|
11.3.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 62/45 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 147/2009
tal-4 ta’ Diċembru 2009
li temenda l-Anness XVIII (Is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, il-liġi tax-xogħol u t-trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness XVIII tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 51/2009 tal-24 ta’ April 2009 (1). |
|
(2) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/113/KE tat-13 ta’ Diċembru 2004 li timplimenta l-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fl-aċċess għal u l-provvista ta’ merkanzija u servizzi (2) għandha tiġi inkorporata mall-Ftehim, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-punt li ġej għandu jidħol wara l-punt 21b (Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XVIII tal-Ftehim:
|
“21c. |
32004 L 0113: Id-Direttiva 2004/113/KE tat-13 ta’ Diċembru 2004 li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fl-aċċess għal u l-provvista ta’ merkanzija, (ĠU L 373 21.12.2004, p. 37). Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandhom, għar-raġunijiet ta’ dan il-ftehim, jinqraw bl-adattament li ġej: Fl-Artikoli 5 u 17 ir-riferenzi għal ‘ 21 ta’ Diċembru 2007 ’ għandhom jinqraw ‘ 30 ta’ Ġunju 2010 ’.” |
Artikolu 2
Ittesti tad-Direttiva 2004/113/KE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li se jkunu ppubblikati fis-Supplimet taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar il-5 ta’ Diċembru 2009, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE, (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Diċembru 2009.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Oda Helen SLETNES
(1) ĠU L 162, 25.6.2009, p. 32.
(2) ĠU L 373, 21.12.2004, p. 37.
(*1) Ir-rekwiżiti kostituzzjonali huma indikati.
Dikjarazzjoni Konġunta mill-Partijiet Kontraenti dwar id-Deciżjoni Nru 147/2009 li tinkorpora d-Direttiva 2004/113/KE fil-Ftehim
“Id-Direttiva 2004/113/KE hija bbażata fuq l-Artikolu 13 tat-Trattat KE li kien introdott mill-ġdid permezz tat-trattat ta’ Amsterdam u mhux rifless fil-Ftehim taż-ŻEE. L-inkorporazzjoni tad-Direttiva 2004/113/KE fil-Ftehim taż-ZEE hu bla ħsara għall-ambitu tal-Ftehim taż-ŻEE.”