiva 96/71 issa huwa redatt kif ġej: “7. Il-paragrafi 1 sa 6 m’għandhomx jipprevjenu l-applikazzjoni ta’ termini u kondizzjonijiet ta’ impjieg li huma aktar favorevoli għall-ħaddiema. L-allowances speċifiċi għall-istazzjonament [kollokament] għandhom jitqiesu bħala parti mir-remunerazzjoni, sakemm ma jitħallsux bħala rimborż ta’ spejjeż effettivament imġarrba minħabba l-istazzjonament, bħal spejjeż tal-ivvjaġġar, tal-ikel u tal-alloġġ. Min iħaddem jenħtieġ li, mingħajr preġudizzju għall-punt (h) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, jirrimborża lill-ħaddiema stazzjonat [kkollokati] għal tali spejjeż f’konformità mal-liġi u/jew il-prattika nazzjonali applikabbli għar-relazzjoni ta’ impjieg. Fejn it-termini u l-kondizzjonijiet ta’ impjieg applikabbli għar-relazzjoni tal-impjieg ma jiddeterminawx jekk u, fil-każ li iva liema, elementi tal-allowance speċifika għall-istazzjonament [kollokament] jitħallsux bħala rimborż ta’ spejjeż effettivament imġarrba minħabba l-istazzjonament jew li humiex parti mir-remunerazzjoni, allura l-allowance sħiħa għandha titqies li tkun tħallset bħala rimborż ta’ spejjeż effettivament”. |
|
10. |
Skont l-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2018/957: “Din id-Direttiva għandha tapplika għas-settur tat-trasport bit-triq mid-data tal-applikazzjoni ta’ att leġislattiv li jemenda d-Direttiva 2006/22/KE fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ infurzar u li jistabbilixxi regoli speċifiċi fir-rigward tad-Direttiva 96/71/KE u d-Direttiva 2014/67/UE [tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal‑15 ta’ Mejju 2014 dwar l-infurzar tad-Direttiva 96/71/KE u li temenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (‘Ir-Regolament tal-IMI’ (ĠU 2014, L 159, p. 11)] għall-istazzjonar tax-xufiera fil-qasam tat-trasport bit-triq”. |
II. Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u t-talbiet tal-partijiet
|
11. |
Il-Gvern Ungeriż jitlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tannulla d-Direttiva 2018/957 fl-intier tagħha. Sussidjarjament, tillimita t-talbiet tagħha għall-annullament ta’:
|
|
12. |
Il-Gvern Ungeriż jitlob ukoll li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jiġu kkundannati għall-ispejjeż. |
|
13. |
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jitolbu lill-Qorti tal-Ġustizzja tiċħad ir-rikors u tikkundanna lill-Ungerija għall-ispejjeż. |
|
14. |
Franza, il-Ġermanja il-Pajjiżi l-Baxxi u l-Kummissjoni tħallew jintervjenu fil-proċedura insostenn tat-talbiet tal-Parlament u tal-Kunsill. Kollha kemm huma ressqu osservazzjonijiet bil-miktub minkejja li l-Pajjiżi l-Baxxi llimitaw lilhom infushom sabiex jappoġġjaw l-argumenti tal-Kunsill u tal-Parlament Ewropew. |
|
15. |
Skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 16 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-Gvern Ungeriż talab li l-kawża tiġi deċiża mill-Awla Manja. |
|
16. |
Fis-seduta tat‑3 ta’ Marzu 2020 ħadu sehem il-Kunsill, il-Parlament, il-Kummissjoni kif ukoll il-Gvern Ungeriż, Franċiż, Ġermaniż, u dak tal-Pajjiżi l-Baxxi. |
III. Kunsiderazzjonijiet preliminari
|
17. |
Il-kollokament tal-ħaddiema ( 4 ) fil-kuntest tal-provvista ta’ servizzi transnazzjonali bejn l-Istati Membri dejjem kienet kwistjoni sensittiva fi ħdan l-Unjoni Ewropea. Minkejja l-importanza ekonomika żgħira tagħhom f’termini relattivi ( 5 ), ir-regolamentazzjoni ġuridika tagħhom tat lok għal kontroversji, peress li huma involuti żewġ tipi ta’ loġika opposti fir-regolamentazzjoni tagħhom:
|
|
18. |
Id-diffikultajiet fir-regolamentazzjoni tal-kollokament transnazzjonali tal-ħaddiema jirriżultaw, fil-mertu, mill-fatt li l-Unjoni ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tarmonizza l-kundizzjonijiet tax-xogħol. Huma l-Istati Membri li għandhom din il-ġurisdizzjoni, li tirriżulta f’differenzi notevoli bejn il-kundizzjonijiet tax-xogħol u ta’ salarju ta’ kull wieħed minnhom ( 6 ). |
|
19. |
Il-kollokament transnazzjonali tal-ħaddiema, minbarra r-regoli tax-xogħol tal-Istati kkonċernati kif ukoll dawk dwar il-libertà li jiġu pprovduti servizzi tal-Unjoni, huwa suġġett għar-regoli tad-dritt internazzjonali privat tal-Unjoni (dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali), għar-regoli tas-sigurtà soċjali tal-Unjoni u tal-Istati Membri kkonċernati kif ukoll għal dawk ta’ natura fiskali. Dan l-issuġġettar multiplu jżid id-diffikultajiet li jiġi rregolat. |
A. Il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-ħaddiema kkollokati fil-kuntest tal-provvista transnazzjonali ta’ servizzi
|
20. |
Qabel ma jiġu armonizzati l-leġiżlazzjonijiet f’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja kellha tiddeċiedi dwar liema liġi għandha tiġi applikata għall-ħaddiema kkollokati ( 7 ). Mingħajr dubju, din l-impożizzjoni mill-Istat ta’ destinazzjoni sabiex jiġu ssodisfatti r-regoli tax-xogħol tiegħu tkun ixxekkel il-provvista tas-servizzi tagħhom lill-impriżi ta’ Stati oħra li jixtiequ jkollhom dawn it-tipi ta’ ħaddiema. |
|
21. |
L-approċċ adottat mill-Qorti tal-Ġustizzja fir-rigward tal-miżuri nazzjonali f’dan il-qasam kien dak li normalment jintuża fil-qasam tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi. Huwa jiddetermina, l-ewwel nett, jekk ir-regola nazzjonali tagħmilx iktar diffiċli l-provvista transnazzjonali ta’ servizzi bil-kollokament ta’ ħaddiema u, jekk dan ikun il-każ, tużax it-test ta’ proporzjonalità sabiex tibbilanċja jekk din tkunx iġġustifikata minn rekwiżit imperattiv, jiġifieri, minn motiv ta’ interess ġenerali li jistħoqqlu protezzjoni. |
|
22. |
Skont ġurisprudenza stabbilita, l-Artikolu 56 TFUE ma jeżiġix biss l-eliminazzjoni ta’ kull diskriminazzjoni kontra l-fornitur ta’ servizzi stabbilit fi Stat Membru ieħor minħabba n-nazzjonalità tiegħu, iżda wkoll it-tneħħija ta’ kull restrizzjoni, anki jekk din tapplika mingħajr distinzjoni għall-fornituri nazzjonali ta’ servizzi u għal dawk ta’ Stati Membri oħra, meta din tkun ta’ natura li tipprojbixxi, tfixkel jew tagħmel inqas attraenti l-attivitajiet tal-fornitur stabbilit fi Stat Membru ieħor ( 8 ). |
|
23. |
Il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat bħala restrittivi l-miżuri nazzjonali li jobbligaw lill-persuna li timpjega li fl-Istat ospitanti jħallas il-kwota tas-sidien tal-kontribuzzjonijiet lis-Sigurtà Soċjali li tikkorrispondi għall-ħaddiema li huma jikkollokaw ( 9 ), jew li jħallsu l-kontribuzzjonijiet abbażi ta’ “bolol ta’ lealtà” u ta’ “bolol għat-temp ħażin”, meta jħallsu kontribuzzjonijiet simili fl-Istat ta’ oriġini tagħhom ( 10 ). |
|
24. |
Hija ddeċidiet ukoll li regola nazzjonali li tipprevedi, fil-kuntest tal-kollokament ta’ ħaddiema, l-obbligu li jitfasslu u li jinżammu dokumenti soċjali u tax-xogħol fl-Istat Membru ospitanti jista’ jwassal għal spejjeż u piżijiet amministrattivi u ekonomiċi addizzjonali għall-impriżi stabbiliti fi Stat Membru ieħor u għaldaqstant tikkostitwixxi restrizzjoni għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi ( 11 ). |
|
25. |
Madankollu, il-miżuri nazzjonali restrittivi jistgħu jiġu ġġustifikati sakemm jissodisfaw raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali u sakemm: a) dan l-interess ma jkunx imħares mir-regoli li jirregolaw il-fornitur tas-servizzi fl-Istat Membru ta’ stabbiliment; u b) dawn ir-regoli jkunu adegwati sabiex jiggarantixxu t-twettiq tal-għan imfittex u ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dan l-għan (jiġifieri li jkunu proporzjonati) ( 12 ). |
|
26. |
Fost ir-raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali aċċettati mill-Qorti tal-Ġustizzja insostenn tal-applikazzjoni tal-miżuri tax-xogħol tal-Istat ta’ destinazzjoni għall-ħaddiema kkollokati hemm: (a) il-protezzjoni tal-ħaddiema ( 13 ); (b) “il-protezzjoni soċjali tal-ħaddiema” ( 14 ) [traduzzjoni mhux uffiċjali]; (c) il-“protezzjoni soċjali tal-ħaddiema fis-settur tal-kostruzzjoni” ( 15 ) [traduzzjoni mhux uffiċjali]; (d) il-prevenzjoni tal-kompetizzjoni żleali min-naħa ta’ impriżi li jħallsu lill-ħaddiema kkollokati tagħhom f’livell inferjuri għal dak li jikkorrispondi għas-salarju minimu, peress li dan l-għan jinkludi miżura ta’ protezzjoni tal-ħaddiema permezz tal-ġlieda kontra d-“dumping” soċjali ( 16 ), u e) il-ġlieda kontra l-frodi. |
|
27. |
Fis-sentenza Seco u Desquenne & Giral ( 17 ) il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li fin-nuqqas ta’ armonizzazzjoni l-Istati Membri jistgħu jobbligaw lill-persuna li timpjega ħaddiema kkollokati bil-għan li jipprovdu servizzi sabiex pereżempju jħallsulhom ir-remunerazzjoni minima applikabbli fl-Istat Membru ospitanti, anki jekk dawn il-ħaddiema jwettqu l-attività tagħhom biss temporanjament fit-territorju tal-Istat Membru ospitanti u indipendentement mill-pajjiż fejn hija stabbilita l-persuna li timpjega. L-Istati Membri jistgħu wkoll jimponu l-obbligu ta’ konformità ma’ dawn ir-regoli tax-xogħol ( 18 ). |
|
28. |
L-adozzjoni tad-Direttiva 96/71 naqqset, iżda ma neħħietx, il-kawżi li fihom il-Qorti tal-Ġustizzja evalwat il-kompatibbiltà tal-miżuri nazzjonali restrittivi tal-kollokament tal-ħaddiema mal-Artikolu 56 TFUE. |
|
29. |
Peress li d-Direttiva 96/71 ma kinitx tinkludi dispożizzjonijiet sabiex jiġi sostnut l-għan li r-regoli sostantivi tagħha jintlaħqu, il-Qorti tal-Ġustizzja kompliet tagħmel uu mill-Artikolu 56 TFUE sabiex tiddeċiedi dwar ir-restrizzjonijiet nazzjonali imposti f’dan il-qasam. Din is-sitwazzjoni tinbidel bid-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2014/67. |
|
30. |
B’mod partikolari, l-istħarriġ tar-regoli amministrattivi nazzjonali anċillari intiżi sabiex jippermettu l-verifika tal-osservanza tal-kundizzjonijiet tax-xogħol applikabbli għall-ħaddiema tkompla permezz tal-applikazzjoni tal-Artikolu 56 TFUE ( 19 ):
|
B. Armonizzazzjoni tal-liġijiet permezz ta’ direttivi
1. Id-Direttiva 96/71 u l-emendi tagħha qabel l‑2018
|
31. |
Peress li kellhom dubji dwar liema regoli tad-dritt nazzjonali tax-xogħol jistgħu jiġu rikjesti mill-impriżi li jikkollokaw il-ħaddiema tagħhom, l-Istati Membri ħeġġew lil-leġiżlatur tal-Unjoni sabiex jarmonizza dawn il-leġiżlazzjonijiet. |
|
32. |
Id-Direttiva 96/71 tirregola tliet tipi ta’ kollokament: a) il-provvista diretta ta’ servizzi minn impriża fil-kuntest ta’ kuntratt ta’ servizzi ( 24 ); b) il-kollokament fil-kuntest ta’ stabbiliment jew ta’ impriża li tappartjeni għall-istess grupp (“kollokament fi ħdan il-gruppi”), u c) il-kollokament permezz tat-trasferiment ta’ ħaddiem minn impriża ta’ impjieg temporanju stabbilita fi Stat Membru ieħor. |
|
33. |
Id-Direttiva 96/71 kienet intiża sabiex tħeġġeġ il-provvista transnazzjonali ta’ servizzi permezz tal-ħolqien ta’ klima ta’ kompetizzjoni leali u permezz ta’ miżuri li jiggarantixxu r-rispett tad-drittijiet tal-ħaddiema kkollokati. |
|
34. |
L-għan tagħha kien, għaldaqstant, li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-kundizzjonijiet tal-impjieg u tax-xogħol applikabbli fil-kuntest ta’ relazzjoni ta’ xogħol imwettqa f’kuntest transnazzjonali. Għal dan il-għan, hija kienet intiża sabiex tikkoordina l-leġiżlazzjonijiet tal-Istati Membri “sabiex jistabbilixxu nukleu ta’ regoli obbligatorji għall-protezzjoni minima li jkunu osservati fil-pajjiz li jilqa’ għandu minn min iħaddem li jibgħat ħaddiema biex jagħmlu xogħol temporanju fit territorju ta’ Stat Membru fejn is-servizzi huma pprovduti” ( 25 ). |
|
35. |
Dawn l-għanijiet huma riprodotti fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 96/71:
|
|
36. |
L-implimentazzjoni tad-Direttiva 96/71 kienet diffiċli sa mill-bidu nett, minħabba n-nuqqas ta’ ċarezza u ta’ preċiżjoni ta’ xi wħud mit-termini u l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tagħha ( 27 ). |
|
37. |
Il-Qorti tal-Ġustizzja pprovat tikkjarifika wħud mill-kunċetti l-iktar rilevanti f’dan il-qasam:
|
|
38. |
Is-sentenza Laval un Partneri kienet ta’ importanza partikolari, peress li: a) minn naħa, ikkonfermat li l-Istati Membri għandhom l-obbligu li jipprovdu l-livell minimu ta’ protezzjoni previst mil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom lill-ħaddiema kkollokati; u b) min-naħa l-oħra, hija ddikjarat li, bla ħsara għall-possibbiltà li l-impriżi stabbiliti fi Stati Membri oħra jipparteċipaw volontarjament fl-Istat Membru ospitanti, b’mod partikolari fil-kuntest ta’ impenn meħud fir-rigward tal-persunal ikkollokat tagħhom, fi ftehim kollettiv ta’ xogħol eventwalment iktar favorevoli, il-livell ta’ protezzjoni li għandu jiġi żgurat lill-ħaddiema kkollokati fit-territorju tal-Istat Membru ospitanti huwa, bħala prinċipju, limitat għal dak previst fil-punti (a) sa (g) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 96/71 ( 29 ). |
|
39. |
Barra minn hekk, f’din is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-Artikolu 3 tad-Direttiva 96/71 (flimkien mal-Artikolu 56 TFUE) kellhom jiġu interpretati fis-sens li kienu jipprekludu l-fatt li organizzazzjoni sindakali tista’ tipprova ġġiegħel, permezz ta’ azzjoni kollettiva fil-forma ta’ mblokk ta’ siti ta’ kostruzzjoni, lil fornitur tas-servizzi stabbilit fi Stat Membru ieħor jibda magħha negozjati dwar ir-rati ta’ salarju li għandhom jitħallsu lill-ħaddiema kkollokati u intiżi sabiex iġiegħluh jaderixxi ma’ ftehim kollettiv li l-klawżoli tiegħu jinkludu, għal xi wħud minn dawn l-oqsma, kundizzjonijiet iktar favorevoli minn dawk idderivati mid-dispożizzjonijiet legali rilevanti, filwaqt li klawżoli oħra jirreferu għal kwistjonijiet mhux inklużi fl-Artikolu 3 ta’ din id-direttiva ( 30 ). |
|
40. |
Is-sentenza Laval un Partneri ġiet ippreċeduta mis-sentenza International Transport Workers’ Federation u Finnish Seamen’s Union ( 31 ) u ġiet segwita mis-sentenzi Rüffert u Il‑Kummissjoni vs Il‑Lussemburgu ( 32 ), li fihom ġie kkunsidrat li ċerti miżuri protettivi tal-ħaddiema li jirrestrinġu l-libertà li jiġu pprovduti servizzi jew il-libertà ta’ stabbiliment ma humiex iġġustifikati. |
|
41. |
Din il-ġurisprudenza ġiet interpretata mis-sindakati bħala sfavorevoli għall-interessi tal-ħaddiema kkollokati ( 33 ) u ġiet ikkritikata peress li dehret li qiegħda tibdel id-Direttiva 96/71 fil-livell massimu tad-drittijiet li l-Istat Membru ospitanti seta’ jirrikonoxxi lill-ħaddiema kkollokati u jimponi fuq l-impriżi li kienu jimmobilizzawhom ( 34 ). Ma huwiex sorprendenti li din wasslet għat-talba ta’ riforma tad-Direttiva 96/71 ( 35 ). |
|
42. |
Ma’ dan jiżdied l-effett tat-tkabbir tal-Unjoni fl‑2004 u fl‑2007, jiġifieri l-wasla ta’ Stati Membri ġodda b’potenzjal notevoli ta’ esportazzjoni ta’ ħaddiema kkollokati. Il-kriżi ekonomika tal‑2008 wkoll kellha effett fuq l-implimentazzjoni tad-Direttiva 96/71, billi ffavorixxiet il-kollokamenti transnazzjonali ta’ ħaddiema u billi kkontribwixxiet għall-iżvilupp ta’ prattiki frawdolenti (impriżi fittizji jew letter box companies, awtonomi foloz) ( 36 ) sabiex tiġi evitata l-protezzjoni “minima” li hija kienet toffri lill-ħaddiema kkollokati. |
|
43. |
L-ewwel żvilupp fil-proċess ta’ riforma kien l-approvazzjoni tad-Direttiva 2014/67, intiża sabiex tiżgura l-osservanza tad-Direttiva 96/71 billi tipprevedi strumenti ġodda u msaħħa sabiex jiġi miġġieled u ppenalizzat kull abbuż, evażjoni jew frodi fil-każ ta’ kollokament transnazzjonali tal-ħaddiema ( 37 ). |
|
44. |
Id-Direttiva 2014/67 fiha wkoll dispożizzjonijiet intiżi sabiex tittejjeb il-kooperazzjoni amministrattiva bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fil-qasam tal-kollokament. Hija tirregola l-miżuri ta’ kontroll applikabbli mill-Istati Membri meta jissorveljaw l-osservanza tal-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema kkollokati. Barra minn hekk, hija teżiġi l-istabbiliment ta’ kontrolli u ta’ mekkaniżmi ta’ monitoraġġ adegwati u effikaċi kif ukoll ta’ spezzjonijiet imwettqa mill-awtoritajiet nazzjonali sabiex tiġi ssorveljata l-osservanza tad-Direttiva 96/71. |
2. Id-Direttiva 2018/957
|
45. |
L-Istati Membri kellhom sat‑18 ta’ Ġunju 2016 sabiex jinkorporaw id-Direttiva 2014/67 fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom ( 38 ). Qabel ma ntemm dan il-perijodu, fit‑8 ta’ Marzu 2016, il-Kummissjoni ressqet proposta għal emenda tad-Direttiva 96/71 ( 39 ). |
|
46. |
L-ipproċessar ta’ din il-proposta wera l-konfrontazzjoni bejn l-Istati Membri esportaturi u riċevituri ta’ ħaddiema kkollokati:
|
|
47. |
Fit-terminu stabbilit mill-Artikolu 6 tal-Protokoll Nru 2, erbatax‑il Parlament nazzjonali bagħtu opinjonijiet motivati lill-Kummissjoni, li fihom huma ddikjaraw li l-proposta tat‑8 ta’ Marzu 2016 ma kinitx konformi mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà. B’hekk huma attivaw il-proċedura tal-Artikolu 7(2) tal-Protokoll Nru 2 tat-Trattat, dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ sussidjarjetà u ta’ proporzjonalità. |
|
48. |
Il-bażi legali tal-proposta tal-Kummissjoni kienet ikkostitwita mir-regoli dwar is-suq intern, jiġifieri l-Artikoli 53(1) TFUE u 62 TFUE. Wara analiżi tal-kontenut tagħha, il-Kummissjoni kkonkludiet li r-reviżjoni tad-Direttiva 96/71 kienet konformi mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà stabbilit fl-Artikolu 5(3) TUE u li ma kienx neċessarju li tiġi rtirata jew emendata ( 40 ). |
|
49. |
Fi tmiem negozjati kumplessi fi ħdan il-Kunsill u l-Parlament Ewropew, ( 41 ) ir-reviżjoni tad-Direttiva 96/71 ġiet approvata fit‑28 ta’ Ġunju 2018, permezz tal-adozzjoni tad-Direttiva 2018/957, li l-Artikolu 3 tagħha jipprevedi perijodu ta’ traspożizzjoni sat‑30 ta’ Lulju 2020 u li l-applikazzjoni tiegħu għas-servizzi tat-trasport bit-triq tiddependi mill-adozzjoni ta’ att leġiżlattiv speċifiku. |
|
50. |
Id-Direttiva 2018/957 ġiet adottata bil-vot kontra tal-Polonja u tal-Ungerija kif ukoll bl-astensjoni tal-Kroazja, tal-Litwanja, tal-Latvja u tar-Renju Unit. |
|
51. |
Fl-aħħar nett, għandu jiġi indikat li l-emenda għad-Direttiva 96/71, permezz tal-adozzjoni tad-Direttiva 2018/957, kienet akkumpanjata minn proposta ta’ riforma tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 ( 42 ) u tal-ħolqien tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol ( 43 ), li l-għan tagħha huwa li tgħin lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni u l-osservanza effettiva tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-mobbiltà tal-ħaddiema (inkluża d-Direttiva 96/71) kif ukoll tal-koordinazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali fi ħdan l-Unjoni. |
IV. L-ewwel motiv: żball fl-għażla tal-bażi legali tad-Direttiva 2018/957
A. Argumenti
|
52. |
Skont il-Gvern Ungeriż, l-Artikoli 53(1) TFUE u 62 TFUE, li jipprevedu l-approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fil-qasam tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi, ma humiex il-bażi legali xierqa għad-Direttiva 2018/957. Fid-dawl tal-għan u tal-kontenut tagħha, din id-direttiva hija indirizzata esklużivament, jew prinċipalment, għall-protezzjoni tal-ħaddiema, b’tali mod li l-leġiżlatur tal-Unjoni kellu jadottaha abbażi tal-Artikolu 153 TFUE jew, tal-inqas, billi jibbaża ruħu prinċipalment fuq din l-aħħar bażi legali fil-qasam tal-politika soċjali. |
|
53. |
Skont dan il-Gvern, id-Direttiva 2018/957 ma teliminax ir-restrizzjonijiet għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi, iżda toħloq ostakoli għall-impriżi li jipprovdu servizzi transnazzjonali bil-kollokament ta’ ħaddiema, għaliex hija timplimenta miżuri ta’ protezzjoni tal-ħaddiema kkollokati. L-għan prinċipali tagħha huwa l-ugwaljanza fit-trattament tal-ħaddiema, b’mod partikolari l-estensjoni tar-remunerazzjoni ugwali (salarju ugwali għall-istess xogħol fl-istess post tax-xogħol). |
|
54. |
Meta l-ħaddiema jiġu kkollokati fil-kuntest ta’ provvista transnazzjonali ta’ servizzi għal perijodu ta’ iktar minn 12‑il xahar (jew eċċezzjonalment għal 18‑il xahar), id-Direttiva timponi li fir-rigward tagħhom jiġu applikati l-istess kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-impjieg bħal dawk tal-ħaddiema tal-pajjiż ospitanti. Għal perijodi inferjuri, il-Gvern Ungeriż jifhem li d-Direttiva ssaħħaħ in-nukleu iebes tar-regoli obbligatorji li jiżguraw lil dawn il-ħaddiema protezzjoni minima meta jiġu kkollokati fl-Istat ospitanti. |
|
55. |
Il-Gvern Ungeriż iqis li d-Direttiva 2018/957 ma għandux ikollha l-istess bażi legali bħal dik tad-Direttiva 96/71: il-kontenut tad-Direttiva tal‑2018 huwa limitat għall-protezzjoni tal-ħaddiema kkollokati mingħajr dispożizzjonijiet immirati lejn il-liberalizzazzjoni tal-provvista tas-servizzi. |
|
56. |
Il-Gvern Ungeriż jinvoka wkoll il-ġurisprudenza dwar is-supremazija tal-bażi legali iktar speċifika. Meta ġiet adottata d-Direttiva 96/71, intużat il-bażi ġenerali tal-approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fil-qasam tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi peress li ma kienx hemm bażi oħra iktar speċifika. Din il-bażi iktar speċifika (l-Artikolu 153 TFUE) li l-leġiżlatur tal-Unjoni kellu juża kienet diġà teżisti meta ġiet adottata d-Direttiva 2018/957. |
|
57. |
Il-Kummissjoni, il-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Gvernijiet tal-Istati Membri intervenjenti jqisu li hija l-bażi legali tad-Direttiva 2018/957 (Artikoli 53(1) TFUE u 62 TFUE) li hija korretta. |
B. Evalwazzjoni
|
58. |
Il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-għażla tal-bażi legali ġiet issintetizzata fis-sentenza Ir‑Repubblika Ċeka vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill ( 44 ) fit-termini li ġejjin li qiegħed nirriproduċi.
|
|
59. |
Għaldaqstant, ser nipproċedi, konformement ma’ din il-ġurisprudenza, sabiex nivverifika jekk l-emenda tad-Direttiva 96/71 taqax fil-marġni ta’ diskrezzjoni tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, li teħtieġ: i) l-identifikazzjoni tal-għan prinċipali tad-Direttiva 2018/957; ii) l-eżami tal-kontenut tagħha ( 49 ); u iii) l-analiżi tal-kuntest li fih ġiet adottata. |
1. L-għan tad-Direttiva 2018/957
|
60. |
Sabiex jiġi identifikat l-għan prinċipali ta’ din id-direttiva, huwa indispensabbli li jittieħed inkunsiderazzjoni l-memorandum ta’ spjegazzjoni tagħha u d-dispożizzjonijiet li hija tinkludi fit-totalità tagħhom ( 50 ). |
|
61. |
Il-premessi tad-Direttiva 2018/957 jenfasizzaw li din hija intiża sabiex tistabbilixxi bilanċ, li ma huwiex dejjem faċli, bejn żewġ interessi li mhux neċessarjament jikkoinċidu ( 51 ):
|
|
62. |
L-allużjonijiet għal dan il-bilanċ (bejn l-interessi tal-fornituri tas-servizzi u l-protezzjoni soċjali tal-ħaddiema kkollokati) huma stabbiliti fil-memorandum ta’ spjegazzjoni tad-Direttiva 2018/957 ( 54 ). Il-premessa 10 tagħha, pereżempju, wara li tiddikjara li “[h]uwa neċessarju li tiġi żgurata protezzjoni akbar tal-ħaddiema biex tkun salvagwardata l-libertà li jiġu pprovduti, kemm fil-perijodu qasir kif ukoll dak fit-tul, servizzi fuq bażi ġusta, b’mod partikolari billi jiġi evitat l-abbuż tad-drittijiet garantiti mit-Trattati”, iżżid, bħala kontropiż, li “r-regoli li jiżguraw tali protezzjoni għall-ħaddiema ma jistgħux jaffettwaw id-dritt ta’ dawk impriżi li jistazzjonaw [jikkollokaw] ħaddiema fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor li jinvokaw il-libertà li jipprovdu servizzi”. |
|
63. |
Bilanċ ġust bejn dawn iż-żewġ interessi għandu jiżgura wkoll kompetizzjoni leali tal-impriżi li jikkollokaw il-ħaddiema u ta’ dawk stabbiliti fl-Istat ta’ destinazzjoni. |
|
64. |
Huwa minnu li parti kbira mill-premessi tad-Direttiva 2018/957 jikkonċernaw b’mod partikolari l-protezzjoni tal-ħaddiema kkollokati. Din ir-repetizzjoni hija dovuta għall-fatt li, matul is-sena 2018, kien hemm l-intenzjoni li tiġi emendata d-Direttiva 96/71, preċiżament, sabiex jiġi mibdul il-bilanċ stabbilit f’din tal-aħħar u tiġi offruta iktar protezzjoni lill-ħaddiema kkollokati. Din l-emenda tqieset li hija indispensabbli mil-leġiżlatur tal-Unjoni fir-rigward tal-iżvilupp tas-swieq tax-xogħol tal-Unjoni wara t-tkabbir b’suċċess u wara l-kriżi ekonomika tal‑2008. |
2. Il-kontenut tad-Direttiva 2018/957
|
65. |
Il-kontenut ta’ din id-direttiva huwa konformi mal-għanijiet imsemmija fil-premessi tagħha. Il-verżjoni l-ġdida tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 96/71 tenfasizza iktar il-protezzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema kkollokati, filwaqt li l-verżjoni preċedenti kienet tagħmel dan fl-impriżi li jimpjegawhom. |
|
66. |
Il-bidliet li d-Direttiva 2018/957 tintroduċi fid-Direttiva 96/71 huma, nirrepeti, għat-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema kkollokati billi jsiru iktar simili għal dawk tal-ħaddiema tal-Istat ospitanti. B’hekk:
|
|
67. |
Minbarra dawn l-emendi, id-Direttiva 2018/957 tinkludi bidliet oħra relatati mas-sorveljanza, mal-kontroll u mal-implimentazzjoni tad-Direttiva 96/71, li jirriżultaw mill-adozzjoni tad-Direttiva 2014/67. |
|
68. |
Meħud fl-intier tiegħu, il-kontenut tad-Direttiva 2018/957 għaldaqstant huwa mħejji sabiex iżid il-protezzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema kkollokati, iżda dejjem fil-kuntest ta’ provvista transnazzjonali ta’ servizzi mwettqa minn impriża. |
3. Il-kuntest li fih hija adottata d-Direttiva 2018/957
|
69. |
Kif diġà spjegajt, id-Direttiva 96/71 għaddiet minn żvilupp kumpless. Hija kellha l-intenzjoni li tippromwovi u tiffaċilita l-provvista transkonfinali ta’ servizzi, li tipproteġi lill-ħaddiema kkollokati u tiżgura kompetizzjoni leali bejn l-impriżi tal-Istat ta’ oriġini u dawk tal-Istati Membri ta’ destinazzjoni. |
|
70. |
L-istatus quo li ntlaħaq fl‑1996 ġie mibdul minħabba t-tkabbir tal-Unjoni fl‑2004 u fl‑2007, fit-termini esposti iktar ’il fuq ( 58 ). Il-kollokament transnazzjonali tal-ħaddiema żdied minħabba din iċ-ċirkustanza, li magħha ngħaqdet il-kriżi ekonomika tal‑2008. |
|
71. |
F’din iċ-ċirkustanza, u wkoll minħabba n-nuqqas ta’ ċarezza ta’ wħud mill-kunċetti tagħha, l-istituzzjonijiet politiċi tal-Unjoni kienu jemmnu li kien essenzjali li titwettaq riforma tad-Direttiva 96/71, li seħħet f’żewġ fażijiet: a) id-Direttiva 2014/67 li, mingħajr ma ġiet emendata d-Direttiva 96/71, stabbilixxiet mekkaniżmi għat-titjib tal-implimentazzjoni tagħha fid-dawl ta’ bosta każijiet ta’ frodi fil-kollokament transnazzjonali tal-ħaddiema, u b) l-adozzjoni tad-Direttiva 2018/957, li tintroduċi t-tibdiliet deskritti iktar ’il fuq. |
|
72. |
Id-diffikultajiet li ltaqgħu magħhom il-Kummissjoni, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew sabiex iwettqu din ir-riforma, diġà msemmija, kixfu sitwazzjoni qawwija ta’ kunflitt ta’ interessi bejn l-Istati ta’ oriġini tal-impriżi u l-Istati ospitanti. Dan ir-rikors għal annullament u dak ippreżentat mill-Polonja (Kawża C‑626/18) kontra d-Direttiva 2018/957 jenfasizzaw l-intensità tad-differenzi bejn l-Istati Membri. |
4. L-opinjoni tiegħi fuq il-bażi legali
|
73. |
Ladarba ġew analizzati l-għan, il-kontenut u l-kuntest tad-Direttiva 2018/957, għandu jiġi ċċarat jekk il-bażi legali użata għall-adozzjoni tagħha (Artikoli 53(1) TFUE u 62 TFUE) hijiex korretta, kif isostnu l-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kummissjoni u l-Gvern Franċiż, Ġermaniż u dak tal-Pajjiżi l-Baxxi, jew jekk, minflok, din id-direttiva kellhiex tiġi adottata bl-Artikolu 153 TFUE bħala bażi legali, kif issostni l-Ungerija. |
|
74. |
Naqbel mal-Ungerija li l-għanijiet u l-kontenut tad-Direttiva 2018/957 huma fil-parti l-kbira tagħhom imfassla għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema kkollokati. Madankollu, dan il-fatt ma jippermettix li jiġi konkluż li l-għeruq tagħha għandhom jiġu mfittxija, bla dubju, fl-Artikolu 153 TFUE. |
|
75. |
Qabel kollox, infakkar li d-Direttiva 2018/957 twettaq emenda importanta iżda limitata tad-Direttiva 96/71. Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, att li jemenda ieħor preċedenti normalment ikollu l-istess bażi legali ( 59 ), fatt li jidhirli li huwa loġiku. Għalhekk, l-Artikoli 53(1) TFUE u 62 TFUE jistgħu jikkostitwixxu l-bażi legali xierqa għad-Direttiva 2018/957, bħalma kienu preċedentement għad-Direttiva 96/71 li qiegħda tiġi emendata permezz tagħhom. |
|
76. |
Id-Direttiva 2018/957 tadatta s-soluzzjoni leġiżlattiva mogħtija mid-Direttiva 96/71 għall-fenomenu tal-kollokament (li qiegħed jiżdied) transnazzjonali tal-ħaddiema, sabiex tiffaċilita l-libertà li jiġu pprovduti servizzi tal-impriżi li jirrikorru għal dan il-metodu ta’ mobilizzazzjoni tal-element ta’ xogħol. |
|
77. |
Nerġa’ ntenni li dan l-adattament kien neċessarju minħabba l-evoluzzjoni tas-swieq tax-xogħol tal-Unjoni u kien imfassal għal protezzjoni ikbar tal-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema kkollokati. Jista’ jkun li, f’ċerti każijiet, ikun hemm tnaqqis korrelattiv tal-kompetittività tal-impriżi sabiex jiġu pprovduti servizzi fi Stati Membri oħra bl-użu ta’ dan il-mezz, iżda din hija l-għażla (leġittima) mixtieqa mil-leġiżlatur Ewropew. |
|
78. |
Kif sostnejt fl-analiżi tiegħi tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja f’dan il-qasam, meta jadotta regola ta’ armonizzazzjoni, il-leġiżlatur tal-Unjoni ma jistax jiġi mċaħħad mill-possibbiltà li jadatta dan l-att għal kull bidla fiċ-ċirkustanzi jew għal kull evoluzzjoni tal-għarfien, peress li huwa għandu l-obbligu li jiżgura l-protezzjoni tal-interessi ġenerali rrikonoxxuti mit-Trattat ( 60 ). |
|
79. |
Dan huwa preċiżament dak li ġara bl-approvazzjoni tad-Direttiva 2018/957. Il-leġiżlatur tal-Unjoni introduċa tibdiliet fid-Direttiva 96/17 sabiex jadatta l-bilanċ tal-interessi rifless fiha għas-sitwazzjoni l-ġdida ġġenerata mill-moviment transnazzjonali ta’ ħaddiema. L-interessi li qegħdin jikkompetu jibqgħu l-istess, iżda l-punt ewlieni u l-punt ta’ bilanċ bejniethom xaqilbu lejn protezzjoni ikbar tad-drittijiet tax-xogħol ta’ dawn il-ħaddiema. Dan l-ibbilanċjar mill-ġdid ma jiġġustifikax il-bidla fil-bażi legali fir-rigward tad-Direttiva 96/71. |
|
80. |
L-Ungerija ssemmi l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-għażla tal-iktar bażi legali speċifika f’każ ta’ kompetizzjoni ta’ diversi bażijiet legali għall-adozzjoni ta’ att regolatorju tal-Unjoni ( 61 ). Fl-opinjoni tagħha, l-Artikolu 153 TFUE jippreżenta speċifiċità ikbar mill-Artikoli 53(1) TFUE u 62 TFUE għall-adozzjoni tad-Direttiva 2018/957, billi huwa orjentat lejn il-protezzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema u mhux lejn l-eliminazzjoni tal-ostakoli għall-moviment liberu tas-servizzi. |
|
81. |
Ma naqbilx ma’ dan l-argument. L-Artikolu 153(2) TFUE jinkludi żewġ bażijiet legali distinti:
|
|
82. |
L-ebda waħda minn dawn iż-żewġ bażijiet legali ma hija xierqa sabiex isservi bħala bażi għad-Direttiva 2018/957. Fir-rigward tal-ħaddiema kkollokati fil-kuntest ta’ provvista transnazzjonali ta’ servizzi, għandha tiġi ċċarata, hekk kif tagħmel din id-direttiva, il-leġiżlazzjoni tax-xogħol li tapplika għalihom matul il-kollokament tagħhom fl-Istat ospitanti. Għal dan l-għan, il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri prevista fl-Artikolu 153(2)(a) TFUE ma hijiex suffiċjenti, iktar u iktar peress li, kif inhu enfasizzat f’din il-kawża, l-interessi tal-Istati Membri ta’ oriġini u ta’ destinazzjoni jistgħu ma jikkoinċidux. |
|
83. |
Il-preċiżazzjoni dwar liema leġiżlazzjoni tirregola r-relazzjonijiet ta’ xogħol (taħt ċerti aspetti) matul il-kollokament fl-Istat ospitanti lanqas ma tirrikjedi l-elaborazzjoni tar-regoli Ewropej ta’ armonizzazzjoni minima msemmija fl-Artikolu 153(2)(b) TFUE. Peress li armonizzazzjoni eżawrjenti tal-kundizzjonijiet kollha tax-xogħol fl-Unjoni ma hijiex possibbli, ser jibqgħu jeżistu differenzi bejn il-leġiżlazzjoni tax-xogħol tal-Istat ta’ oriġini u dik tal-Istat ospitanti. |
|
84. |
Abbażi ta’ din il-premessa, id-Direttiva 2018/957 tillimita ruħha li tiddikjara liema regoli tal-Istat ospitanti japplikaw għall-ħaddiem ikkollokat matul il-perijodu tal-provvista transnazzjonali ta’ servizzi tal-impriża tiegħu. Interpretata b’dan il-mod, hija tixbah regola ta’ kunflitt, li f’konformità magħha hija identifikata l-leġiżlazzjoni applikabbli, sabiex tiġi ffaċilitata l-libertà li jiġu pprovduti servizzi u, fl-istess ħin, sabiex tiġi ssalvagwardjata protezzjoni soċjali adegwata tal-ħaddiema kkollokati. Il-bażijiet legali tal-Artikolu 153(2) TFUE la jikkunsidraw u lanqas huma maħsuba għal każijiet bħal dawn. |
|
85. |
Konsegwentement, l-Artikolu 153 TFUE ma huwiex bażi legali iktar speċifika mill-Artikoli 53(1) TFUE u 62 TFUE għal dak li jinteressana fil-preżent. Dawn l-aħħar żewġ artikoli kienu l-bażi legali għall-adozzjoni tad-Direttiva 96/71 u għandhom jeżerċitaw l-istess funzjoni għall-emenda tagħha, li ħaditha f’idejha d-Direttiva 2018/957. Sa fejn dan jirriżulta f’aġġustament mill-ġdid tal-bilanċ tal-interessi li wasal għalih il-leġiżlatur tal-Unjoni fl‑1996, hija għandha l-istess bażi legali bħal dik tad-Direttiva 96/71, filwaqt li tibbilanċja l-bidliet li seħħew minn dak iż-żmien ’l hawn fil-movimenti transnazzjonali tal-ħaddiema. |
V. It-tieni motiv: ksur tal-Artikolu 153(5) TFUE
A. Argumenti
|
86. |
Il-Gvern Ungeriż isostni li d-Direttiva 2018/957 tmur kontra l-Artikolu 153(5) TFUE sa fejn dan jeskludi s-setgħa leġiżlattiva tal-Unjoni fil-qasam tar-remunerazzjonijiet u fl-ambitu tar-relazzjonijiet tax-xogħol. |
|
87. |
Fil-fehma tiegħu, hekk kif stabbilixxa li r-remunerazzjoni tal-ħaddiema għandha tkun konformi mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ fl-Istat Membru ospitanti, il-leġiżlatur tal-Unjoni adotta direttiva li hija intiża essenzjalment għar-remunerazzjoni tar-relazzjoni ta’ xogħol. Bħala bażijiet legali, huwa ddeċieda li jagħżel dawk indikati fid-Direttiva 2018/957, peress li dehrlu li fl-assenza ta’ kompetenza tal-Unjoni din kienet l-unika possibbiltà li jirregola r-remunerazzjonijiet tax-xogħol, li huma wieħed mill-elementi essenzjali ta’ din id-direttiva. Skont il-Gvern Ungeriż, b’dan il-mod huwa wettaq użu ħażin ta’ poter. |
|
88. |
Il-Kummissjoni, il-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Gvernijiet tal-Istati Membri intervenjenti jikkunsidraw li dan it-tieni aggravju huwa infondat. |
B. Evalwazzjoni
|
89. |
Ma huwiex neċessarju li nagħti l-konklużjonijiet tiegħi dwar it-tieni motiv ladarba ladarba esprimejt ruħi fir-rigward tal-ewwel motiv. Għalhekk ser nindirizzah biss b’mod sussidjarju. |
|
90. |
Skont il-Qorti tal-Ġustizzja, peress li l-Artikolu 153(5) TFUE (Artikolu 137(5) KE) jikkostitwixxi deroga mill-paragrafi 1 sa 4 tal-istess artikolu, dan għandu jiġi interpretat b’mod restrittivb sabiex ma tiġix affettwata indebitament il-portata ta’ dawn l-aħħar paragrafi, u sabiex ma jiġux interpretati ħażin l-għanijiet tal-Artikolu 151 TFUE. |
|
91. |
Ir-raġuni wara l-eċċezzjoni dwar il-“pagi [remunerazzjonijiet]” (kunċett użat fl-Artikolu 153(5) TFUE) tinsab fil-fatt li l-iffissar tas-salarji jaqa’ taħt l-awtonomija kuntrattwali tal-imsieħba soċjali fuq livell nazzjonali u jikkorrispondi mal-kompetenza tal-Istati Membri f’dan il-qasam. Fl-istat attwali tad-dritt tal-Unjoni, ir-remunerazzjonijiet ġew esklużi mill-armonizzazzjoni (skont l-Artikoli 151 TFUE et seq., dwar il-politika soċjali tal-Unjoni) ( 62 ). |
|
92. |
Din l-eċċezzjoni tikkonċerna miżuri li jinvolvu interferenza diretta mil-leġiżlatur tal-Unjoni fid-determinazzjoni tar-remunerazzjonijiet tax-xogħol. Dan ikun il-każ li kieku l-elementi kostituttivi tas-salarji jew tal-livell tagħhom kellhom jiġu standardizzati, kompletament jew parzjalment, fl-Istati Membri. |
|
93. |
Madankollu, l-eċċezzjoni ma tistax tiġi estiża għal kwalunkwe aspett li huwa relatat mar-remunerazzjonijiet. Tali interpretazzjoni tkun iċċaħħad minn kull sens l-oqsma l-oħra msemmija fl-Artikolu 153(1) TFUE ( 63 ). |
|
94. |
Id-Direttiva 2018/957 tillimita ruħha għall-koordinazzjoni tal-applikazzjoni u għall-identifikazzjoni ta’ liema leġiżlazzjoni fil-qasam tax-xogħol (dik tal-Istat ospitanti jew dik tal-Istat ta’ oriġini) tapplika għall-ħaddiema kkollokati. Hija f’ebda każ ma tiffissa l-ammonti tal-pagi li għandhom jitħallsu, li, nerġa’ ntenni, hija r-responsabbiltà tal-Istat ospitanti u tal-Istat ta’ oriġini, kull wieħed fit-territorju tiegħu. |
|
95. |
L-eċċezzjoni tal-Artikolu 153(5) TFUE ma tistax tiġi kkontestata u ma tistax tipprekludi l-adozzjoni tad-Direttiva attwalment kontenzjuża. Dan huwa kkorroborat mill-premessa 17 tad-Direttiva 2018/957 ( 64 ), billi tiġi rratifikata il-kompetenza esklużiva tal-Istati Membri f’dak li jirrigwarda r-remunerazzjonijiet tax-xogħol. |
|
96. |
Bl-istess mod, it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 3(1) il-ġdid tad-Direttiva 96/71 jipprovdi espressament li “il-kunċett ta’ remunerazzjoni għandu jiġi ddeterminat mil-liġi u/jew il-prattika nazzjonali tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jiġi stazzjonat [kkollokat] il-ħaddiem”. |
|
97. |
Id-Direttiva 2018/957 tispjega l-formulazzjoni preċedenti tad-Direttiva 96/71, li kienet tipprevedi r-“rati minimi ta’ ħlas”, billi tippreċiżaha iktar. Il-Qorti tal-Ġustizzja kienet diġà żgurat li t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 96/71:
|
|
98. |
Dawn id-dikjarazzjonijiet jistgħu jiġu estrapolati għar-riforma tad-Direttiva 96/71. Konsegwentement, jista’ jiġi eskluż li d-Direttiva 2018/957 tarmonizza, mill-perspettiva sostantiva, ir-remunerazzjonijiet tal-ħaddiema kkollokati, u għalhekk ma tiksirx l-Artikolu 153(5) TFUE. |
|
99. |
Il-Gvern Ungeriż jemmen li l-leġiżlatur tal-Unjoni wettaq użu ħażin ta’ poter meta għażel il-bażijiet legali tad-Direttiva 2018/957; opinjoni li, kif inhi mistqarra, ma naqbilx magħha. Barra minn hekk, huwa ma jiddikjarax din iċ-ċirkustanza bħala motiv speċifiku ta’ invalidità, meta kkunsidra l-fatt li l-leġiżlatur tal-Unjoni kiser l-Artikolu 153(5) TFUE, mingħajr ma ddetermina jekk l-aġir tiegħu jkunx ta’ ħsara għall-proċedura leġiżlattiva speċjali tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 153(2) TFUE ( 66 ). |
|
100. |
Għaldaqstant, it-tieni motiv għal annullament għandu jiġi miċħud. |
VI. It-tielet motiv: ksur tal-Artikolu 56 TFUE
|
101. |
Skont il-Gvern Ungeriż, id-Direttiva 2018/957 tmur kontra l-Artikolu 56 TFUE, li jistabbilixxi l-libertà li jiġu pprovduti servizzi. Fil-fehma tiegħu, l-obbligi u r-restrizzjonijiet li hija timponi fuq l-impriżi stabbiliti fi Stat Membru meta jikkollokaw lill-ħaddiema fi Stat Membru ieħor, fil-kuntest ta’ provvista ta’ servizzi, huma diskriminatorji, mhux neċessarji u sproporzjonati meta mqabbla mal-għan li jfittxu li jilħqu. Barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet dwar it-trasport jiksru l-Artikolu 58(1) TFUE. |
|
102. |
Il-kritika tal-Gvern Ungeriż hija bbażata fuq tliet elementi tad-Direttiva 2018/957, jiġifieri:
|
|
103. |
Il-Kummissjoni, il-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Gvernijiet tal-Istati Membri intervenjenti jqisu li dan it-tielet aggravju ma huwiex fondat. |
A. Kunsiderazzjoni preliminari: l-Artikolu 56 TFUE u direttivi ta’ armonizzazzjoni dwar il-ħaddiema kkollokati
|
104. |
Qabel ma nidħol fl-analiżi ta’ dan il-motiv, ser nagħmel kunsiderazzjoni preliminari dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 56 TFUE għad-Direttiva 2018/957. |
|
105. |
Kif jindika l-Parlament Ewropew, l-applikazzjoni tal-Artikolu 56 TFUE għal regola ta’ armonizzazzjoni tal-Unjoni hija mwettqa b’mod differenti minn dik użata sabiex jiġu kkontrollati l-miżuri nazzjonali li jirrestrinġu din il-libertà fundamentali. |
|
106. |
Huwa minnu li l-projbizzjoni tar-restrizzjonijiet għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi tiġi applikata mhux biss għall-miżuri nazzjonali, iżda wkoll għal dawk li jinħarġu mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni ( 67 ). Madankollu, għandu jitfakkar li l-leġiżlatur tal-Unjoni japprova r-regoli ta’ armonizzazzjoni preċiżament sabiex jiffaċilità l-liberta li jiġu pprovduti servizzi, filwaqt li jiżgura l-protezzjoni tal-interessi soċjali fundamentali li dawn jistgħu jaffettwaw ( 68 ). |
|
107. |
Il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar regoli nazzjonali li jirrestrinġu il-moviment ta’ ħaddiema kkollokati fil-kuntest tal-provvista transnazzjonali ta’ servizzi, bla dubju, ma tistax tiġi estrapolata għar-regoli tal-Unjoni intiżi sabiex jarmonizzaw dan il-fenomenu, bħad-Direttiva 2018/957. |
|
108. |
Bħalma diġà esponejt, mad-Direttiva 96/71, il-leġiżlatur tal-Unjoni għaqqad, f’termini mhux diskussi, tliet għanijiet li diffiċilment jistgħu jiġu kkoordinati: il-promozzjoni u l-iffaċilitar tal-provvista transkonfinali ta’ servizzi, il-protezzjoni tal-ħaddiema kkollokati u l-iżgurar ta’ kompetizzjoni leali bejn il-kompetituri barranin u dawk lokali. Sabiex jadattah għall-bidliet li seħħew, il-leġiżlatur tal-Unjoni kellu jaġġusta dan il-bilanċ permezz tad-Direttiva 2018/957 li tiffoka fuq wieħed minn dawn l-għanijiet (it-titjib tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema kkollokati). |
|
109. |
Il-kontroll li tista’ twettaq il-Qorti tal-Ġustizzja fuq il-validità ta’ direttiva ta’ armonizzazzjoni, fil-kuntest ta’ rikors għal annullament, jimplika li għandu jiġi evalwat jekk din hijiex konformi mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, iżda ma jawtorizzax is-sostituzzjoni tal-għażliet politiċi sottostanti tal-kontenut tagħha. Bħala prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, dak ta’ proporzjonalità “jeżiġi li l-miżuri implimentati permezz ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni jkunu xierqa sabiex jintlaħqu l-għanijiet leġittimi mfittxija mil-leġiżlazzjoni kkonċernata u ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex dawn jintlaħqu” ( 69 ). |
|
110. |
Infakkar li, fir-rigward tal-kontroll ġudizzjarju tal-osservanza ta’ dawn ir-rekwiżiti, il-Qorti tal-Ġustizzja stabbilixxiet dawn il-kriterji:
|
|
111. |
Fid-dawl ta’ dawn il-kriterji, il-leġiżlatur tal-Unjoni kellu setgħa diskrezzjonali wiesgħa f’qasam daqstant kumpless bħal dak tal-kollokament transnazzjonali ta’ ħaddiema. Il-kwistjoni li tqum hija dik dwar jekk huwa għamilx użu manifestament mhux xieraq minn din is-setgħa meta biddel il-bilanċ tal-interessi li għalih kien wasal fid-Direttiva 96/71, billi introduċa l-bidliet li tinkludi d-Direttiva 2018/957. |
B. L-ewwel parti tat-tielet motiv: protezzjoni suffiċjenti tal-ħaddiema kkollokati mir-regoli tal-Istat ta’ oriġini tal-impriża li tipprovdi servizzi
1. Argumenti
|
112. |
Skont il-Gvern Ungeriż, id-Direttiva 2018/957 tikser l-Artikolu 56 TFUE peress li, billi tipprevedi l-applikazzjoni tal-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-Istat ospitanti għall-ħaddiema kkollokati, hija tinjora l-użu tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku. Fil-fehma tiegħu, il-protezzjoni tad-drittijiet ta’ dawn il-ħaddiema hija żgurata b’mod suffiċjenti mil-leġiżlazzjoni tal-Istat ta’ oriġini. Is-sottomissjoni tagħhom għal-leġiżlazzjoni tal-Istat ospitanti tmur kontra l-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku u toħloq ostakolu għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi ( 74 ). Id-Direttiva 2006/123/KE ( 75 ) wkoll timponi l-obbligu li jiġu rrikonoxxuti l-kundizzjonijiet tax-xogħol stabbiliti minn Stat Membru ieħor f’konformità mad-dritt tal-Unjoni. |
|
113. |
B’mod partikolari, għall-Gvern Ungeriż, l-ekwiparazzjoni fil-pagi bejn il-ħaddiema kkollokati u l-ħaddiema lokali tal-Istat ospitanti kif ukoll il-kważi t-totalità tal-ekwiparazzjoni ma’ dawn tal-aħħar ta’ ħaddiema kkollokati fit-tul iqiegħdu f’dubju l-kapaċità tas-salarju minimu tal-Istat ospitanti sabiex jiżgura l-għajxien xieraq tal-ħaddiema kkollokati u jiġi llimitat il-vantaġġ komparattiv ta’ ċerti “Stati Membri ġodda” bi spejjeż salarjali iktar baxxi. Barra minn hekk, fl-analiżi tal-impatt tagħha, il-Kummissjoni ma pprovdietx data li tiġġustifika n-neċessità tal-bidliet introdotti mid-Direttiva 2018/957. |
|
114. |
Fl-aħħar nett, il-Gvern Ungeriż jenfasizza d-disparità bejn l-applikazzjoni tal-istandards tax-xogħol tal-Istat ospitanti, imposta mid-Direttiva 2018/957, u l-iskema tas-sigurtà soċjali applikabbli għall-ħaddiema kkollokati, irregolata mir-Regolament (KE) Nru 883/2004 ( 76 ). Dan tal-aħħar jippreskrivi s-sottomissjoni u l-applikazzjoni tar-regoli dwar is-sigurtà soċjali tal-Istat ta’ oriġini għall-ħaddiem ikkollokat peress li huma l-iktar xierqa għall-protezzjoni tad-drittijiet tiegħu. |
|
115. |
Il-Kummissjoni, il-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Gvernijiet tal-Istati Membri intervenjenti jikkunsidraw li din il-parti tat-tielet motiv hija infondata. |
2. Evalwazzjoni
|
116. |
Fil-fehma tiegħi, hemm diversi raġunijiet li jmorru kontra l-argumenti tal-Gvern Ungeriż. |
|
117. |
L-ewwel nett, id-Direttiva 2006/123 ma tistax tiġi invokata sabiex jiġu applikati d-dispożizzjonijiet tal-Istat ta’ oriġini għall-ħaddiema kkollokati. Din id-direttiva ma taffettwax id-dritt tax-xogħol ( 77 ) u lanqas il-leġiżlazzjoni nazzjonali fir-rigward tas-sigurtà soċjali tal-Istati Membri ( 78 ). Barra minn hekk, l-Artikolu 3(1)(a) tagħha jipprovdi li d-Direttiva 96/71 tipprevali fuq id-Direttiva 2006/123 fil-każ ta’ kunflitt “li jirregola aspetti speċifiċi ta’ aċċess għal jew l-eżerċizzju ta’ attività ta’ servizz fis-setturi speċifiċi jew għal professjonijiet speċifiċi” ( 79 ). |
|
118. |
It-tieni nett, il-ġurisprudenza inizjali tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-kompatibbiltà mal-Artikolu 56 TFUE tal-miżuri nazzjonali restrittivi tal-kollokament tal-ħaddiema kienet ħadet inkunsiderazzjoni l-kundizzjonijiet ta’ protezzjoni ta’ dawn il-ħaddiema fl-Istat ta’ oriġini tal-impriża tagħhom ( 80 ). Din l-istess orjentazzjoni nżammet fil-ġurisprudenza ta’ wara d-Direttiva 96/71, fir-rigward tar-restrizzjonijiet li ma kinux jidħlu fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħha ( 81 ). Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja ma tqisx ir-regoli tal-Istat ta’ oriġini meta tiġi biex tapplika l-Artikolu 3 tad-Direttiva 96/71 għall-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema peress li dan ineħħi l-effett utli ta’ din ir-regola ( 82 ). |
|
119. |
It-tielet nett, l-analiżi tal-impatt imfassla mill-Kummissjoni ( 83 ) kien fiha data u elementi suffiċjenti sabiex issostni l-proposta regolatorja li wasslet għall-adozzjoni tad-Direttiva 2018/957. Huwa minnu li, kif tammetti l-Kummissjoni stess, id-data dwar il-movimenti transnazzjonali tal-ħaddiema ma kinitx totalment preċiża, peress li din kienet toriġina mill-informazzjoni pprovduta mill-korpi nazzjonali tas-sigurtà soċjali wara l-ħruġ tal-formoli A1. Id-differenzi salarjali bejn xi pajjiżi u oħrajn ġew ukoll imqabbla mill-Kummissjoni ma’ data approssimattiva. |
|
120. |
Madankollu, il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tagħti lil-leġiżlatur tal-Unjoni setgħa diskrezzjonali wiesgħa fil-verifika tad-data bażika, li hija neċessarja għall-adozzjoni ta’ att leġiżlattiv. Il-kontroll ġudizzjarju fuq din l-evalwazzjoni għandu jkun limitat ( 84 ). Issa, id-dokument ta’ impatt tal-Kummissjoni kien jipprovdi biżżejjed data sabiex jiġġustifika l-adozzjoni tad-Direttiva 2018/957. Matul il-proċedura leġiżlattiva din id-data ma ġietx ikkontestata u serviet bħala appoġġ għall-Kummissjoni sabiex tistudja diversi alternattivi u tagħżel, b’mod fundamentali, dik li kienet tikkostitwixxi t-tisħiħ tal-protezzjoni tal-ħaddiema. |
|
121. |
Ir-raba’ nett, ma nqisx xieraq li l-iskema tas-sigurtà soċjali tal-ħaddiema kkollokati (Regolament Nru 883/2004) tiġi estrapolata għall-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom. |
|
122. |
Il-Kunsill jargumenta li l-loġika tar-regoli tal-Unjoni li jikkoordinaw l-iskemi nazzjonali tas-sigurtà soċjali hija maħsuba għal relazzjoni bejn id-detentur tad-drittijiet u l-obbligi u l-Istat ta’ assistenza. Huwa għalhekk li l-Artikolu 11(1) tar-Regolament Nru 883/2004 jimponi, bħala prinċipju prinċipali, l-issuġġettar tal-persuni għal-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru wieħed, li normalment huwa dak tal-post tax-xogħol effettiv, b’mod konformi mal-prinċipju lex loci laboris. |
|
123. |
Madankollu, dan il-prinċipju ġenerali għandu xi eċċezzjonijiet. Fost dawn, hija enfasizzata ż-żamma tar-rabta esklużiva tal-ħaddiem mal-iskema tas-sigurtà soċjali tal-Istat ta’ oriġini (jiġifieri, dak li fih normalment topera l-impriża li timpjega), meta dan il-ħaddiem jiġi kkollokat mill-impriża fi Stat Membru ieħor għal perijodu limitat, sa mhux iżjed minn 24 xahar, bil-kundizzjoni li jiġu ssodisfatti l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 12 tar-Regolament Nru 883/2004 ( 85 ). |
|
124. |
Din l-eċċezzjoni ma tistax tiġi estiża għall-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema kkollokati peress li dawn huma relazzjonijiet ġuridiċi bejn parti dgħajfa (il-persuna impjegata) u oħra li għandha forza maġġuri (l-impriża li timpjega). Sabiex tiġi protetta aħjar l-ewwel waħda huwa neċessarju li l-applikazzjoni tar-regoli tax-xogħol tal-Istat tal-oriġini tiġi kkombinata ma’ regoli oħra tal-Istat ospitanti. |
|
125. |
Id-Direttiva 96/71 tissodisfa din l-ispirazzjoni peress li tiggarantixxi lill-ħaddiema kkollokati l-applikazzjoni tan-nukleu bażiku tal-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-Istat ospitanti (estiż bid-Direttiva 2018/957), filwaqt li tippermetti li elementi oħra tar-relazzjoni ta’ xogħol ikomplu jiġu rregolati mil-liġi tal-Istat ta’ oriġini tagħhom. F’dan ir-rigward, dan josserva r-Regolament Ruma I ( 86 ), li ser nirreferi għalih iktar ’il quddiem. |
|
126. |
Fil-qosor, is-soluzzjoni tar-Regolament Nru 883/2004 għas-sigurtà soċjali tal-ħaddiema kkollokati (suġġetta għar-regoli tal-Istat ta’ oriġini) ma tistax tiġi estiża għall-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom, li għalihom għandha tapplika parzjalment il-leġiżlazzjoni tal-Istat ospitanti flimkien ma’ dik tal-Istat ta’ oriġini tagħhom ( 87 ). |
|
127. |
Fl-aħħar nett, ma huwiex il-kompitu tal-Qorti tal-Ġustizzja li tissostitwixxi l-evalwazzjoni tal-leġiżlatur tal-Unjoni bl-evalwazzjoni tagħha nnifisha. Kif diġà fakkart, hija għandha tivverifika biss jekk il-leġiżlatur tal-Unjoni manifestament aġixxiex lil hinn mis-setgħa diskrezzjonali wiesgħa li huwa għandu fir-rigward tal-valutazzjonijiet u tal-evalwazzjonijiet kumplessi li huwa kellu jwettaq. |
|
128. |
F’dan il-każ ma jidhirlix li l-leġiżlatur tal-Unjoni għażel miżuri “ta’ natura manifestement inadegwata” fir-rigward tal-għan imfittex ( 88 ). F’dan l-istess sens, huwa ma marx lil hinn mis-setgħa diskrezzjonali wiesgħa li kien igawdi meta biddel l-iskema preċedenti, fi kwistjoni daqstant kumplessa daqs dik tal-kollokament transnazzjonali tal-ħaddiema. |
C. It-tieni parti tat-tielet motiv: ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni
1. Argumenti
|
129. |
Għall-Gvern Ungeriż, id-Direttiva 2018/957 tikser il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni, li jipprojbixxi l-applikazzjoni ta’ regoli differenti għal sitwazzjonijiet paragunabbli jew regoli ugwali għal sitwazzjonijiet differenti ( 89 ). |
|
130. |
L-ewwel nett, is-sostituzzjoni tal-obbligu li l-ħaddiema kkollokati jitħallsu s-salarju minimu sabiex tiġi żgurata lilhom l-istess remunerazzjoni bħall-ħaddiema lokali twassal għal diskriminazzjoni għad-detriment tal-impriżi li jipprovdu servizzi li jikkollokaw il-ħaddiema tagħhom meta mqabbla mal-impriżi lokali. Id-diskriminazzjoni tinsab fil-fatt li l-impriżi tal-Istat ospitanti huma obbligati biss li jħallsu lill-impjegati tagħhom ir-rata tas-salarju minimu stabbilit mid-dritt nazzjonali, filwaqt li l-impriżi ta’ Stati Membri oħra li jikkollokaw il-ħaddiema għandhom iħallsulhom remunerazzjoni li tiġi ddeterminata mill-prattiki nazzjonali u li, fil-fehma tal-Gvern Ungeriż, tkun neċessarjament ogħla mir-rata tas-salarju minimu. |
|
131. |
It-tieni nett, il-Gvern Ungeriż isostni li l-applikazzjoni tal-istess regoli għall-ħaddiema kkollokati fit-tul u għall-ħaddiema lokali, skont l-Artikolu 3(1)(a) tad-Direttiva 96/71, hija inkompatibbli mal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni peress li dawn iż-żewġ kategoriji ma jinstabux f’sitwazzjonijiet paragunabbli. |
|
132. |
L-obbligu għall-impriżi li jikkollokaw il-ħaddiema li jħallsuhom l-ispejjeż tal-ivvjaġġar, tal-akkomodazzjoni jew tal-ikel (l-Artikolu 3(7) ġdid tad-Direttiva 96/71) ukoll imur kontra l-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni. |
|
133. |
Il-Kummissjoni, il-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Gvernijiet tal-Istati Membri intervenjenti jqisu li din il-parti tat-tielet aggravju hija infondata. |
2. Evalwazzjoni
|
134. |
Id-Direttiva 96/71, kif emendata bid-Direttiva 2018/957, ma tikkunsidrax bħala identiċi, ikkunsidrati flimkien, is-sitwazzjonijiet tal-ħaddiema kkollokati u dawk tal-ħaddiema lokali tal-Istat ospitanti. |
|
135. |
B’hekk, l-Artikolu 3(1) tagħha jelenka b’mod restrittiv l-oqsma li għalihom il-leġiżlazzjoni tal-Istat ospitanti tapplika għall-ħaddiema kkollokati sabiex tiġi ggarantita l-ugwaljanza fit-trattament mal-ħaddiema lokali ( 90 ). Fl-oqsma l-oħra, din ma timponix trattament ugwali bejn individwu u ieħor. |
|
136. |
Is-sostituzzjoni tat-terminu “rati minimi ta’ ħlas” b’dak ta’ “remunerazzjoni”, li għalih ser nirreferi iktar ’il quddiem, ma joħloqx id-diskriminazzjoni allegata mill-Ungerija, għad-detriment tal-impriżi li jikkollokaw il-ħaddiema. |
|
137. |
Fil-fatt, skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 3(1) il-ġdid, “il-kunċett ta’ remunerazzjoni għandu jiġi ddeterminat mil-liġi u/jew il-prattika nazzjonali tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jiġi stazzjonat [kkollokat] il-ħaddiem u jfisser l-elementi kostitwenti kollha tar-remunerazzjoni magħmula obbligatorji ( 91 ) permezz ta’ dispożizzjonijiet leġislattivi, regolamentari jew amministrattivi, ftehimiet kollettivi jew sentenza ta’ arbitraġġ nazzjonali li, f’dak l-Istat Membru, tkun ġiet iddikjarata universalment applikabbli jew tapplika mod ieħor f’konformità mal-paragrafu 8”. |
|
138. |
Għaldaqstant, l-impriżi li jikkollokaw il-ħaddiema għandhom iħallsuhom biss remunerazzjoni li tinkludi s-salarju minimu miżjud b’kull element obbligatorju ieħor fl-Istat ospitanti. L-elementi tar-remunerazzjoni kif iddefiniti japplikaw ukoll għall-ħaddiema lokali, minħabba n-natura obbligatorja tagħhom skont id-dritt intern tal-Istat ospitanti, u għandhom jitħallsu mill-impriżi stabbiliti f’dan l-aħħar Stat, mingħajr ma jkun hemm differenza fit-trattament. Naturalment, id-Direttiva 2018/957 ma tippreċiżax liema elementi tar-remunerazzjoni huma obbligatorji, liema kwistjoni li hija riżolta mid-dritt tal-Istat ospitanti. |
|
139. |
Kif jirriżulta mill-analiżi tal-impatt tal-Kummissjoni, id-Direttiva 2018/957 eskludiet l-impożizzjoni ta’ ekwiparazzjoni totali bejn ir-remunerazzjoni tal-ħaddiema kkollokati u dawk lokali ( 92 ). |
|
140. |
Fir-rigward tal-allegata diskriminazzjoni minħabba l-applikazzjoni tal-istess regoli għall-ħaddiema kkollokati fit-tul u għall-ħaddiema lokali, ser nillimita ruħi li ninsisti fuq il-fatt li l-Artikolu 3(1a) tad-Direttiva 96/71 ma jistabbilixxix l-istess trattament għal dawn iż-żewġ tipi ta’ ħaddiema. Din id-dispożizzjoni tqarreb l-iskema tal-ħaddiema kkollokati fit-tul ma’ dik tal-ħaddiema lokali, iżda ma tekwiparahomx, preċiżament għaliex is-sitwazzjoni tagħhom hija differenti. |
|
141. |
Lanqas ma nara diskriminazzjoni fl-obbligu impost fuq l-impriżi li jikkollokaw il-ħaddiema li jħallsulhom l-ispejjeż tal-ivvjaġġar, tal-akkomodazzjoni jew tal-ikel. Dawn huma spejjeż sostnuti minħabba l-kollokament innifsu, li l-persuna li timpjega għandha tħallas lill-ħaddiem skont il-leġiżlazzjoni jew il-prattiki nazzjonali applikabbli għar-relazzjoni tax-xogħol, li hija dik tal-pajjiż ta’ oriġini. Id-dispożizzjoni korrispondenti tad-Direttiva tindika fuq il-bażi ta’ liema dritt nazzjonali għandhom jitħallsu l-ispejjeż li jirriżultaw mill-kollokament, billi l-Istati Membri huma liberi li jirregolawhom fid-dritt nazzjonali tagħhom ( 93 ). Ma narax liema tip ta’ diskriminazzjoni tista’ tinħoloq minn din ir-regola. |
D. It-tielet parti tat-tielet motiv: ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità
1. Argumenti
|
142. |
Għall-Gvern Ungeriż, id-Direttiva 2018/957 tipprekludi u tostakola l-provvista transnazzjonali ta’ servizzi bil-kollokament tal-ħaddiema fis-suq intern peress li hija sempliċement iżżid il-protezzjoni tal-ħaddiema kkollokati. Għalhekk ma hijiex xierqa sabiex jintlaħqu l-għanijiet imfittxija u tikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità. |
|
143. |
Il-Kummissjoni, il-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Gvernijiet tal-Istati Membri intervenjenti jqisu li din il-parti tat-tielet aggravju hija infondata. |
2. Evalwazzjoni
|
144. |
Il-prinċipju ta’ proporzjonalità jeżiġi li l-atti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni jkunu xierqa sabiex jintlaħqu l-għanijiet leġittimi tal-leġiżlazzjoni inkwistjoni u ma jmorrux lil hinn mil-limiti ta’ dak li huwa neċessarju sabiex dawn jintlaħqu ( 94 ). |
|
145. |
L-istituzzjonijiet tal-Unjoni, meta jkollhom jagħmlu għażliet ta’ natura teknika u jwettqu previżjonijiet u evalwazzjonijiet kumplessi, għandhom setgħa diskrezzjonali wiesgħa. Il-Qorti tal-Ġustizzja sempliċement tivverifika jekk il-leġiżlatur tal-Unjoni manifestement aġixxiex lil hinn minn din is-setgħa diskrezzjonali wiesgħa billi għażel miżuri evidentement inadegwati jew sproporzjonati meta mqabbla mal-għan li għandu jintlaħaq ( 95 ). |
|
146. |
Naqbel mal-Kunsill u mal-Parlament li l-leġiżlatur tal-Unjoni osserva r-rekwiżiti tal-prinċipju ta’ proporzjonalità meta adotta d-Direttiva 2018/957. |
|
147. |
Ser neżamina l-argumenti tal-Gvern Ungeriż dwar in-natura sproporzjonata tad-dispożizzjonijiet dwar il-ħaddiema kkollokati fit-tul fir-raba’ parti ta’ dan it-tielet motiv, sabiex jiġu evitati repetizzjonijiet. |
|
148. |
Fir-rigward tar-remunerazzjoni tal-ħaddiema kkollokati, is-sostituzzjoni li d-Direttiva 2018/957 tagħmel tal-kunċett ta’ “rati minimi ta’ ħlas” b’dak ta’ “remunerazzjoni” kienet iġġustifikata, fl-analiżi tal-impatt ippubblikata mill-Kummissjoni, minħabba d-diffikultajiet ikkawżati mill-użu tal-ewwel wieħed minn dawn il-kunċetti fl-implimentazzjoni tad-Direttiva 96/71. |
|
149. |
Sabiex tirrimedja din is-sitwazzjoni l-Kummissjoni studjat is-soluzzjonijiet possibbli u l-konsegwenzi ekonomiċi tagħhom. Hija għażlet dik li hija qieset l-iktar xierqa, jiġifieri li twettaq riforma limitata tad-Direttiva 96/71, li seħħet permezz tal-adozzjoni tad-Direttiva 2018/957, billi eskludiet il-pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni interpretattiva jew in-nuqqas ta’ emenda tad-Direttiva 96/71 ( 96 ). |
|
150. |
Fil-fehma tiegħi tali soluzzjoni ma tmurx kontra l-prinċipju ta’ proporzjonalità u ma tipprevedix restrizzjoni inkompatibbli mal-Artikolu 56 TFUE. Hemm diversi argumenti li jappoġġjaw dan. |
|
151. |
L-ewwel nett, it-terminu “rati minimi ta’ ħlas” kien qajjem diffikultajiet prattiċi ( 97 ), kif turi l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja u, b’mod partikolari, is-sentenza tagħha Sähköalojen ammattiliitto ( 98 ). Fiha ingħatat interpretazzjoni wiesgħa, li tinkludi:
|
|
152. |
Il-leġiżlatur tal-Unjoni ħa inkunsiderazzjoni dawn id-diffikultajiet ermenewtiċi, kif ukoll l-interpretazzjoni wiesgħa proposta mill-Qorti tal-Ġustizzja, billi adotta d-Direttiva 2018/957 u inkluda l-kunċett ta’ remunerazzjoni fl-Artikolu 3(1) u (7) tad-Direttiva 91/76. |
|
153. |
Barra minn hekk, din il-bidla tippermetti li tiġi llimitata l-prattika tal-impriżi li, billi jikkollokaw lill-ħaddiema tagħhom, jista’ jkollhom it-tendenza li jħallsuhom is-salarju minimu, irrispettivament mill-kategorija tagħhom, il-funzjonijiet tagħhom, il-kwalifiki professjonali tagħhom u l-anzjanità tagħhom, li twassal għal differenza fir-remunerazzjoni meta mqabbla mal-ħaddiema lokali f’sitwazzjoni simili ( 99 ). |
|
154. |
Waqt is-seduta, il-Kummissjoni reġgħet tenniet dak li kien diġà kkonstatat fl-analiżi tal-impatt tagħha: li l-identifikazzjoni tar-“rati minimi ta’ ħlas” tad-Direttiva 96/71 bis-salarju minimu legalment iffissat mil-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat ospitanti kienet, fil-prattika, ħolqot distakk fis-salarju bejn il-ħaddiema lokali u l-ħaddiema kkollokati, b’mod partikolari f’setturi bħal dak tal-kostruzzjoni. |
|
155. |
It-tieni nett, l-istabbiliment tar-rati minimi ta’ ħlas skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 96/71 huwa l-kompitu tal-leġiżlazzjoni jew tal-prattiki nazzjonali tal-Istat Membru ospitanti ( 100 ). Il-metodu ta’ kalkolu ta’ dawn ir-rati u l-kriterji magħżula f’dan ir-rigward huma wkoll ir-responsabbiltà ta’ dan l-Istat Membru ( 101 ). Il-leġiżlazzjonijiet jew il-prattiki nazzjonali għall-kalkolu tal-paga minima huma eteroġenji ħafna (u mhux dejjem trasparenti) fl-Istati Membri tal-Unjoni, liema fatt jagħmel diffiċli l-kollokament tal-ħaddiema taħt kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti u paragunabbli ma’ dawk tal-ħaddiema lokali ( 102 ). |
|
156. |
Fl-analiżi tal-impatt tagħha, il-Kummissjoni ġġustifikat li l-kunċett ta’ remunerazzjoni ppermetta li jiġu kkoreġuti dawn l-iżbilanċi u li tittejjeb il-protezzjoni tal-ħaddiema kkollokati billi nħolqu kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni iktar ġusti bejn l-impriżi lokali u dawk li jikkollokaw il-ħaddiema sabiex jipprovdu servizzi, b’mod partikolari fis-setturi b’volum qawwi ta’ ħaddiema ( 103 ). |
|
157. |
Mill-osservazzjonijiet indikati iktar ’il fuq jista’ jiġi dedott li l-leġiżlatur tal-Unjoni osserva r-rekwiżiti tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, mingħajr ma aġixxa manifestament lil hinn mis-setgħa diskrezzjonali wiesgħa tiegħu f’qasam tekniku u kumpless bħal dan, meta għażel miżura (l-introduzzjoni tal-kunċett ta’ remunerazzjoni) adattata għat-twettiq tal-għanijiet imfittxija. Din il-miżura tiffaċilita, min-naħa tagħha, l-aħjar protezzjoni tal-ħaddiema kkollokati u l-garanzija ta’ diversi kundizzjonijiet ekwi ta’ kompetizzjoni bejn l-impriżi lokali u dawk li jikkollokaw il-ħaddiema tagħhom. |
E. Ir-raba’ parti tat-tielet motiv: ksur tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi li jirriżulta mill-iskema tal-ħaddiema kkollokati fit-tul
1. Argumenti
|
158. |
Il-Gvern Ungeriż isostni li l-iskema speċifika għall-ħaddiema kkollokati fit-tul (l-Artikolu 3(1)(a) il-ġdid tad-Direttiva 96/71) hija inkompatibbli mal-Artikolu 56 TFUE. |
|
159. |
Din l-iskema tkun tirrestrinġi l-attività tal-impriżi li jikkollokaw il-ħaddiema fil-kuntest tal-provvista transnazzjonali ta’ servizzi b’mod sproporzjonat u mhux iġġustifikat, billi temenda l-liġi applikabbli għall-ħaddiem ikkollokat fit-tul u billi tapplika għalih il-kundizzjonijiet kollha tax-xogħol tal-Istat Membru ospitanti. B’dan il-mod, anki d-delimitazzjonijiet bejn il-libertà li jiġu pprovduti servizzi u l-moviment liberu tal-ħaddiema ma humiex ċari. |
|
160. |
L-istituzzjonijiet tal-Unjoni u l-Gvernijiet tal-Istati Membri intervenjenti jqisu li l-iskema l-ġdida għall-ħaddiema kkollokati fit-tul hija ġġustifikata, tosserva l-prinċipju ta’ proporzjonalità u ma tmurx kontra l-Artikolu 56 TFUE. |
2. Evalwazzjoni
|
161. |
Il-kategorija l-ġdida tal-ħaddiema kkollokati fit-tul hija differenti minn dik tal-ħaddiema kkollokati “ordinarji”. Il-kriterju li jiddistingwi huwa d-durata effettiva tal-kollokament: jekk hija iktar minn 12‑il xahar (b’mod eċċezzjonali 18), is-sitwazzjoni ta’ ħaddiem ikkollokat ordinarju tinbidel f’dik ta’ ħaddiem ikkollokat fit-tul. |
|
162. |
Ladarba jiddekorri dan il-perijodu, il-ħaddiem ikkollokat (issa, fit-tul) igawdi minn sistema legali differenti: minbarra l-kundizzjonijiet tax-xogħol imsemmija fl-Artikolu 3(1), ikunu japplikaw għalih il-kundizzjonijiet tal-Istat Membru fejn jitwettaq ix-xogħol. |
|
163. |
Madankollu, kif jirriżulta mill-premessa 9 tagħha ( 104 ), id-Direttiva 2018/957 ma twassalx għal assimilazzjoni assoluta tal-ħaddiema kkollokati fit-tul mal-ħaddiema lokali (ċittadini nazzjonali jew minn Stati Membri oħra li eżerċitaw il-libertà ta’ moviment tagħhom). |
|
164. |
Il-ħaddiema kkollokati fit-tul jibqgħu jżommu sitwazzjoni legali stabbilita (koperta) mil-libertà li jiġu pprovduti servizzi, kif tindika l-premessa 10 tad-Direttiva 2018/957 ( 105 ). |
|
165. |
Kuntrarjament għat-teżi sostnuta mill-Gvern Ungeriż, l-Artikolu 3(1a) l-ġdid tad-Direttiva 2018/957 ma jġibx lill-ħaddiema kkollokati fit-tul fuq l-istess livell ta’ dawk lokali, peress li:
|
|
166. |
Fil-fehma tiegħi, ir-regolamentazzjoni ta’ din il-kategorija l-ġdida ta’ ħaddiema kkollokati fit-tul hija ġġustifikata u tinvolvi restrizzjonijiet proporzjonati għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi, li huma kompatibbli mal-Artikolu 56 TFUE. |
|
167. |
L-istabbiliment ta’ terminu ta’ 12‑il xahar (b’mod eċċezzjonali 18‑il xahar) jelimina l-inċertezza li teżisti fil-verżjoni inizjali tad-Direttiva 96/71, li l-Artikolu 2(1) tagħha kien jikkunsidra lill-ħaddiem li kien iwettaq ix-xogħol tiegħu f’pajjiż li ma huwiex l-Istat ta’ oriġini tiegħu “għall-perjodu limitat” bħala ħaddiem ikkollokat. Nistqarr li r-regola l-ġdida ċċarat din l-inċertezza billi ċċarat li ħaddiem ikun jitqies bħala ħaddiem ikkollokat fit-tul jekk ikompli l-kollokament tiegħu għal iktar minn 12‑il xahar (jew 18‑il xahar). |
|
168. |
L-istatus ta’ ħaddiem ikkollokat fit-tul jidhirli li huwa wkoll raġonevoli peress li jadatta ruħu għas-sitwazzjoni tal-ħaddiema li jirrisjedu fl-istat ospitanti għal perijodu twil, peress li l-parteċipazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol ta’ dan l-Istat hija ikbar. Huwa loġiku (u proporzjonat) li, f’din is-sitwazzjoni, japplika għalihom numru ikbar ta’ regoli tax-xogħol tal-Istat ta’ destinazzjoni, filwaqt li tinżamm ir-rabta tagħhom mal-Istat ta’ oriġini tal-impriża li timpjegahom. |
|
169. |
Fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 3(1a) l-ġdid, din l-emenda hija akkumpanjata mid-dispożizzjoni li ġejja: “Fejn impriża kif imsemmi fl-Artikolu 1(1) tissostitwixxi ħaddiem stazzjonat [ikkollokat] b’ħaddiem stazzjonat ieħor li jwettaq l-istess xogħol fl-istess post, id-durata tal-istazzjonament, għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, għandha tkun id-durata kumulattiva tal-perijodi ta’ stazzjonament [kollokament] tal-ħaddiema stazzjonati [kkollokati] individwali kkonċernati”. Bla ħsara għall-fatt li, fil-prattika, din id-dispożizzjoni tista’ toħloq ċerta diffikultà, jidhirli li huwa xieraq, f’termini ġenerali, li jiġu evitati l-evażjoni u l-abbuż tad-Direttiva, bis-sostituzzjoni ta’ ħaddiema kkollokati minn oħrajn fl-istess post tax-xogħol. |
F. Il-ħames parti tat-tielet motiv: ksur tal-Artikolu 58(1) TFUE
1. Argumenti
|
170. |
Il-Gvern Ungeriż isostni li l-Artikolu 3(3) l-ġdid tad-Direttiva 2018/957, jikser l-Artikolu 58(1) TFUE sa fejn jestendi l-applikazzjoni tar-regoli ta’ din id-direttiva dwar il-kollokament tal-ħaddiema għas-settur tat-trasport. |
|
171. |
Il-Kummissjoni, il-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Gvernijiet tal-Istati Membri intervenjenti jqisu li din il-parti tat-tielet motiv hija ineffettiva jew infondata. |
2. Evalwazzjoni
|
172. |
Il-moviment liberu tas-servizzi fil-qasam tat-trasport ma huwiex irregolat mill-Artikolu 56 TFUE, li b’mod ġenerali jikkonċerna l-libertà li jiġu pprovduti servizzi, iżda huwa rregolat mid-dispożizzjonijiet, b’mod partikolari, tal-Artikolu 58(1) TFUE. Skont dan “[i]l-moviment liberu tas-servizzi fil-qasam tat-trasport għandu jiġi regolat mid-dispożizzjonijiet ta’ l-intestatura dwar it-trasport” ( 107 ), jiġifieri, l-Artikoli 90 TFUE sa 100 TFUE. |
|
173. |
Għalkemm il-bażi legali tiegħu hija esklużivament ir-regoli dwar il-libertà li jiġu pprovduti servizzi (Artikoli 53(1) TFUE u 62 TFUE) u mhux dawk dwar il-politika komuni tat-trasport (Artikolu 91 TFUE), jista’ jiġi argumentat li d-Direttiva 96/71 tapplika għas-servizzi ta’ trasport ( 108 ). |
|
174. |
Id-Direttiva 96/71 teskludi mill-kamp ta’ applikazzjoni tagħha l-“impriżi ta’ marina merkantili fejn għandhom x’jaqsmu l-baħħara” ( 109 ), u minn dan isegwi li l-leġiżlatur għandu l-intenzjoni li japplikaha għal servizzi oħra fil-qasam tat-trasport. Dan huwa kkonfermat mir-riferiment, fid-Direttiva 2014/67, għall-“ħaddiema mobbli fis-settur tat-trasport” ( 110 ) u r-riferimenti għall-applikazzjoni tad-Direttiva 96/71 għat-trasport tal-kabotaġġ f’atti regolatorji oħra tal-Unjoni ( 111 ). |
|
175. |
B’riferiment għall-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2018/957, din testendi “għas-settur tat-trasport bit-triq mid-data tal-applikazzjoni ta’ att leġislattiv li jemenda d-Direttiva 2006/22/KE fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ infurzar u li jistabbilixxi regoli speċifiċi fir-rigward tad-Direttiva 96/71/KE u d-Direttiva 2014/67/UE għall-istazzjonar tax-xufiera fil-qasam tat-trasport bit-triq”. |
|
176. |
Għalhekk, kif tikkonferma l-premessa 15 ( 112 ) tad-Direttiva 2018/957, l-emendi li hija tagħmel fid-Direttiva 96/71 ser japplikaw biss għas-settur tat-trasport bit-triq fil-futur, u mhux b’mod inkundizzjonat, madankollu, meta jiġi adottat att leġiżlattiv li jemenda d-Direttiva 2006/22 u li jinkludi regoli speċifiċi fir-rigward tad-Direttivi 96/71 u 2014/67. |
|
177. |
Jekk dan huwa l-każ, l-Artikolu 3(3) l-ġdid tad-Direttiva 2018/957, fir-realtà ma jinkludi ebda leġiżlazzjoni sostantiva dwar il-kollokamenti tal-ħaddiema fis-settur tat-trasport u b’ebda mod ma jemenda s-sistema ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 96/71 għal dan is-settur ( 113 ). |
|
178. |
L-att leġiżlattiv il-ġdid, li diġà ġie propost mill-Kummissjoni ( 114 ), ser ikun dak li jinkludi dawn l-istandards. Xejn ma jipprekludi l-fatt li dan l-att ikollu wkoll bħala bażi legali l-Artikolu 91 TFUE. |
|
179. |
Fil-qosor, ma narax ksur tal-Artikolu 58(1) TFUE mill-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2018/957. |
|
180. |
Abbażi tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nissuġġerixxi li t-tielet motiv għal annullament għandu jiġi miċħud kollu kemm hu. |
VII. Ir-raba’ motiv: ksur tal-Artikolu 56 TFUE minħabba l-esklużjoni mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 96/71 tal-azzjonijiet kollettivi tal-ħaddiema
A. Argumenti
|
181. |
Skont il-Gvern Ungeriż, l-Artikolu 1(1a), introdott mid-Direttiva 2018/957 fid-Direttiva 96/71, jikser l-Artikolu 56 TFUE minħabba li jeskludi mill-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu l-eżerċizzju tad-dritt ta’ strajk u ta’ azzjonijiet oħra li jaqgħu taħt is-sistemi ta’ relazzjonijiet tax-xogħol tal-Istati Membri kif ukoll l-eżerċizzju tad-dritt ta’ negozjar, ta’ konklużjoni u ta’ infurzar ta’ ftehimiet kollettivi kif ukoll li jitwettqu azzjonijiet kollettivi. |
|
182. |
Tali esklużjoni tmur kontra l-ġurisprudenza Laval un Partneri u tippermetti l-eżerċizzju tad-dritt ta’ strajk u ta’ negozjar kollettiv skont id-drittijiet nazzjonali u lil hinn mir-rekwiżiti tad-dritt tal-Unjoni. F’dan ir-rigward, hija tiffaċilita restrizzjoni għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi minn impriżi ta’ Stati oħra permezz tal-kollokament ta’ ħaddiema. |
|
183. |
Il-Kummissjoni, il-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Gvernijiet tal-Istati Membri intervenjenti jqisu li dan ir-raba aggravju huwa infondat. |
B. Evalwazzjoni
|
184. |
L-Artikolu 1(1a) l-ġdid jiċċara l-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 96/71. Jekk, b’mod ġenerali, din id-direttiva tipprevedi “dispożizzjonijiet obbligatorji rigward il-kondizzjonijiet tax-xogħol u l-protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema” kkollokati, il-paragrafu 1a jeskludi mill-kamp tiegħu, inter alia, “id-dritt jew il-libertà tal-istrajk jew li jittieħdu azzjonijiet oħra koperti bis-sistemi speċifiċi ta’ relazzjonijiet industrijali fl-Istati Membri, f’konformità mal-liġi u/jew il-prassi nazzjonali. Lanqas ma taffettwa d-dritt tan-negozjar, il-konklużjoni u l-infurzar ta’ ftehimiet kollettivi, jew li tittieħed azzjoni kollettiva f’konformità mal-liġi u/jew il-prassi nazzjonali”. |
|
185. |
Id-Direttiva 2018/957 ma tintroduċi ebda novità fid-Direttiva 96/71 f’dak li jirrigwarda l-azzjonijiet kollettivi. Fil-premessa 22, huwa ddikjarat b’mod preċiż li din id-direttiva “hija mingħajr preġudizzju għal-liġi ta’ l-Istati Membri dwar azzjoni kollettiva biex tiddefendi l-interessi ta’ snajja’ u professjonijiet”. |
|
186. |
L-interpretazzjoni mogħtija mill-Gvern Ungeriż fir-rigward ta’ din id-dispożizzjoni tirriżulta, fil-fehma tiegħi, minn żball ta’ interpretazzjoni. In-nuqqas ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 96/71 għad-drittijiet ta’ azzjoni kollettiva tal-ħaddiema ma jfissirx li l-eżerċizzju tagħhom ma huwiex suġġett għar-regoli nazzjonali l-oħra u għad-dritt tal-Unjoni. L-imsemmi Artikolu 1(1a) jibda billi jipprovdi li “[d]in id-Direttiva ma għandha bl-ebda mod taffettwa l-eżerċizzju tad-drittijiet fundamentali kif rikonoxxuti fl-Istati Membri u fil-livell tal-Unjoni, inkluż […]”. |
|
187. |
Konsegwentement, din id-dispożizzjoni ma tipprekludix l-applikazzjoni, fil-każijiet ta’ kollokament ta’ ħaddiema, tal-Artikolu 28 tal-Karta jew tal-ġurisprudenza preliminari tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-eżerċizzju tad-drittijiet kollettivi tal-ħaddiema u l-effett tagħhom fuq il-libertà li jiġu pprovduti servizzi. |
|
188. |
Għalhekk, ma narax li l-Artikolu 1(1a) l-ġdid tad-Direttiva 96/71 jirrestrinġi l-libertà li jiġu pprovduti servizzi u nipproponi li dan il-motiv għal annullament għandu jiġi miċħud. |
VIII. Il-ħames motiv: ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali minħabba l-inkompatibbiltà tad-Direttiva 2018/957 mar-Regolament Nru 593/2008 (Ruma I)
A. Argumenti
|
189. |
Il-ħames motiv, fir-realtà jinkludi żewġ partijiet distinti mingħajr rabta kbira bejniethom.
|
|
190. |
Il-Kummissjoni, il-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Gvernijiet tal-Istati Membri intervenjenti jqisu li dan il-ħames aggravju huwa infondat. |
B. Evalwazzjoni tal-ewwel parti tal-ħames motiv: relazzjoni bejn id-Direttiva 2018/957 u r-Regolament Nru 593/2008 (Ruma I)
|
191. |
L-Artikolu 8(1) tar-Regolament Ruma I jistabbilixxi, b’mod ġenerali, ir-regola ta’ kunflitt applikabbli għall-kuntratti individwali ta’ xogħol, li hija l-liġi magħżula mill-partijiet (fil-kundizzjonijiet li jindika huwa stess). Sa fejn din l-għażla ma saritx, “il-kuntratt għandu jkun regolat mil-liġi tal-pajjiż li fih jew, fin-nuqqas ta’ dan, li minnu l-impjegat abitwalment jeżerċita l-impjieg tiegħu fl-eżekuzzjoni tal-kuntratt. Il-pajjiż li fih ix-xogħol abitwalment jitwettaq m’għandux jitqies li nbidel jekk il-persuna tiġi impjegata temporanjament f’pajjiż ieħor” (paragrafu 2). |
|
192. |
L-Artikolu 23 tar-Regolament Ruma I jinkludi eċċezzjoni għall-applikabbiltà tar-regoli tiegħu dwar il-kunflitt tal-liġijiet: huwa jippermetti li, jekk id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni jistabbilixxu regoli dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali dwar ċerti kwistjonijiet, dawn ir-regoli jgawdu minn prijorità ( 115 ). |
|
193. |
Għalhekk, ir-regoli ġenerali tar-Regolament Ruma I dwar l-għażla tal-liġi jċedu favur ir-regoli speċjali li jaqgħu, f’dan ir-rigward, taħt dispożizzjonijiet speċifiċi tad-dritt tal-Unjoni ( 116 ). |
|
194. |
Kuntrarjament għal dak li jsostni l-Gvern Ungeriż, jiena tal-fehma li l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 96/71 (għall-ħaddiema kkollokati ordinarji) u l-Artikolu 3(1)(a) l-ġdid (għall-ħaddiema kkollokati fit-tul), jikkostitwixxu regoli speċjali ta’ kunflitt ta’ liġijiet ( 117 ), li l-applikazzjoni tagħhom għandha tiġi kkombinata ma’ dawk tar-Regolament Ruma I ( 118 ). |
|
195. |
Dawn iż-żewġ dispożizzjonijiet tad-Direttiva 96/71, flimkien mal-liġi applikabbli skont ir-regoli ta’ kunflitt abitwali, jimponu d-dispożizzjonijiet li ġejjin tad-dritt tal-Istat ospitanti:
|
|
196. |
Kif isostni l-Kunsill fl-osservazzjonijiet tiegħu, il-proċess ta’ tfassil tar-Regolament Ruma I jagħti prova li l-Artikolu 23 tiegħu jkopri l-eċċezzjoni prevista mid-Direttiva 96/71, peress li l-proposta tal-Kummissjoni kienet tinkludi anness ta’ regoli speċjali li kienu jinsabu f’dispożizzjonijiet oħra tad-dritt tal-Unjoni, fosthom dawk tad-Direttiva 96/71 ( 119 ). |
|
197. |
Il-premessa 11 tad-Direttiva 96/71 tikkorrobora din id-dikjarazzjoni meta tistabbilixxi li l-Konvenzjoni (issostitwita bir-Regolament Ruma I) “ma taffettwax l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li, f’relazzjoni għal l-kwistjoni partikolari, jistabilixxu regoli ta’ l-għażla tal-liġi dwar l-obbligazzjonijiet kontrattwali u li huma jew ikunu miżmuma f’atti ta’ l-instuzzjonijiet tal-Komunitajiet Ewropew jew fil-liġijiet nazzjonali armonizzati fl-implimentazzjoni ta’ dawn l-atti”. |
|
198. |
L-istess japplika għall-premessa 40 tar-Regolament Ruma I, li jipprovdi li “[…] [m]adankollu dan ir-Regolament m’għandux jeskludi l-possibbiltà ta’ inklużjoni ta’ regoli tal-konflitt tal-liġijiet relatati ma’ l-obbligazzjonijiet kuntrattwali f’dispożizzjonijiet tal-liġi Komunitarja fir-rigward ta’ kwistjonijiet partikolari”. |
|
199. |
Il-prinċipju ta’ ċertezza legali għalhekk ma jitlobx, kuntrarjament għal dak li ssostni l-Ungerija, li l-emenda tad-Direttiva 96/71, imwettqa mid-Direttiva 2018/957, tkun akkumpanjata minn emenda tar-Regolament Ruma I. |
|
200. |
L-Artikolu 23 ta’ dan ir-regolament jippermetti l-koeżistenza tar-regoli speċjali tad-Direttiva 96/71 ma’ dawk ġenerali tal-Artikolu 8 tal-imsemmi regolament fir-rigward tal-kuntratti tal-ħaddiema kkollokati. Hemm ċarezza, prevedibbiltà u preċiżjoni suffiċjenti fir-relazzjoni bejn dawn iż-żewġ tipi ta’ regoli u, għaldaqstant, osservanza tal-prinċipju ta’ ċertezza legali ( 120 ). |
|
201. |
Ma teżistix kontradizzjoni fir-rigward ta’ din l-affermazzjoni, bħalma tiddikjara l-Ungerija, peress li t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 3(1a) l-ġdid tad-Direttiva 96/71 jipprevedi regola kontra l-frodi għall-każijiet ta’ kollokament ta’ sostituzzjoni, li għalihom għamilt riferiment iktar ’il fuq ( 121 ). F’dan il-każ, il-kuntratt ta’ kull ħaddiem li jipparteċipa fis-sostituzzjoni jista’ jkun suġġett għal-leġiżlazzjoni ta’ pajjiż differenti u din id-dispożizzjoni żżid unikament kundizzjoni sabiex tiġi evitata l-frodi fir-relazzjoni bejn id-Direttiva 96/71 u r-Regolament Ruma I. |
C. Evalwazzjoni tat-tieni parti tal-ħames motiv: in-nuqqas ta’ determinazzjoni tal-kunċett ta’ “remunerazzjoni” introdott mid-Direttiva 2018/957
|
202. |
Għall-Gvern Ungeriż, in-nuqqas ta’ determinazzjoni u ta’ ċarezza tal-kunċett il-ġdid ta’ “remunerazzjoni”, minflok dak preċedenti “rati minimi ta’ ħlas”, huwa inkompatibbli maċ-ċarezza regolatorja li jimponi l-prinċipju ta’ ċertezza legali. |
|
203. |
Din il-parti tal-ħames motiv ta’ annullament hija bbażata fuq it-tieni motiv, li diġà pproponejt li jiġi miċħud. |
|
204. |
Jidher kemxejn paradossali li l-Gvern Ungeriż ma jressaqx din l-istess oġġezzjoni (inċertezza legali) għall-kunċett preċedenti tad-Direttiva 96/71 ( 122 ), li l-interpretazzjoni tiegħu kienet il-kawża ta’ ċerti diffikultajiet, iżda minflok iressaqha fil-konfront ta’ regola intiża sabiex tegħleb dawn id-diffikultajiet ermenewtiċi. |
|
205. |
Huwa ugwalment paradossali li ssir l-akkuża li qiegħda tiġi pperikolata ċ-ċertezza legali ta’ test tad-dritt sekondarju, meta l-kunċett li qiegħed jiġi kkritikat jidher bħala tali fl-Artikolu 153(5) TFUE. |
|
206. |
Il-kunċett ta’ remunerazzjoni tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 3(1) il-ġdid tad-Direttiva 96/71 huwa marbut ma’ dak li jiddeterminaw il-leġiżlazzjoni jew il-prattiki nazzjonali tal-Istat Membru li fih huwa kkollokat il-ħaddiem. Fir-rigward tal-kontenut tiegħu, dan għandu jinkludi l-elementi kostitwenti kollha li huma obbligatorji skont il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali jew il-ftehimiet kollettivi jew is-sentenzi ta’ arbitraġġ li, f’dan l-Istat Membru, ġew iddikjarati li japplikaw universalment jew japplikaw bi kwalunkwe mod ieħor skont il-paragrafu 8. |
|
207. |
Il-premessa 17 tad-Direttiva 2018/957 tfakkar li l-iffissar tar-regoli dwar ir-remunerazzjoni jaqa’ taħt il-kompetenza esklużiva tal-Istati Membri. Dawn tal-aħħar, jew l-imsieħba soċjali, għandhom ukoll ir-responsabbiltà li jistabbilixxu s-salarji. Dan huwa kkorroborat mill-Artikolu 153(5) TFUE, billi jeskludi r-remunerazzjonijiet mill-kompetenza ta’ armonizzazzjoni tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni fil-qasam tal-politika soċjali. |
|
208. |
Id-diverġenzi bejn ir-regoli applikabbli għar-remunerazzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema kkollokati huma għalhekk inevitabbli sakemm l-Unjoni jkollha l-kompetenza ta’ armonizzazzjoni fir-rigward tagħhom. L-istess japplika, kif diġà esponejt, għall-kunċett tar-“rati minimi ta’ ħlas” użat fil-verżjoni inizjali tad-Direttiva 96/71, li kien jeħtieġ kjarifiki min-naħa tal-Qorti tal-Ġustizzja. |
|
209. |
Huwa minnu li t-terminu “remunerazzjonijiet” jeħtieġ, bħall-maġġoranza tat-termini użati f’dan il-qasam, xogħol interpretattiv li jiddefinixxi l-limiti tiegħu. Madankollu din il-karatteristika, komuni għal diversi kunċetti oħra simili, ma hijiex biżżejjed sabiex issostni, kif jargumenta l-Gvern Ungeriż, li l-kunċett ta’ introduzzjoni mid-Direttiva 2018/957 huwa indeterminat sal-punt li jikser il-prinċipju ta’ ċertezza legali. |
|
210. |
Barra minn hekk, infakkar li, sabiex jiġu rrimedjati l-problemi li jistgħu jaffaċċjaw il-ħaddiema kkollokati u l-impriżi tagħhom, ir-raba’ u l-ħames subparagrafu tal-Artikolu 3(1) il-ġdid tad-Direttiva 96/71 jimponu fuq l-Istati Membri dmir ta’ trasparenza, li abbażi tiegħu huma għandhom jipprovdu l-informazzjoni rilevanti, eżatta u aġġornata fuq sit internet dwar, fost oħrajn, “l-elementi kostitwenti tar-remunerazzjoni kif imsemmi fit-tielet subparagrafu ta’ dan il-paragrafu u t-termini u l-kondizzjonijiet kollha tal-impjieg f’konformità mal-paragrafu 1a ta’ dan l-Artikolu”. |
IX. Konklużjoni
|
211. |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja:
|
( 1 ) Lingwa oriġinali: l-Ispanjol.
( 2 ) Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑28 ta’ Ġunju 2018 li temenda d-Direttiva 96/71/KE dwar l-istazzjonar ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi (ĠU 2018, L 173, p. 16, u r-rettifika fil-ĠU 2019, L 91, p. 77; iktar ’il quddiem id-“Direttiva 2018/957”).
( 3 ) Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑16 ta’ Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kap. 5, Vol. 2, p. 431; u r-rettifika fil-ĠU 2015, L 16, p. 66, iktar ’il quddiem id-“Direttiva 96/71”).
( 4 ) Skont l-Artikolu 2 tad-Direttiva 96/71, “‘ħaddiem stazzjonat [ikkollokat]’ tfisser ħaddiem li, għall-perjodu limitat jagħmel ix-xogħol tiegħu fitterritorju ta’ Stat Membru barra mill-Istat li normalment jaħdem fih.”
Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, “ikun hemm kollokament tal-ħaddiema permezz tat-tqegħid għad-dispożizzjoni tagħhom, fis-sens tal-Artikolu 1(3)(c) tad-Direttiva 96/71, meta jkunu ssodisfatti tliet kundizzjonijiet. L-ewwel nett, it-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-manodopera hija provvista ta’ servizzi pprovduta bi ħlas li fir-rigward tagħha l-ħaddiem jibqa’ impjegat mal-impriża fornitriċi, mingħajr ma jiġi konkluż ebda kuntratt ta’ xogħol mal-impriża utenti. It-tieni nett, dan it-tqegħid għad-dispożizzjoni huwa kkaratterizzat mill-fatt li l-ispostament tal-ħaddiem fl-Istat Membru ospitanti jikkostitwixxi l-għan stess tal-provvista ta’ servizzi mwettqa mill-impriża fornitriċi. It-tielet nett, fil-kuntest ta’ tali tqegħid għad-dispożizzjoni, il-ħaddiem iwettaq l-kompiti tiegħu taħt il-kontroll u d-direzzjoni tal-impriża utenti.” (sentenzi tal‑14 ta’ Novembru 2018, Danieli & C. Officine Meccaniche et, C‑18/17, EU:C:2018:904, punt 27; kif ukoll tat‑18 ta’ Ġunju 2015, Martin Meat, C‑586/13, EU:C:2015:405, punt 33 u l-ġurisprudenza ċċitata).
( 5 ) Konformement mal-aħħar statistika disponibbli, fl‑2017 seħħ 2.8 miljun kollokament transnazzjonali ta’ ħaddiema, b’durata medja ta’ inqas minn 4 xhur għal kull kollokament, li, fl-intier tiegħu, jirrappreżenta biss 0.2 % tat-total tal-impjieg fl-Unjoni. Ara De Wispelaere, F. u Pacolet, J., Posting of workers Report on A1 Portable Documents issued in 2017, HIVA-KU Leuven, Ottrubru 2018, p. 9, https://www.etk.fi/wp-content/uploads/Komissio-tilastoraportti-Posting-of-workers-2017.pdf. Madankollu mill-istatistika jirriżulta li, bejn l‑2010 u l‑2017, in-numru ta’ ħaddiema kkollokati żdied bi 83 %. Id-distribuzzjoni ta’ dawn il-ħaddiema skont is-setturi ekonomiċi hija din li ġejja: il-kostruzzjoni (46.5 %), servizzi oħrajn (26.7 %), l-industrija (25.9 %) u l-agrikoltura (0.9 %).
( 6 ) It-tendenza ġenerali hija li l-Istati li għandhom inqas spejjeż tax-xogħol jesportaw ħaddiema kkollokati, filwaqt li l-Istati li għandhom kundizzjonijiet tax-xogħol aħjar jirċevuhom. Ara d-data ta’ Bradley, H., Tugran, T., Markowska, A. u Fries-Tersch, 2018 Annual Report on intra-EU Labor Mobility, 2019, https://op.europa.eu/en/publication-detail/-/publication/2c170ce2-4c55-11e9-a8ed-01aa75ed71a1/language-en/format-PDF. Minn dan ir-rapport jirriżulta li l-Istati esportaturi huma l-Polonja, l-Ungerija jew il-Litwanja u r-riċevituri huma l-Ġermanja, Franza jew il-Pajjiżi l-Baxxi.
( 7 ) Ara, pereżempju, is-sentenzi tas‑17 ta’ Diċembru 1981, Webb (279/80, EU:C:1981:314), tat‑3 ta’ Frar 1982, Seco u Desquenne & Giral (62/81 u 63/81, EU:C:1982:34) (iktar ’il quddiem is-“sentenza Seco u Desquenne & Giral”), u tas‑27 ta’ Marzu 1990, Rush Portuguesa (C‑113/89, EU:C:1990:142).
( 8 ) Sentenzi tat‑28 ta’ Marzu 1996, Guiot (C‑272/94, EU:C:1996:147, punt 10) (iktar ’il quddiem is-“sentenza Guiot”); tat‑23 ta’ Novembru 1999, Arblade et (C‑369/96 u C‑376/96, EU:C:1999:575, punt 33) (iktar ’il quddiem is-“sentenza Arblade et”), u tal‑15 ta’ Marzu 2001, Mazzoleni u ISA (C‑165/98, EU:C:2001:162, punt 22) (iktar ’il quddiem, is-“sentenza Mazzoleni u ISA”). Iktar reċenti, ara s-sentenzi tat‑12 ta’ Settembru 2019, Maksimovic et (C‑64/18, C‑140/18, C‑146/18 u C‑148/18, EU:C:2019:723, punti 30 u 31) (iktar ’il quddiem, is-“sentenza Maksimovic et”), u tat‑13 ta’ Novembru 2018, Čepelnik (C‑33/17, EU:C:2018:896, punti 37 u 38) (iktar ’il quddiem, is-“sentenza Čepelnik”).
( 9 ) Sentenza Seco u Desquenne & Giral.
( 10 ) Sentenza Guiot.
( 11 ) Sentenzi Arblade et, punti 58 u 59; u Maksimovic et, punt 31.
( 12 ) Sentenzi Arblade et, punti 34 u 35; tal‑24 ta’ Jannar 2002, Portugaia Construções (C‑164/99, EU:C:2002:40, punt 19) (iktar ’il quddiem is-“sentenza Portugaia Construções”), u tal‑21 ta’ Settembru 2006, Il‑Kummissjoni vs L-Awstrija (C‑168/04, EU:C:2006:595, punt 37).
( 13 ) Sentenza Arblade et punt 80. Ara, bħala eżempju, is-sentenzi, Mazzoleni u ISA, punt 27; tal‑25 ta’ Ottubtu 2001, Finalarte et (C‑49/98, C‑50/98, C‑52/98 sa C‑54/98 u C‑68/98 sa C‑71/98, EU:C:2001:564), punt 33; Portugaia Construções, punt 20; u tat‑12 ta’ Ottubru 2004, Wolff & Müller (C‑60/03, EU:C:2004:610; iktar ’il quddiem, is-“sentenza Wolff & Müller), punt 35.
( 14 ) Ara s-sentenza Seco u Desquenne & Giral, punt 10.
( 15 ) Ara s-sentenzi Guiot, punt 15; u Arblade et, punt 51.
( 16 ) Sentenza Wolff & Müller, punti 35, 36 u 41.
( 17 ) Punt 14.
( 18 ) Sentenza tat‑3 ta’ Diċembru 2014, De Clercq et (C‑315/13, EU:C:2014:2408, punt 66 u l-ġurisprudenza ċċitata) (iktar’ il quddiem is-“sentenza De Clerq et”).
( 19 ) Sentenzi Maksimovic et, punt 26; u De Clercq et, punt 47.
( 20 ) Punt 50.
( 21 ) Punt 50.
( 22 ) Sentenza tal‑14 ta’ Novembru 2018, Danieli & C. Officine Meccaniche et (C‑18/17, EU:C:2018:904, punt 44 u l-ġurisprudenza ċċitata).
( 23 ) Sentenza tal‑21 ta’ Ottubru 2004, Il‑Kummissjoni vs Il‑Lussemburgu (C‑445/03, EU:C:2004:655, punt 24).
( 24 ) Din hija l-ipoteżi l-iktar frekwenti: impriża stabbilita fi Stat Membru tikkolloka l-ħaddiema tagħha, f’isimha u taħt it-tmexxija tagħha, fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor bil-għan li tipprovdi servizzi transnazzjonali. Huwa konkluż kuntratt bejn l-impriża ta’ oriġini u l-benefiċjarju tal-provvista ta’ servizzi li jopera fi Stat Membru ieħor, sakemm ikun hemm relazzjoni ta’ impjieg bejn din l-impriża u l-ħaddiem matul il-perijodu tal-kollokament. Ara s-sentenzi tat‑3 ta’ April 2008, Rüffert (C‑346/06, EU:C:2008:189, punt 19) (iktar ’il quddiem is-“sentenza Rüffert”), u tad‑19 ta’ Diċembru 2019, Dobersberger (C‑16/18, EU:C:2019:1110, punt 29) (iktar ’il quddiem is-“sentenza Dobersberger”).
( 25 ) Premessa 13. Korsiv miżjud.
( 26 ) Sentenzi tat‑12 ta’ Frar 2015, Sähköalojen ammattiliitto (C‑396/13, EU:C:2015:86, punt 28) (iktar ’il quddiem is-sentenza “Sähköaloen ammattiliitto”), u tat‑8 ta’ Diċembru 2007, Laval un Partneri (C‑341/05, EU:C:2007:809, punti 74 u 76) (iktar ’il quddiem is-“sentenza Laval un Partneri”).
( 27 ) Nirreferi, f’dan ir-rigward, għal Eckhard Voss, Michele Faioli, Jean-Philippe Lhernould, Feliciano Iudicone, Fondazione Giacomo, Posting of Workers Directive — current situation and challenges, European Parliament, 2016, http://www.europarl.europa.eu/RegData/etudes/STUD/2016/579001/IPOL_STU(2016)579001_EN.pdf; u Fotonopoulou Basurko, O., “Reflexiones en torno a la noción de habitualidad vs. temporalidad en las normas de derecho internacional privado del trabajo europeas”, f’Fotonopoulou Basurko, O., (coord.), El desplazamiento de trabajadores en el marco de la Unión europea: presente y futuro, Atelier, Barcelona, 2018, p. 258 sa 262.
( 28 ) Sentenzi tal‑14 ta’ April 2005, Il‑Kummissjoni vs Il-Ġermanja (C‑341/02, EU:C:2005:220, punti 25 sa 43), tas‑7 ta’ Novembru 2013, Isbir (C‑522/12, EU:C:2013:711, punti 39 sa 45) (iktar ’il quddiem is-“sentenza Isbir”), u Sähköalojen ammattiliitto, punti 38 sa 70.
( 29 ) Sentenza Laval un Partneri, b’mod partikolari, punti 80 u 81.
( 30 ) Ibidem, punt 111.
( 31 ) Sentenza tal‑11 ta’ Diċembru 2007 (C‑438/05, EU:C:2007:772).
( 32 ) Sentenzi tad‑19 ta’ Ġunju 2008 (C‑319/06, EU:C:2008:350).
( 33 ) Is-sentenza tas‑17 ta’ Novembru 2015, RegioPost (C‑115/14, EU:C:2015:760, punt 66), wasslet għal ċertu bdil ta’ orjentazzjoni peress li ddeċidiet li “l-Artikolu 26 tad-Direttiva 2004/18, moqri flimkien mad-Direttiva 96/71, jippermetti lill-Istat Membru ospitanti li jipprevedi, fil-kuntest tal-għoti ta’ kuntratt pubbliku, regola imperattiva ta’ protezzjoni minima li tinsab fl-ewwel subparagrafu (c) tal-Artikolu 3(1) ta’ din id-direttiva, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li timponi l-osservanza mill-impriżi stabbiliti fi Stati Membri oħra rata ta’ paga minima għall-benefiċċju tal-ħaddiema tagħhom ikkollokati fit-territorju tal-Istat Membru ospitanti għall-eżekuzzjoni ta’ dan il-kuntratt pubbliku. Fil-fatt, tali regola tagħmel parti mil-livell ta’ protezzjoni li għandu jiġi ggarantit lill-imsemmija ħaddiema”.
( 34 ) Kilpatrick, C., “Laval’s regulatory conundrum: collective standard-setting and the Court’s new approach to posted worker”, European Law Review, Nru 6, 2009, p. 848; Rocca, M., Posting of Workers and Collective Labour Law: There and Back Apension. Between Internal Markets and Fundamental Rights, Intersentia, Amberes, 2015, p. 181 sa 204.
( 35 ) Ara l-analiżi ta’ Van Nuffel, P. U Afanasjeva, S. “The Posting Workers Directive revised: enhancing the protection of workers in the cross-border provision of services”, European Papers, 2018, Nru 2, p. 1411 sa 1413.
( 36 ) Perdisini, R. u Pallini, M. Exploring the fradulent contrating of work in the European Union, 2016, Eurofound, p. 9 sa 18.
( 37 ) Id-Direttiva 2014/67 indirizzat il-problemi marbuta mal-hekk imsejħa “kumpanniji letter box” u saħħet il-kapaċità tal-Istati Membri li jissorveljaw il-kundizzjonijiet tax-xogħol u li jiżguraw l-osservanza tar-regoli applikabbli. Hija telenka, inter alia, il-kriterji li juru l-eżistenza ta’ rabta reali bejn il-persuna li timpjega u l-Istat Membru ta’ stabbiliment, applikabbli wkoll sabiex jiġi ddeterminat jekk individwu jissodisfax id-definizzjoni ta’ ħaddiem ikkollokat.
( 38 ) Ara Marchal Escalona, N. “El desplazamiento de trabajadores en el marco de una prestación transnacional de servicios: hacia un marco normativo europeo más seguro, justo y especializado”, Revista de Derecho Comunitario Europeo, 2019, nru 1, p. 91 sa 95.
( 39 ) COM(2016) 128 final, tat‑18 ta’ Marzu 2016, proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 96/71.
( 40 ) COM(2016) 505 final, tal‑20 ta’ Lulju 2016, Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Parlamenti nazzjonali dwar il-proposta għal direttiva li temenda d-Direttiva dwar l-istazzjonar tal-ħaddiema, fir-rigward tal-prinċipju ta’ sussidjarjetà, f’konformità mal-Protokoll Nru 2.
( 41 ) Ara l-analiżi ta’ Van Nuffel, P. U Afanasjeva, S. “The Posting Workers Directive revised: enhancing the protection of workers in the cross-border provision of services”, European Papers, 2018, Nru 3, p. 1414 sa 1416.
( 42 ) COM(2016) 815 final, tat‑13 ta’ Diċembru 2016, Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali, u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004.
( 43 ) Regolament (UE) 2019/1149 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑20 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi Awtorità Ewropea tax-Xogħol, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 883/2004, (UE) Nru 492/2011, u (UE) 2016/589 u li jħassar id-Deċiżjoni (UE) 2016/344 (ĠU 2019, L 186, p. 21).
( 44 ) Sentenza tat‑3 ta’ Diċembru 2019 (C‑482/17, EU:C:2019:1035) (iktar ’il quddiem is-“sentenza Ir-Repubblika Ċeka vs Il-Parlament u Il-Kunsill”).
( 45 ) Ibidem, punt 31.
( 46 ) Ibidem, punt 32.
( 47 ) Ibidem, punt 42.
( 48 ) Ibidem, punt 38.
( 49 ) Sentenza tal‑21 ta’ Ġunju 2018, Il-Polonja vs Il-Parlament u Il‑Kunsill (C‑5/16, EU:C:2018:483, punt 49).
( 50 ) Sentenza tas‑27 ta’ Jannar 2000, DIR International Film et vs Il‑Kummissjoni (C‑164/98 P, EU:C:2000:48, punt 26).
( 51 ) Għaldaqstant, il-premessa 1: “[…] biex jiggarantixxu kondizzjonijiet ekwi għan-negozji u r-rispett għad-drittijiet tal-ħaddiema”. Din id-duwalità hija msemmija wkoll fil-premessa 4: id-Direttiva 2018/957 għandha l-għan li tirrevedi jekk id-Direttiva 96/71 “għadhiex tilħaq bilanċ ġust bejn il-ħtieġa tal-promozzjoni tal-libertà li jiġu pprovduti s-servizzi u l-iżgurar ta’ kondizzjonijiet ekwi, min-naħa l-waħda, u l-ħtieġa li jiġu protetti d-drittijiet tal-ħaddiema stazzjonati [ikkollokati], min-naħa l-oħra”.
( 52 ) Fil-premessa 2 jinsab dan li ġej: “[i]l-libertà li jiġu pprovduti servizzi tinkludi d-dritt tal-impriżi li jipprovdu servizzi fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor u li jistazzjonaw [jikkollokaw] lill-ħaddiema tagħhom temporanjament fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru għal dak l-iskop”.
( 53 ) Il-premessa 3 tafferma mill-ġdid l-għan tal-ġustizzja u tal-protezzjoni soċjali, li huwa intiż sabiex jipproteġi lill-ħaddiema kkollokati. Il-premessi 5 sa 9 wkoll għandhom effett fuq il-protezzjoni tal-ħaddiema kkollokati.
( 54 ) Dan huwa mtenni mill-ġdid fil-premessa 24: “Din id-Direttiva tistabbilixxi qafas ibbilanċjat fir-rigward tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi u l-protezzjoni tal-ħaddiema stazzjonati [kkollokati], li huwa nondiskriminatorju, trasparenti u proporzjonat filwaqt li jirrispetta d-diversità tar-relazzjonijiet industrijali nazzjonali. Din id-Direttiva ma tipprevjenix l-applikazzjoni ta’ termini u ta’ kondizzjonijiet tax-xogħol li jkunu aktar favorevoli għall-ħaddiema stazzjonati”.
( 55 ) Denominazzjoni użata minn Marchal Escalona, N. “El desplazamiento de trabajadores en el marco de una prestación transnacional de servicios: hacia un marco normativo europeo más seguro, justo y especializado”, Revista de Derecho Comunitario Europeo, 2019, Nru 1, p. 96 sa 98.
( 56 ) Fil-punt (h) tiegħu huma inklużi, “il-kondizzjonijiet tal-akkomodazzjoni tal-ħaddiema fejn ipprovduti minn min iħaddem lil ħaddiema li jkunu l-bogħod mill-post tax-xogħol regolari tagħhom”; u fil-punt (i) “allowances jew rimborż ta’ spejjeż biex jiġu koperti l-ispejjeż ta’ vjaġġar, tal-ikel u tal-alloġġ għal ħaddiema l-bogħod mid-dar għal raġunijiet professjonali”.
( 57 ) Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad‑19 ta’ Novembru 2008 dwar xogħol temporanju permezz ta’ aġenzija (ĠU 2008, L 327, p. 9).
( 58 ) Punti 41 sa 44 ta’ dawn il-konklużjonijiet.
( 59 ) Sentenza Ir-Repubblika Ċeka vs Il-Parlament u Il-Kunsill, punt 42.
( 60 ) Ibidem, punti 38 u 39.
( 61 ) Sentenza tat‑12 ta’ Frar 2015, Il-Parlament vs Il-Kunsill (C‑48/14, EU:C:2015:91, punt 36 u l-ġurisprudenza ċċitata).
( 62 ) Sentenzi tal‑15 ta’ April 2008, Impact (C‑268/06, EU:C:2008:223, punti 123 u 124); u tat‑13 ta’ Settembru 2007, Del Cerro Alonso (C‑307/05, EU:C:2007:509), punti 39 u 40).
( 63 ) Sentenzi tad‑19 ta’ Ġunju 2014, Specht et (C‑501/12 sa C‑506/12, C‑540/12 u C‑541/12, EU:C:2014:2005, punt 33); tal‑15 ta’ April 2008, Impact (C‑268/06, EU:C:2008:223, punt 125); u tat‑13 ta’ Settembru 2007, Del Cerro Alonso (C‑307/05, EU:C:2007:509, punt 41).
( 64 )
( 65 ) Sentenza Isbir, punti 36 u 37.
( 66 ) Att iġarrab użu ħażin ta’ poter jekk ikun hemm indikazzjonijiet oġġettivi, rilevanti u konkordanti, li jkun ġie adottat esklużivament, jew tal-inqas b’mod determinanti, għal finijiet differenti minn dawk li għalihom ingħatat is-setgħa korrispondenti, jew biex tiġi evitata proċedura stabbilita speċifikament mit-TFUE sabiex jiġu indirizzati ċ-ċirkustanzi tal-każ (sentenzi tal‑5 ta’ Mejju 2015, Spanja vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill, C‑146/13, EU:C:2015:298, punt 56; u tas‑16 ta’ April 2013, Spanja u L‑Italja vs Il‑Kunsill, C‑274/11 u C‑295/11, EU:C:2013:240, punt 33).
( 67 ) Sentenzi tat‑2 ta’ Settembru 2015, Groupe Steria (C‑386/14, EU:C:2015:524, punt 39); tas‑26 ta’ Ottubru 2010, Schmelz (C‑97/09, EU:C:2010:632, punt 50); u tat‑18 ta’ Settembru 2003, Bosal (C‑168/01, EU:C:2003:479, punti 25 u 26). Ara, b’analoġija, fir-rigward tal-moviment liberu tal-merkanziji, is-sentenzi tal‑25 ta’ Ġunju 1997, Kieffer u Thill (C‑114/96, EU:C:1997:316, punt 27); u tat‑12 ta’ Lulju 2012, Association Kokopelli (C‑59/11, EU:C:2012:447, punt 80).
( 68 ) Sentenza tat‑13 ta’ Mejju 1997, Il-Ġermanja vs Il-Parlament u Il-Kunsill (C‑233/94, EU:C:1997:231, punt 17): “[…] l-Istati Membri jistgħu, f’ċerti ċirkustanzi, jadottaw jew iżommu miżuri li jostakolaw il-moviment liberu. Huma preċiżament dawn l-ostakoli li l-Artikolu 57(2) tat-Trattat jawtorizza lill-Komunità telimina permezz tal-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar l-aċċess għall-attivitajiet ta’ persuna li taħdem għal rasha u għall-eżerċizzju tagħhom. Minħabba li dawn huma miżuri ta’ koordinazzjoni, il-Komunità tqis l-interess ġenerali mfittex mill-Istati Membri differenti u tadotta livell ta’ protezzjoni ta’ dan l-interess li jidher aċċettabbli fil-Komunità”. [traduzzjoni mhux uffiċjali]
( 69 ) Sentenza Ir-Repubblika Ċeka vs Il-Parlament u Il-Kunsill, punt 76.
( 70 ) Ibidem, punt 77 u l-ġurisprudenza ċċitata.
( 71 ) Ibidem, punt 78 u l-ġurisprudenza ċċitata.
( 72 ) Ibidem, punt 79 u l-ġurisprudenza ċċitata. Skont l-Artikolu 5 tal-Protokoll (Nru 2) dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ sussidjarjetà u ta’ proporzjonalità, anness mat-TUE u mat-TFUE, l-abbozzi ta’ atti leġiżlattivi għandhom debitament jikkunsidraw in-neċessità li kull piż fuq l-operaturi ekonomiċi jitnaqqas kemm jista’ jkun u jkun proporzjonali għall-għan li għandu jintlaħaq.
( 73 ) Ibidem, punt 81 u l-ġurisprudenza ċċitata.
( 74 ) Is-sentenza tad‑9 ta’ Awwissu 1994, Vander Elst (C‑43/93, EU:C:1994:310, punt 16), tiddikjara li “[…] l-libertà li jiġu pprovduti servizzi, bħala prinċipju fundamentali tat-Trattat, tista’ tiġi limitata biss minn leġiżlazzjonijiet iġġustifikati mill-interess ġenerali u li japplikaw għal kull persuna jew impriża li teżerċita attività fl-Istat ta’ destinazzjoni, sa fejn dan l-interess ma huwiex imħares mir-regoli li għalihom il-fornitur huwa suġġett fl-Istat Membru fejn huwa stabbilit […]”. [traduzzjoni mhux uffiċjali]
( 75 ) Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern (ĠU 2006, L 376, p. 36).
( 76 ) Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad‑29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kap. 5, Vol. 5, p. 72), emendat bir-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑16 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 (ĠU 2009, L 284, p. 1, u r-rettifika fil-ĠU 2016, L 288, p. 58), u bir-Regolament (UE) Nru 465/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑22 ta’ Mejju 2012 (ĠU 2012, L 149, p. 4).
( 77 ) L-Artikolu 1(6) tagħha jagħti x’jifhem li liġi tal-impjieg hija “kwalunkwe dispożizzjoni legali jew kuntrattwali dwar il-kondizzjonijiet ta’ l-impjieg, il-kondizzjonijiet tax-xogħol, kif ukoll is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, u r-relazzjoni bejn min jimpjega u l-ħaddiema, li l-Istati Membri japplikaw skond il-liġi nazzjonali li tirrispetta l-liġi Komunitarja”.
( 78 ) Sentenza Čepelnik, punti 29 sa 36.
( 79 ) Il-premessa 86 tad-Direttiva 2006/123 tikkonferma wkoll li din ir-regola ġenerali ta’ armonizzazzjoni fil-qasam tal-kummerċjalizzazzjoni tas-servizzi fis-suq intern ma testendix għall-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-impjieg li, skont id-Direttiva 96/71, japplikaw għall-ħaddiema kkollokati sabiex jipprovdu servizz fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor.
( 80 ) Sentenza Arblade et, punt 34.
( 81 ) Sentenzi De Clercq et, punti 45 sa 47; u tas‑7 ta’ Ottubru 2010, Santos Palhota et (C‑515/08, EU:C:2010:589, punti 25 sa 27 u 45).
( 82 ) Sentenza Laval un Partneri, punt 80.
( 83 ) SWD(2016) 52 final, 8.3.2016, Commission Staff Working Document Impact Assessment accompanying the document Proposal for a Directive of the European Parliament and the Council amending Directive 96/71/EC concerning the posting of workers in the framework of the provision of services.
( 84 ) Sentenza Ir-Repubblika Ċeka vs Il-Parlament u Il-Kunsill, punt 77.
( 85 ) L-eċċezzjoni hija ispirata mix-xewqa li tiġi mħeġġa, sa fejn huwa possibbli, il-libertà li jiġu pprovduti servizzi u li jiġu evitati kumplikazzjonijiet amministrattivi inutili u għaljin u ta’ klassi oħra li ma humiex fl-interess tal-ħaddiema, la tal-impriżi, u lanqas l-amministrazzjonijiet tas-sigurtà soċjali.
( 86 ) Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑17 ta’ Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I) (ĠU 2008, L 177, p. 6, u r-rettifika fil-ĠU 2009, L 309, p. 87).
( 87 ) L-unika eċċezzjoni għal din ir-regola hija prevista fl-Artikolu 3(7) tad-Direttiva 96/71, li jipprevedi li l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tax-xogħol tal-Istat ospitanti ma tipprekludix l-applikazzjoni ta’ kundizzjonijiet tax-xogħol iktar favorevoli għall-ħaddiema. Dan ifisser li l-ħaddiem ikkollokat jista’ jkompli jibbenefika mil-leġiżlazzjoni tax-xogħol u mill-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-pajjiż ta’ oriġini meta dawn ikunu iktar favorevoli minn dawk tal-Istat ospitanti. F’dawn iċ-ċirkustanzi l-Istat ospitanti għandu jirrikonoxxi l-validità tal-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Istat ta’ oriġini u mhux jimponi restrizzjonijiet addizzjonali fuq il-kollokament tal-ħaddiema bil-għan li jitwettqu provvisti transnazzjonali ta’ servizzi.
( 88 ) Sentenza Ir-Repubblika Ċeka vs Il-Parlament u Il-Kunsill, punt 77.
( 89 ) Sentenzi tat‑22 ta’ Marzu 2007, Talotta (C‑383/05, EU:C:2007:181, punt 18); u Laval un Partneri, punt 115.
( 90 ) Dan huwa nukleu ta’ regoli imperattivi ta’ protezzjoni minima applikabbli f’oqsma li fihom l-Istat ospitanti jista’ jeżiġi l-osservanza tad-dritt intern tiegħu (sentenzi Laval un Partneri, punt 59; u tad‑19 ta’ Ġunju 2008, Il‑Kummissjoni vs Il‑Lussemburgu, C‑319/06, EU:C:2008:350, punt 26).
( 91 ) Enfasi miżjuda minni.
( 92 ) Punt 4.5.2 tad-Dokument SWD(2016) 52 final, tat‑8 ta’ Marzu 2016.
( 93 ) Ara l-premessa 19 tad-Direttiva 2018/957.
( 94 ) Sentenzi tat‑8 ta’ Ġunju 2010, Vodafone et (C‑58/08, EU:C:2010:321, punt 51); tat‑12 ta’ Lulju 2012, Association Kokopelli (C‑59/11, EU:C:2012:447, punt 38); u tas‑16 ta’ Ġunju 2015, Gauwiler et (C‑62/14, EU:C:2015:400, punt 67).
( 95 ) Sentenzi Ir-Repubblika Ċeka vs Il-Parlament u Il-Kunsill, punt 78; u tat‑8 ta’ Lulju 2010, Afton Chemical (C‑343/09, EU:C:2010:419, punt 46).
( 96 ) Dokument SWD(2016) 52 final, tat‑8 ta’ Marzu 2016, p. 23 et seq.
( 97 ) Waqt is-seduta, il-Gvern Franċiż insista fuq dawn id-diffikultajiet prattiċi billi indika li fi Franza ssir distinzjoni bejn il-paga minima (SMIC) u r-“rati minimi ta’ ħlas” tad-Direttiva 96/71. Dawn tal-aħħar jinkludu, flimkien mal-paga minima, bonus għax-xogħol billejl u għall-perikolu, li għandhom jitħallsu wkoll lill-ħaddiema kkollokati.
( 98 ) Punti 38 sa 70.
( 99 ) Dokument SWD(2016) 52 final, tat‑8 ta’ Marzu 2016, p. 10 u 11.
( 100 ) “[I]l-kompitu sabiex jiddefinixxi liema huma l-elementi li jikkostitwixxu l-kunċett ta’ salarju minimu, għall-applikazzjoni ta’ din id-direttiva, jaqa’ taħt id-dritt tal-Istat Membru tal-kollokazzjoni, sakemm din id-definizzjoni, kif din tirriżulta mil-leġiżlazzjoni jew mill-ftehimiet kollettivi nazzjonali rilevanti jew mill-interpretazzjoni li tingħata lilhom mill-qrati nazzjonali, ma jkollhiex l-effett li tostakola l-libertà li jiġu pprovduti servizzi bejn l-Istati Membri”. Sentenzi Sähköalojen ammattiliitto, punt 34; u Isbir, punt 37.
( 101 ) Sentenza Sähköalojen ammattiliitto, punt 39.
( 102 ) Ara Fondazione Giacomo Brodolini (FGB), Study on wage setting systems and minimum rates of pay applicable to posted workers in accordance with Directive 97/71/EC in a selected number of Member States and sectors, Final report, November 2015; Schiek, Oliver, Forde, Alberti, EU Social and Labour Rights and EU Internal Market Law, Study for the EMPL Committee, European Parliament, September 2015 (http://www.europarl.europa.eu/RegData/etudes/STUD/2015/563457/IPOL_STU%282015%29563457_EN.pdf);
( 103 ) Dokument SWD(2016) 52 final, tat‑8 ta’ Marzu 2016, p. 11 sa 14.
( 104 )
( 105 )
( 106 ) Il-Kummissjoni rrakkomandat il-bidla tas-sistema legali għall-kuntratt individwali ta’ xogħol fil-każ ta’ ħaddiema kkollokati fit-tul, billi rrakkomandat li jiġi applikat fil-konfront tagħhom id-dritt tax-xogħol tal-pajjiż ospitanti. Ara l-Artikolu 2a tal-proposta tal-Kummissjoni COM(2016) 128 final u l-analiżi tal-impatt SWD(2016) 52 final, p. 25.
( 107 ) Sentenzi Dobersberger, punt 24; u tat‑22 ta’ Diċembru 2010, Yellow Cab Verkehrsbetrieb (C‑338/09, EU:C:2010:814, punt 29).
( 108 ) Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Szpunar tad‑29 ta’ Lulju 2019, fil-kawża Dobersberger (C‑16/18, EU:C:2019:638, punt 36).
( 109 ) Ara l-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 96/71.
( 110 ) Ara l-Artikolu 9(1)(b) tad-Direttiva 2014/67. Id-dikjarazzjoni konġunta annessa fl-att tas-seduta tal-Kunsill “Xogħol u Kwistjonijiet Soċjali” tal‑24 ta’ Settembru 1996 (Dokument 10048/96 add. 1, tal‑20 ta’ Settembru 1996, Anness C.1) jindika li mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 96/71 huma esklużi l-ħaddiema mobbli fil-qasam tat-trasport ferrovjarju, fuq l-art, bl-ajru jew fuq ix-xmajjar biss fejn ma jkunx hemm il-provvista ta’ servizzi transazzjonali bil-kollokament tal-ħaddiem.
( 111 ) Il-premessa 11 tar-Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑21 ta’ Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport bit-triq tal-merkanzija (ĠU 2009, L 300, p. 72, u r-rettifika fil-ĠU 2018, L 241, p. 14), u l-premessa 17 tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑21 ta’ Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 561/2006 (ĠU 2009, L 300, p. 88, u r-rettifiki fil-ĠU 2015, L 272, p. 15, u fil-ĠU 2018, L 243, p. 21).
( 112 )
( 113 ) L-applikazzjoni tad-Direttiva 96/71 għall-ħaddiema kkollokati fis-settur tat-trasport bit-triq hija s-suġġett ta’ analiżi fil-Kawża C‑815/18, Federatie Nederlandse Vakbeweging, pendenti quddiem l-Awla Manja.
( 114 ) COM(2017) 278 final, tal‑31 ta’ Mejju 2017, Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/22 fir-rigward ta’ rekwiżiti tal-infurzar u li tistabbilixxi regoli speċifiċi rigward id-Direttiva 96/71 u d-Direttiva 2014/67 għall-istazzjonar tax-xufiera fis-settur tat-trasport bit-triq.
( 115 ) Skont l-Artikolu 23 tar-Regolament Ruma I, “[…] dan ir-Regolament m’għandux jippreġudika l-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet tal-liġi Komunitarja li, fir-rigward ta’ kwistjonijiet partikolari, jistipulaw regoli tal-konflitt tal-liġijiet relatati ma’ obbligazzjonijiet kuntrattwali”.
( 116 ) Ara l-analiżi ta’ Van Hoek, A., “Re-embedding the transnational employment relationship: a tale about the limitations of (EU) law?”, Common Market Law Review, 2018, Nru 3, pp. 455 sa 460.
( 117 ) Ara l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Wahl fil-kawża Sähköalojen ammattiliitto (C‑396/13, EU:C:2014:2236, punti 47 sa 53).
( 118 ) Fir-realtà, id-Direttiva 96/71 ma tiħux post ir-Regolament Ruma I, iżda timponi l-artikolazzjoni taż-żewġ testi. Skont l-Artikolu 3(1) u (1a), “[l]-Istati Membri għandhom jiżguraw, irrispettivament minn liema liġi tkun tapplika għar-relazzjonijiet tal-impjieg […]”, li jiġu applikati ċertu numru ta’ kundizzjonijiet ta’ xogħol fil-pajjiż ospitanti. Dan jimplika li għandha tiġi ddeterminata l-liġi applikabbli għall-kuntratt tax-xogħol skont l-Artikolu 8 ta’ Ruma I, iżda li l-konsegwenzi tagħha jiġu llimitati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 3(1) u (1a) tad-Direttiva 96/71, li għall-kuntratt tax-xogħol jiġu applikati, fi kwalunkwe każ, ċerti kundizzjonijiet tax-xogħol irregolati mir-regoli tal-Istat ospitanti.
( 119 ) Ara d-Dokument COM(2005) 650 final, tal‑15 ta’ Diċembru 2005, p. 24.
( 120 ) Skont ġurisprudenza stabbilita, il-prinċipju ta’ ċertezza legali jirrikjedi li r-regoli tad-dritt ikunu ċari, preċiżi u prevedibbli fl-effett tagħhom, sabiex il-persuni kkonċernati jkunu jistgħu jorjentaw ruħhom f’sitwazzjonijiet u f’relazzjonijiet legali li jagħmlu parti mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni (sentenza tal‑5 ta’ Mejju 2015, Spanja vs Il-Kunsill, C‑147/13, EU:C:2015:299, punt 79).
( 121 )
( 122 ) Dan ġie ddikjarat waqt is-seduta.