31995R2390



Official Journal L 244 , 12/10/1995 P. 0060 - 0060


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2390/95

tal-11 ta’ Ottubru 1995

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1538/91 li jintroduċi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1906/90 dwar ċerti standards rigward il-marketing tal-laħam tat-tjur

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1906/90 tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar ċerti standards tas-suq għal-laħam tat-tjur [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 3204/93 [2], u b’mod partikolari l-Artikoli 7 u 9 tiegħu,

Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1538/91 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 3239/94 [4], li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ standards rigward il-marketing fis-settur tal-laħam tat-tjur;

Billi, fid-dawl ta’ l-esperjenza, ċerti definizzjonijiet dwar il-foie gras, u l-preżentazzjoni ta’ karkassi għandhom jiġu emendati;

Billi l-miżuri li għalihom hemm ipprovdut f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għal-Laħam tat-Tajr u l-Bajd,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) Nru 1538/91 b’dan il-mezz, huwa emendat kif ġej:

1. L-ewwel inċiż tat-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 1(3) huwa mibdula b’li ġej:

"— il-fwied tal-papri għandu jkun jiżen għallinqas 300 g nett."

2. It-tieni u t-tielet inċiżi ta’ l-Artikolu 2(1) huma mibdula b’dan li ġej:

"— bil-ġewwieni,

— mingħajr ġewwieni,

Għandha tiġi miżjuda l-frażi ‘bil-ġewwieni mneħħi’."

L-Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tieghu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-11 ta’ Ottubru 1995.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 173, tas-6.7.1990, p. 1.

[2] ĠU L 289, ta’ l-24.11.1993, p. 3.

[3] ĠU L 143, tas-7.6.1991, p. 11.

[4] ĠU L 338, tat-28.12.1994, p. 48.

--------------------------------------------------