DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2026/2137
tat-22 ta’ Settembru 2026
li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/486/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/486/PESK tal-1 ta’ Awissu 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
(1)
Fl-1 ta’ Awwissu 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/486/PESK.
(2)
Fl-10 ta’ Marzu 2026, it-13 ta’ April 2026, il-15 ta’ April 2026 u t-28 ta’ April 2026, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 1988 (2011) tal-KSNU aġġorna l-informazzjoni relatata ma’ 24 persuna u entità waħda soġġetta għal miżuri restrittivi.
(3)
Għalhekk id-Deċiżjoni 2011/486/PESK jenħtieġ li tiġi emendata skont dan,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni 2011/486/PESK huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Anness tad-Deċiżjoni 2011/486/PESK huwa emendat kif ġej:
(1)
Taħt l-intestatura “A. Individwi assoċjati mat-Taliban”, l-entrati li jikkonċernaw il-persuni elenkati hawn taħt huma sostitwiti b’dan li ġej:
“(1)
Abdul Baqi Basir Awal Shah (alias a) Abdul Baqi b) Abdul Baqi Haqqani.
Isem (bil-kitba oriġinali): عبد الباقي بصیر أول شاه
Titlu: (a) Maulavi, (b) Mullah. Raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista: (a) Gvernatur tal-provinċji ta’ Khost u Paktika taħt ir-reġim Taliban (1996-2001), (b) Viċi Ministru għall-Informazzjoni u l-Kultura taħt ir-reġim Taliban (1991-2001), (c) Dipartiment Konsulari, Ministeru għall-Affarijiet Barranin taħt ir-reġim Taliban (1991-2001). Data tat-twelid: (a) Bejn l-1960 u l-1962 (b) l-1 ta’ Jannar 1967. Post tat-twelid: (a) Belt ta’ Jalalabad, Provinċja ta’ Nangarhar, l-Afganistan, (b) Distrett ta’ Shinwar, Provinċja ta’ Nangarhar, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Numru tal-passaport: Passaport diplomatiku tal-Afganistan D0009724 (maħruġ fit-13 ta’ Ottubru 2021 f’Kabul, l-Afganistan taħt l-isem ta’ Abdul Baqi Haqqani; jiskadi fit-13 ta’ Ottubru 2026). Indirizz: Afshar Main Road Police District 5 near Kabul Education University, Kabul, Afghanistan Data tad-deżinjazzjoni min-NU:
23.2.2001.
Informazzjoni oħra: Membru tat-Taliban responsabbli għall-Provinċja ta’ Nangarhar fl-2008. Tul: 175 cm. Rieżami skont ir-Riżoluzzjoni 1822 (2008) tal-Kunsill tas-Sigurtà ġie konkluż fl-1 ta’ Ġunju 2010. Ritratt huwa disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta’ bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/1493921
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Abdul Baqi inizjalment serva bħala Gvernatur tal-provinċji ta’ Khost u Paktika għar-reġim Taliban. Sussegwentement inħatar Viċi-Ministru għall-Informazzjoni u l-Kultura. Huwa serva wkoll fid-Dipartiment Konsulari tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin tar-reġim Taliban.
Matul l-2003, Abdul Baqi kien involut f’attivitajiet militari kontra l-gvern fid-Distretti ta’ Shinwar, Achin, Naziyan u Dur Baba tal-Provinċja ta’ Nangarhar. Mill-2009 kien impenjat fl-organizzazzjoni ta’ attivitajiet militanti fir-reġjun kollu tal-lvant, b’mod partikolari fil-Provinċja ta’ Nangarhar u fil-Belt ta’ Jalalabad.
(14)
Hamidullah Akhund Sher Mohammad (magħruf ukoll bħala (a) Janat Gul (b) Hamidullah Akhund (c) Saeed Hamidullah (d) Sher Mohammad).
Isem (bil-kitba oriġinali):
حمید الله آخوند شیر محمد
Titlu: Mullah. Raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista: Kap ta’ Ariana Afghan Airlines taħt ir-reġim Taliban (1996 – 2001). Data tat-twelid: (a) Bejn l-1972 u l-1973 (b) it-22 ta’ Marzu 1973. Post tat-twelid: (a) Sarpolad village, Washer District, Helmand Province, Afghanistan (b) Arghandab District, Kandahar Province, Afghanistan (c) Uruzgan, Afghanistan. Nazzjonalità: Afgana. Numru tal-passaport: Passaport diplomatiku tal-Afganistan D0009721 (maħruġ fit-12 ta’ Ottubru 2021, taħt l-isem Hamidullah Saeed; jiskadi fit-12 ta’ Ottubru 2026). Indirizz: Kabul, l-Afganistan. Data tad-deżinjazzjoni min-NU:
25.1.2001.
Informazzjoni oħra: Jappartjeni għat-tribù Ghilzai. Tul: 175cm. Ir-rieżami skont ir-Riżoluzzjoni 1822 (2008) tal-Kunsill tas-Sigurtà ġie konkluż fl-21 ta’ Lulju 2010. Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/1427570
(15)
Mohammad Hassan Akhund.
Isem (bil-kitba oriġinali): محمد حسن آخوند
Titlu: (a) Mullah, (b) Haji. Raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista: (a) L-Ewwel Viċi, Kunsill tal-Ministri taħt ir-reġim Taliban, (1996-2001), (b) Ministru għall-Affarijiet Barranin taħt ir-reġim Taliban, (1996-2001), (c) Gvernatur ta’ Kandahar taħt ir-reġim Taliban, (1996-2001), (d) Konsulent Politiku ta’ Mullah Mohammed Omar. Data tat-twelid: (a) Bejn l-1955 u l-1958 (b) Bejn l-1945 u l-1950. Post tat-twelid: Villaġġ ta’ Pashmul, Distrett ta’ Panjwai, Provinċja ta’ Kandahar, Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Numru tal-passaport: Afganistan P04581926 (maħruġ fis-7 ta’ Awwissu 2024 f’Kandahar, l-Afganistan; jiskadi fis-7 ta’ Awwissu 2034). Indirizz: Kabul, l-Afganistan. Data tad-deżinjazzjoni min-NU:
25.1.2001.
Informazzjoni oħra: Assoċjat mill-qrib ta’ Mullah Mohammed Omar. Membru tal-Kunsill Suprem tat-Taliban f’Diċembru 2009. Jappartjeni għat-tribù ta’ Baabar. Ir-rieżami skont ir-Riżoluzzjoni 1822 (2008) tal-Kunsill tas-Sigurtà ġie konkluż fl-21 ta’ Lulju 2010. Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/1427207
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Mohammad Hassan Akhund huwa assoċjat qrib u Konsulent Politiku ta’ Mohammed Omar.
Mohammad Hassan Akhund kien għadu mexxej attiv tat-Taliban f’nofs l-2009. Huwa kien membru tal-Kunsill Suprem tat-Taliban f’Diċembru 2009. Huwa kien wieħed mill-aktar kmandanti effettivi tat-Taliban fil-bidu tal-2010.
(17)
Mohammad Essa Akhund (magħruf ukoll bħala Mohammad Eisa Sani).
Isem (bil-kitba oriġinali): محمد عیسی آخوند
Titlu: (a) Alhaj, (b) Mullah. Raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista: Ministru għall-Ilma, is-Sanità u l-Elettriku taħt ir-reġim tat-Taliban (1996 - 2001). Data tat-twelid: (a) Bejn wieħed u ieħor fl-1958 (b) it-22 ta’ Frar 1957. Post tat-twelid: Żona ta’ Mial, Distrett ta’ Spin Boldak, Provinċja ta’ Kandahar, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Numru tal-passaport: Passaport diplomatiku tal-Afganistan D0010402 (maħruġ fl-4 ta’ Awwissu 2024 f’Kabul, l-Afganistan taħt l-isem Mohammad Eisa Sani; jiskadi fl-4 ta’ Awwissu 2029). Data tad-deżinjazzjoni min-NU:
25.1.2001.
Informazzjoni oħra: Jappartjeni għat-tribù Nurzai. Tul: 185 cm. Ir-rieżami skont ir-Riżoluzzjoni 1822 (2008) tal-Kunsill tas-Sigurtà ġie konkluż fl-27 ta’ Lulju 2010. Ritratt huwa disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta’ bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/How-we-work/Notices/View-UN-Notices-Individuals#2006-25957
(29)
Azizirahman Abdul Ahad (magħruf ukoll bħala Azizurahman Abdul Ahad).
Isem (bil-kitba oriġinali): عزیز الرحمان عبد الاحد
Titlu: Sur Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: It-tielet Segretarju, l-Ambaxxata tat-Taliban, Abu Dhabi, l-Emirati Għarab Magħquda (1996–2001) Data tat-twelid: (a) 1972 (b)
23 ta’ Mejju 1971. Post tat-twelid: Provinċja ta’ Kandahar, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Numru tal-passaport: Passaport tal-Afganistan P02504168 (maħruġ fit-12 ta’ Novembru 2019 f’Dubai, l-Emirati Għarab Magħquda taħt l-isem Azizurahman Abdul Ahad; jiskadi fit-12 ta’ Novembru 2029). Numru ta’ identifikazzjoni nazzjonali: 44323 (karta ta’ identifikazzjoni nazzjonali Afgana (tazkira)). Indirizz: Kabul, l-Afganistan. Data tad-deżinjazzjoni min-NU:
25.1.2001.
Informazzjoni oħra: Jappartjeni għat-tribù Hotak. Tul: 169 cm. Ir-rieżami skont ir-Riżoluzzjoni 1822 (2008) tal-Kunsill tas-Sigurtà ġie konkluż fid-29 ta’ Lulju 2010. Ritratt huwa disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta’ bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/How-we-work/Notices/View-UN-Notices-Individuals#2012-306385
(30)
Abdul Ghani Baradar Abdul Ahmad Turk (magħruf ukoll bħala (a) Mullah Baradar Akhund, (b) Abdul Ghani Baradar).
Isem (bil-kitba oriġinali): عبدالغنی برادر عبد الاحمد ترک
Titlu: Mullah. Raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista: Viċi Ministru għad-Difiża taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: (a) Bejn wieħed u ieħor fl-1968 (b) id-29 ta’ Settembru 1963. Post tat-twelid: Villaġġ ta’ Yatimak, Distrett ta’ Dehrawood, Provinċja ta’ Uruzgan, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana Numru tal-passaport: (a) Passaport diplomatiku tal-Afganistan D0009751 (maħruġ fis-16 ta’ Ottubru 2021 f’Kabul, l-Afganistan; jiskadi fis-16 ta’ Ottubru 2026), (b) l-Afganistan P04999950 (maħruġ fl-4 ta’ Frar 2025, jiskadi fl-4 ta’ Frar 2035). Indirizz: Kabul, l-Afganistan. Data tad-deżinjazzjoni min-NU:
23.2.2001.
Informazzjoni oħra: Jappartjeni għat-tribù Popalzai. Tul: 173 cm. Ir-rieżami skont ir-Riżoluzzjoni 1822 (2008) tal-Kunsill tas-Sigurtà ġie konkluż fl-1 ta’ Ġunju 2010. Ritratt huwa disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta’ bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/How-we-work/Notices/View-UN-Notices-Individuals
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Abdul Ghani Baradar kien kmandant militari għoli tat-Taliban u membru tat-tmexxija tat-Taliban fi Frar 2010.
Bħala l-Viċi Ministru għad-Difiża tat-Taliban, kien meqjus bħala wieħed mill-viċijiet ta’ Mohammed Omar u mexxa t-taqsima tal-affarijiet militari tat-Taliban.
Huwa kien membru prinċipali tan-network tat-Taliban u organizza operazzjonijiet Talibani kontra l-Gvern Afgan u l-Forza Internazzjonali ta’ Assistenza għas-Sigurtà f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Ministru għad-Difiża tat-Taliban, Ubaidullah Akhund.
(39)
Din Mohammad Hanif (magħruf ukoll bħala (a) Qari Din Mohammad, (b) Iadena Mohammad (c) Iadenamohammad Nazri Mohammad).
Isem (bil-kitba oriġinali): دین محمد حنی ف
Titlu: Qari. Raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista: (a) Ministru għall-Ippjanar taħt ir-reġim Taliban (1996-2001), (b) Ministru għall-Edukazzjoni Għolja taħt ir-reġim Taliban (1996-2001). Data tat-twelid: (a) Bejn wieħed u ieħor fl-1955. (b) l-1 ta’ Jannar 1964. Post tat-twelid: Raħal ta’ Shakarlab, Distrett ta’ Yaftali Pain, Provinċja ta’ Badakhshan, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Numru tal-passaport: (a) Passaport diplomatiku tal-Afganistan D0009731 (maħruġ fit-13 ta’ Ottubru 2021 f’Kabul, l-Afganistan taħt l-isem ta’ Iadenamohammad Nazri Mohammad; jiskadi fit-13 ta’ Ottubru 2026), (b) OA 454044, maħruġ l-Afganistan. Indirizz: Kabul, l-Afganistan. Data tad-deżinjazzjoni min-NU:
25.1.2001.
Informazzjoni oħra: Membru tal-Kunsill Suprem tat-Taliban responsabbli għall-provinċji ta’ Takhar u Badakhshan. Tul: 172 cm. Ir-rieżami skont ir-Riżoluzzjoni 1822 (2008) tal-Kunsill tas-Sigurtà ġie konkluż fl-27 ta’ Lulju 2010. Ritratt huwa disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta’ bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/How-we-work/Notices/View-UN-Notices-Individuals#2007-47175
(43)
Khalil Ahmed Haqqani (magħruf ukoll bħala (a) Khalil Al-Rahman Haqqani, (b) Khalil ur Rahman Haqqani, (c) Khaleel Haqqani).
Isem (bil-kitba oriġinali): خلیل احمد حقانی
Titlu: Haji. Data tat-twelid: (a)
1.1.1966, (b) bejn l-1958 u l-1964. Post tat-twelid: Raħal ta’ Sarana, żona ta’ Garda Saray, Distrett ta’ Waza Zadran, Provinċja ta’ Paktia, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Indirizz: Villaġġ ta’ Sarana Zadran, Provinċja ta’ Paktia, l-Afganistan. Data tad-deżinjazzjoni min-NU:
9.2.2011.
Informazzjoni oħra: Qabel kien ivvajaġġa lejn, u ġabar fondi f’Dubai, l-Emirati Għarab Magħquda. Ħu Jalaluddin Haqqani u z-ziju ta’ Sirajuddin Jallaloudine Haqqani. Allegatament miet fil-11 ta’ Diċembru 2024. Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/1929286
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Khalil Ahmed Haqqani huwa membru għoli tan-Network ta’ Haqqani, grupp ta’ militanti affiljati mat-Taliban li jopera mill-Aġenzija tat-Tramuntana tal-Waziristan fiż-Żoni Tribali Amministrati Federalment tal-Pakistan. In-Network ta’ Haqqani, li jinsab fuq quddiem nett tal-attivitajiet ta’ ribelljoni fl-Afganistan, twaqqaf minn ħu Khalil Haqqani, Jalaluddin Haqqani, li ngħaqad mar-reġim Taliban ta’ Mullah Mohammed Omar f’nofs is-snin 90.
Khalil Haqqani jieħu sehem f’attivitajiet ta’ ġbir ta’ fondi f’isem it-Taliban u n-Network ta’ Haqqani, u ta’ spiss jivvjaġġa barra mill-pajjiż biex jiltaqa’ ma’ persuni li jagħtu appoġġ finanzjarju. Minn Settembru 2009, Khalil Haqqani kien ivvjaġġa lejn l-istati tal-Golf u ġabar fondi minn sorsi hemmhekk, kif ukoll minn sorsi fin-Nofsinhar u fil-Lvant tal-Asja.
Khalil Haqqani jipprovdi wkoll appoġġ lit-Taliban u lin-Network ta’ Haqqani li joperaw fl-Afganistan. Mill-bidu tal-2010, Khalil Haqqani pprovda fondi lil ċelloli tat-Taliban fil-Provinċja ta’ Logar, l-Afganistan. Fl-2009, Khalil Haqqani pprovda u kkontrolla madwar 160 kumbattent fil-Provinċja ta’ Logar, l-Afganistan, u kien wieħed minn diversi persuni responsabbli għad-detenzjoni ta’ priġunieri għedewwa maqbuda mit-Taliban u min-Network ta’ Haqqani. Khalil Haqqani ħa ordnijiet għal operazzjonijiet tat-Taliban minn Sirajuddin Haqqani, in-neputi tiegħu.
Khalil Haqqani aġixxa wkoll f’isem Al-Qaida u kellu konnessjoni mal-operazzjonijiet militari tagħha. Fl-2002, Khalil Haqqani skjera persunal biex issaħħu elementi ta’ Al-Qaida fil-Provinċja ta’ Paktia, l-Afganistan. Khalil Ahmed Haqqani huwa wkoll ħu Mohammad Ibrahim Omari u z-ziju ta’ Nasiruddin Haqqani u Badruddin Haqqani (mejjet).
(48)
Sirajuddin Jallaloudine Haqqani (magħruf ukoll bħala (a) Siraj Haqqani (b) Serajuddin Haqani (c) Siraj Haqani (d) Saraj Haqani (e) Abdul Satar Abdullah).
Raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista: Na’ib Amir (Viċi Kmandant) (1996-2001). Data tat-twelid: Bejn l-1977 u l-1978 (bejn wieħed u ieħor). Post tat-twelid: (a) Danda, Miramshah, Tramuntana tal-Waziristan, il-Pakistan, (b) Raħal ta’ Srana, Distrett ta’ Garda Saray, Provinċja ta’ Paktia, l-Afganistan, (c) Distrett ta’ Neka, Provinċja ta’ Paktika, l-Afganistan, (d) Provinċja ta’ Khost, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Numru tal-passaport: (a) Numru Afgan P00032260 (maħruġ fit-30 ta’ Ġunju 2022 f’Kabul, l-Afganistan taħt l-isem ta’ Abdul Satar Abdullah; jiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2032). (b) Numru Afgan D0010367 (maħruġ fit-18 ta’ Mejju 2024 f’Kabul, l-Afganistan, taħt l-isem Sirajuddin Haqqani; jiskadi fit-18 ta’ Mejju 2029). Indirizz: Kabul, l-Afganistan. Data tad-deżinjazzjoni min-NU:
13.9.2007.
Informazzjoni oħra: Kap ta’ Haqqani Network minn tmiem l-2012. Iben Jalaluddin Haqqani. Jappartjeni għat-taqsima tas-Sultan Khel, it-tribù Zardan ta’ Garda Saray tal-provinċja ta’ Paktia, l-Afganistan. Tul: 187 cm. Ir-rieżami skont ir-Riżoluzzjoni 1822 (2008) tal-Kunsill tas-Sigurtà ġie konkluż fl-27 ta’ Lulju 2010. Ritratt huwa disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta’ bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/How-we-work/Notices/View-UN-Notices-Individuals#2007-44300
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Sirajuddin Jallaloudine Haqqani huwa wieħed mill-mexxejja l-aktar prominenti, influwenti, karismatiċi u b’esperjenza fin-network ta’ Haqqani, grupp ta’ ġellieda b’assoċjazzjoni mill-qrib kemm mat-Taliban kif ukoll ma’ Al-Qaida, u kien wieħed mill-kmandanti prinċipali tal-operazzjonijiet tan-network mill-2004. Wara l-waqgħa tat-Taliban fl-2001, Sirajuddin Haqqani ħa l-kontroll tan-Network ta’ Haqqani u minn dak iż-żmien ‘l hawn mexxa l-grupp biex ikun minn ta’ quddiem nett f’attivitajiet ta’ ribelljoni fl-Afganistan.
Ħafna mis-setgħa u l-awtorità ta’ Sirajuddin Haqqani ġejja minn missieru, Jalaluddin Haqqani, eks-Ministru tar-reġim Taliban, li kien kmandant militari tat-Taliban u intermedjarju għal Al-Qaida u t-Taliban fuq iż-żewġ naħat tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. Matul il-kariga tiegħu bħala Ministru tar-reġim Taliban, Jalaluddin Haqqani stabbilixxa rabtiet ferm mill-qrib ma’ Al-Qaida.
Sirajuddin Haqqani għandu assoċjazzjonijiet qawwija mat-Taliban, li jipprovdulu finanzjament għall-operazzjonijiet tiegħu. Huwa jirċievi wkoll finanzjament minn diversi gruppi u individwi oħra, inklużi barunijiet tad-droga. Huwa intermedjarju ċentrali għall-operazzjonijiet terroristiċi fl-Afganistan u attivitajiet ta’ appoġġ fiż-Żoni Tribali Amministrati Federalment tal-Pakistan. Ir-rabtiet tiegħu mat-Taliban saru pubbliċi f’Mejju 2006 minn Mullah Dadullah, f’dak iż-żmien wieħed mill-ogħla kmandanti militari tat-Taliban, li ddikjara li ħadem ma’ Sirajuddin Haqqani u ppjana operazzjonijiet miegħu. Huwa għandu wkoll rabtiet ma’ Jaish-i-Mohammed.
Sirajuddin Haqqani huwa attivament involut fl-ippjanar u l-eżekuzzjoni ta’ attakki mmirati kontra l-Forzi Internazzjonali ta’ Assistenza għas-Sigurtà (ISAF), uffiċjali u pajżana Afgani, prinċipalment fir-reġjuni tal-Lvant u tan-Nofsinhar tal-Afganistan. Huwa jirrekluta wkoll u jibgħat regolarment ġellieda fil-Provinċji ta’ Khost, Paktia u Paktika fl-Afganistan.
Sirajuddin Haqqani kien involut fl-attakk suwiċida bil-bombi kontra xarabank tal-Akkademja tal-Pulizija f’Kabul fit-18 ta’ Ġunju 2007 fejn inqatlu 35 uffiċjal tal-pulizija. Ħutu Nasiruddin Haqqani u Badruddin Haqqani (mejjet), u z-zijiet tiegħu Mohammad Ibrahim Omari u Khalil Ahmed Haqqani huma elenkati wkoll.
(52)
Najibullah Haqqani Hidayatullah (magħruf ukoll bħala (a) Najibullah Haqani (b) Najeebullah Hayat).
Isem (bil-kitba oriġinali):
نجیب الله حقانی هدایت الله
Titlu: Maulavi. Raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista: Viċi Ministru għall-Finanzi taħt ir-reġim tat-Taliban (1996-2001). Data tat-twelid: (a) 1971 (b) l-24 ta’ Ottubru 1972. Post tat-twelid: Raħal ta’ Moni, Distrett ta’ Shigal, Provinċja ta’ Kunar. Nazzjonalità: Afgana. Numru tal-passaport: Passaport diplomatiku tal-Afganistan D0009871 (maħruġ fis-6 ta’ Frar 2022 f’Kabul, l-Afganistan taħt l-isem Najeebullah Hayat; jiskadi fis-6 ta’ Frar 2027). Numru tal-karta tal-identifikazzjoni nazzjonali Afgana (tazkira) 545167, maħruġa fl-1974. Indirizz: Kabul, l-Afganistan. Data tad-deżinjazzjoni min-NU:
23.2.2001.
Informazzjoni oħra: Kuġin ta’ Moulavi Noor Jalal. Nannuh jismu Salam. Membru tat-Taliban responsabbli għall-Provinċja ta’ Laghman minn tmiem l-2010. Ir-rieżami skont ir-Riżoluzzjoni 1822 (2008) tal-Kunsill tas-Sigurtà ġie konkluż fl-1 ta’ Ġunju 2010. Ritratt huwa disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta’ bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/How-we-work/Notices/View-UN-Notices-Individuals#2007-47312
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Najibullah Haqqani Hydayatullah kien ukoll Viċi Ministru għall-Finanzi tar-reġim Taliban. Din id-deżinjazzjoni żdiedet mal-Lista fit-18 ta’ Lulju 2007. Fis-27 ta’ Settembru 2007, l-elenkar ta’ dan l-isem ġie aġġornat biex tneħħiet id-deżinjazzjoni oriġinali ta’ ‘Viċi Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi tar-reġim Taliban’.
Najibullah Haqqani Hydayatullah kien membru tal-Kunsill tat-Taliban fil-Provinċja ta’ Kunar, fl-Afganistan, f’Mejju 2007. Huwa kuġin ta’ Noor Jalal. F’Ġunju 2008, it-tmexxija tat-Taliban ħatritu bħala l-persuna responsabbli għall-attività militari fil-Provinċja ta’ Kunar
Najibullah Haqqani Hidayatullah kien membru tat-Taliban responsabbli għall-Provinċja ta’ Laghman minn tmiem l-2010.
(53)
Gul Agha Ishakzai (magħruf ukoll bħala (a) Mullah Gul Agha, (b) Mullah Gul Agha Akhund (c) Hidayatullah Badri d) Hedayatullah Hedayat e) Hedayatullah Badri).
Isem (bil-kitba oriġinali): كُل آغا اسحاقزی
Data tat-twelid: (a) Bejn wieħed u ieħor fl-1972 (b) is-27 ta’ Lulju 1976
. Post tat-twelid: Band-e-Temur, Distrett ta’ Maiwand, Provinċja ta’ Kandahar, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Numru tal-passaport: (a) Passaport diplomatiku tal-Afganistan D0010408 (maħruġ fis-26 ta’ Awwissu 2024 f’Kabul, l-Afganistan taħt l-isem Hedayatullah Badri; jiskadi fis-26 ta’ Awwissu 2029) (b) Passaport tal-Afganistan P03318995, maħruġ fid-29 ta’ Lulju 2020 (taħt l-isem Hedayatullah Hedayat; jiskadi fid-29 ta’ Lulju 2025) Indirizz: Ibni-Sina Watt, Kabul, l-Afganistan. Data tad-deżinjazzjoni min-NU:
20.7.2010.
Informazzjoni oħra: Kap tal-Kummissjoni Finanzjarja tat-Taliban f’nofs l-2013. Assoċjat ma’ Mullah Mohammed Omar. Kien l-uffiċjal finanzjarju prinċipali ta’ Omar u wieħed mill-konsulenti l-aktar qrib tiegħu. Jappartjeni għat-tribù Ishaqzai. Tul: 156 cm. Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/1621285
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Gul Agha Ishakzai huwa l-kap tal-kummissjoni finanzjarja tat-Taliban u jagħmel parti minn kunsill tat-Taliban maħluq reċentement li jikkoordina l-ġbir taz-zakat (taxxa Iżlamika) mill-Provinċja ta’ Baluchistan, il-Pakistan. Huwa ġabar ukoll flus għal attakki suwiċidali f’Kandahar, l-Afganistan, u kien involut fil-ħruġ ta’ fondi għall-ġellieda Talibani u l-familji tagħhom.
Gul Agha Ishakzai, ħabib tat-tfulija tal-mexxej tat-Taliban Mullah Mohammed Omar, kien l-uffiċjal finanzjarju prinċipali ta’ Omar u wieħed mill-konsulenti l-aktar qrib tiegħu. Kien hemm żmien meta ħadd ma kellu l-permess jiltaqa’ ma’ Mullah Omar mingħajr l-approvazzjoni tiegħu. Huwa għex fil-palazz presidenzjali ma’ Omar matul ir-reġim Taliban.
F’Diċembru 2005, Gul Agha Ishakzai ffaċilita l-moviment ta’ persuni u oġġetti lejn il-kampijiet ta’ taħriġ Talibani; lejn tmiem l-2006 huwa vvjaġġa barra mill-pajjiż biex jikseb partijiet ta’ armi.
(54)
Qudratullah Jamal (magħruf ukoll bħala Haji Sahib).
Isem (bil-kitba oriġinali):
قدرت الله جمال
Titlu: Maulavi. Raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista: Ministru għall-Informazzjoni taħt ir-reġim tat-Taliban (1996-2001). Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor fl-1963. Post tat-twelid: Gardez, Provinċja ta’ Paktia, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Numru tal-passaport: Passaport diplomatiku tal-Afganistan D00010126. Indirizz: Kabul, l-Afganistan. Data tad-deżinjazzjoni min-NU:
25.1.2001.
Informazzjoni oħra: Membru tal-Kunsill Suprem tat-Taliban u membru tal-Kummissjoni Kulturali tat-Taliban fl-2010. Ir-rieżami skont ir-Riżoluzzjoni 1822 (2008) tal-Kunsill tas-Sigurtà ġie konkluż fil-21 ta’ Lulju 2010. Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/1427404
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
F’April 2009, it-tmexxija tat-Taliban ħabbret li Qudratullah Jamal kien ġie nkarigat bħala l-Uffiċjal ta’ Kollegament tagħha għas-sostenituri u l-ħbieb tagħha fid-dinja kollha. Kien membru tal-Kunsill Suprem tat-Taliban u membru tal-Kummissjoni Kulturali tat-Taliban fl-2010.
(58)
Khairullah Khairkhwah (magħruf ukoll bħala (a) Mullah Khairullah Khairkhwah, (b) Khirullah Said Wali Khairkhwa (c) Khirullah Khairkhwa).
Isem (bil-kitba oriġinali):
خیرالله خیرخواه
Titlu: (a) Maulavi (b) Mullah. Raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista: (a) Gvernatur tal-Provinċja ta’ Herat taħt ir-reġim Taliban (1996-2001) (b) Kelliem għar-reġim Taliban (1996-2001) (c) Gvernatur tal-Provinċja ta’ Kabul taħt ir-reġim Taliban (1996-2001) (d) Ministru għall-Affarijiet Interni taħt ir-reġim Taliban (1996-2001). Data tat-twelid: (a) Bejn wieħed u ieħor fl-1963 (b) l-4 ta’ Ġunju 1969. Post tat-twelid: Raħal ta’ Poti, Distrett ta’ Arghistan, Provinċja ta’ Kandahar, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Numru tal-passaport: Numru tal-passaport diplomatiku tal-Afganistan D0009770, maħruġ fil-31 ta’ Ottubru 2021 f’Kabul, l-Afganistan, jiskadi fil-31 ta’ Ottubru 2026). Indirizz: Kabul, l-Afganistan. Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 25.1.2001.
Informazzjoni oħra: Jappartjeni għat-tribù Popalzai. Tul: 176 cm. Ir-rieżami skont ir-Riżoluzzjoni 1822 (2008) tal-Kunsill tas-Sigurtà ġie konkluż fit-23 ta’ Lulju 2010. Ritratt disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta’ bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/How-we-work/Notices/View-UN-Notices-Individuals#2006-25973
(62)
Abdul Latif Mansur (magħruf ukoll bħala (a) Abdul Latif Mansoor, (b) Wali Mohammad).
Isem (bil-kitba oriġinali): عبد اللطیف منصور
Titlu: Maulavi. Raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista: Ministru għall-Agrikoltura taħt ir-reġim tat-Taliban (1996-2001). Data tat-twelid: (a) Bejn wieħed u ieħor fl-1968 (b) it-12 ta’ Novembru 1967
Post tat-twelid: (a) Distrett ta’ Zurmat, Provinċja ta’ Paktia, l-Afganistan, (b) Distrett ta’ Garda Saray, Provinċja ta’ Paktia, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana Numru tal-passaport: (a) Passaport diplomatiku tal-Afganistan D0009720 (maħruġ fit-12 ta’ Ottubru 2021 f’Kabul, l-Afganistan taħt l-isem Abdul Latif Mansoor; jiskadi fit-12 ta’ Ottubru 2026) (b) Passaport diplomatiku tal-Afganistan D0010442 (maħruġ fit-13 ta’ Novembru 2024; jiskadi fit-13 ta’ Novembru 2029). Indirizz: Darul Aman, Kabul, l-Afganistan. Data tad-deżinjazzjoni min-NU:
31.1.2001.
Informazzjoni oħra: Shadow governor tat-Taliban għall-Provinċja ta’ Logar minn tmiem l-2012. Jappartjeni għat-tribù Sahak (Ghilzai). Tul: 170 cm.
Ir-rieżami skont ir-Riżoluzzjoni 1822 (2008) tal-Kunsill tas-Sigurtà ġie konkluż fl-27 ta’ Lulju 2010. Ritratt huwa disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta’ bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/1427385
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Abdul Latif Mansur kien membru tal-Kunsill Suprem tat-Taliban u Kap tal-Kummissjoni Politika tal-Kunsill fl-2009. Huwa kien ix-shadow governor tat-Taliban tal-Provinċja ta’ Nangarhar, l-Afganistan, fl-2009 u l-Kap tal-kummissjoni politika tat-Taliban f’nofs l-2009. F’Mejju 2010, Abdul Latif Mansur kien kmandant anzjan tat-Taliban fil-Lvant tal-Afganistan.
(66)
Fazl Mohammad Mazloom (magħruf ukoll bħala (a) Molah Fazl, (b) Fazel Mohammad Mazloom (c) Mohammas Fadel Aakhund).
Isem (bil-kitba oriġinali): فضل محمد مظلوم
Titlu: Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Viċi Kap tal-Persunal tal-Armata tar-reġim Taliban (1996-2001). Data tat-twelid: (a) Bejn l-1963 u l-1968 (b) l-24 ta’ Ottubru 1971. Post tat-twelid: Uruzgan, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Numru tal-Passaport: Passaport diplomatiku tal-Afganistan D0009726 (maħruġ fit-13 ta’ Ottubru 2021 f’Kabul, l-Afganistan taħt l-isem ta’ Mohammad Fadel Aakhund; jiskadi fit-13 ta’ Ottubru 2026). Indirizz: Qatar Pule Mahmood Khan, PD2, 10011, Kabul, l-Afganistan. Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 23.2.2001.
Informazzjoni oħra: Bla riġel tax-xellug mill-1996. Korriment serju f’siequ il-leminija. Tul: 168 cm. Ir-rieżami skont ir-Riżoluzzjoni 1822 (2008) tal-Kunsill tas-Sigurtà ġie konkluż fit-23 ta’ Lulju 2010. Ritratt huwa disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta’ bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/4707186
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Fazl Mohammed Mazloom kien assoċjat qrib ta’ Mohammed Omar u għenu jistabbilixxi l-Gvern tat-Taliban. Mazloom kien fil-kamp ta’ taħrig ta’ Al-Farouq stabbilit minn Al-Qaida. Huwa kellu għarfien li t-Taliban ipprovda għajnuna lill-Moviment Iżlamiku tal-Użbekistan fil-forma ta’ appoġġ finanzjarju, armi u appoġġ loġistiku bi skambju għall-forniment ta’ suldati lit-Taliban.
Kien kmandant ta’ madwar 3 000 suldat Taliban front-line fil-provinċja ta’ Takhar, f’Ottubru 2001.
(69)
Abdul Kabir Mohammad Jan (magħruf ukoll bħala (a) A. Kabir (b) Abdul Kabir Muhammad Jan).
Isem (bil-kitba oriġinali): عبد الکبیر محمد جان
Titlu: Maulavi. Raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista: (a) It-Tieni Viċi, Affarijiet Ekonomiċi, il-Kunsill tal-Ministri taħt ir-reġim Taliban (1996-2001), (b) Gvernatur tal-Provinċja ta’ Nangarhar taħt ir-reġim Taliban (1996-2001), (c) Kap taż-Żona tal-Lvant taħt ir-reġim Taliban (1996-2001). Data tat-twelid: a) bejn wieħed u ieħor fl-1963 (b) it-30 ta’ Jannar 1972. Post tat-twelid: Distrett ta’ Nahrin, Provinċja ta’ Baghlan, l-Afganistan. Nazzjonalità: Numru tal-Passaport Afgan: Passaport diplomatiku tal-Afganistan D0009725 (maħruġ fit-22 ta’ Mejju 2022 f’Kabul, l-Afganistan taħt l-isem Abdul Kabir Muhammad Jan; jiskadi fit-22 ta’ Mejju 2027) Indirizz: Afganistan. Data tad-deżinjazzjoni min-NU:
25.1.2001.
Informazzjoni oħra: Attiv f’operazzjonijiet terroristiċi fil-Lvant tal-Afganistan. Jiġbor flus minn traffikanti tad-droga. Membru tal-Kunsill Suprem tat-Taliban f’2009. Familja oriġinarjament mid-Distrett ta’ Neka, Provinċja ta’ Paktia, l-Afganistan.
Responsabbli għall-attakk fuq membri parlamentari Afgani f’Novembru 2007 f’Baghlan; sid ta’ art fiċ-ċentru tal-Provinċja ta’ Baghlan. Jappartjeni għat-tribù ta’ Zadran. Tul: 185 cm. Ir-rieżami skont ir-Riżoluzzjoni 1822 (2008) tal-Kunsill tas-Sigurtà ġie konkluż fl-23 ta’ Lulju 2010. Ritratt huwa disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta’ bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/1493564
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Abdul Kabir Mohammad Jan kien membru tal-kunsill għoli tat-tmexxija Taliban kif imħabbar minn Mohammed Omar f’Ottubru 2006, u kien maħtur kmandant militari fiż-żona tal-Lvant f’Ottubru 2007. Kien membru tal-Kunsill Suprem tat-Taliban fl-2009. Jiġbor flus minn traffikanti tad-droga f’isem it-Taliban.
(73)
Amir Khan Motaqi (magħruf ukoll bħala a) Amir Khan Muttaqi b) Amir Khan Mutaqi).
Isem (bil-kitba oriġinali): امیر خان متقی
Titlu: Mullah. Raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista: (a) Ministru għall-Edukazzjoni taħt ir-reġim Taliban (1991-2001) (b) Rappreżentant tat-Taliban f’taħditiet immexxija min-NU taħt ir-reġim Taliban (1996-2001). Data tat-twelid: (a) Bejn wieħed u ieħor fl-1968 (b) il-25 ta’ Diċembru 1970 c) 1971. Post tat-twelid: (a) Distrett ta’ Zurmat, Provinċja ta’ Paktia, l-Afganistan, (b) Raħal ta’ Shin Kalai, Distrett ta’ Nad-e-Ali, Provinċja ta’ Helmand, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Numru tal-Passaport: (a) Passaport diplomatiku tal-Afganistan D0009716 (maħruġ fil-25 ta’ Settembru 2021 f’Kabul, l-Afganistan taħt l-isem Amir Khan Mutaqi; jiskadi fil-25 ta’ Settembru 2026), (b) Passaport diplomatiku tal-Afganistan D0009803 (maħruġ fit-13 ta’ Diċembru 2021; jiskadi fit-13 ta’ Diċembru 2026). Indirizz: Kabul, l-Afganistan. Data tad-deżinjazzjoni min-NU:
25.1.2001.
Informazzjoni oħra: Membru tal-Kunsill Suprem tat-Taliban minn Ġunju 2007. Jappartjeni għat-tribù Sulaimankhel. Ir-rieżami skont ir-Riżoluzzjoni 1822 (2008) tal-Kunsill tas-Sigurtà ġie konkluż fl-21 ta’ Lulju 2010. Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/How-we-work/Notices/View-UN-Notices-Individuals
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Amir Khan Motaqi kien ukoll rappreżentant tat-Taliban f’taħditiet immexxija min-Nazzjonijiet Uniti matul ir-reġim Taliban.
Amir Khan Motaqi huwa kkunsidrat bħala membru prominenti tat-Taliban u kien ukoll Ministru għall-Informazzjoni u l-Kultura matul ir-reġim Taliban. Amir Khan Motaqi kien membru ta’ Kunsill reġjonali tat-Taliban f’Ġunju 2007. Kien membru tal-Kunsill Suprem tat-Taliban f’Ġunju 2007.
(79)
Hamdullah Nomani (magħruf ukoll bħala (a) Hamdullah Numani)
Isem (bil-kitba oriġinali): حمد هللا نعمانى
Titlu: Maulavi. Raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista: (a) Ministru għall-Edukazzjoni Għolja taħt ir-reġim Taliban (1996-2001) (b) Sindku tal-Belt Kabul taħt ir-reġim Taliban (1996-2001). Data tat-twelid: (a) Bejn wieħed u ieħor fl-1968 (b) it-28 ta’ Awwissu 1965. Post tat-twelid: Raħal ta’ Sipayaw, Distrett ta’ Andar, Provinċja ta’ Ghazni, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Numru tal-passaport: Numru tal-Afganistan D0010694 (maħruġ fis-7 ta’ April 2026 f’Kabul, l-Afganistan taħt l-isem Hamdullah Numani; jiskadi fis-7 ta’ April 2031). Data tad-deżinjazzjoni min-NU:
23.2.2001.
Informazzjoni oħra: Membru tal-Kunsill Suprem tat-Taliban. Maħsub li jinsab fiż-żona tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. Tul: 174 cm. Ir-rieżami skont ir-Riżoluzzjoni 1822 (2008) tal-Kunsill tas-Sigurtà ġie konkluż fit-23 ta’ Lulju 2010. Ritratt huwa disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta’ bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/1427408
(86)
Nooruddin Turabi Muhammad Qasim (magħruf ukoll bħala (a) Noor ud Din Turabi, (b) Mullah Noordin Torabi).
Isem (bil-kitba oriġinali): نورالدین ترابی محمد قاسم
Titlu: (a) Mullah, (b) Maulavi. Raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista: Ministru għall-Ġustizzja taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: (a) Bejn wieħed u ieħor fl-1963, (b) Bejn wieħed u ieħor fl-1955, (c) fl-1956 (d) it-30 ta’ Lulju 1969. Post tat-twelid: (a) Distrett ta’ Spin Boldak, Provinċja ta’ Kandahar, Afgsnistan, (b) Distrett ta’ Chora, Provinċja ta’ Uruzgan, l-Afganistan, (c) Distrett ta’ Dehrawood, Provinċja ta’ Uruzgan, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Numru tal-passaport: Numru tal-Afganistan P00429243 (maħruġ fil-15 ta’ Diċembru 2021 f’Kabul, l-Afganistan taħt l-isem Mullah Noordin Torabi; jiskadi fil-15 ta’ Awwissu 2031). Indirizz: Kabul, l-Afganistan. Data tad-deżinjazzjoni min-NU:
25.1.2001.
Informazzjoni oħra: Viċi għal Mullah Mohammed Omar. Tul: 165 cm. Ir-rieżami skont ir-Riżoluzzjoni 1822 (2008) tal-Kunsill tas-Sigurtà ġie konkluż fl-21 ta’ Lulju 2010. Ritratt huwa disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta’ bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/How-we-work/Notices/View-UN-Notices-Individuals#2006-25960
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Nooruddin Turabi Muhammad Qasim kien maħtur bħala kmandant militari Taliban fl-l-Afganistan min-nofs l-2009. Huwa nħatar viċi tal-mexxej suprem Taliban Mohammed Omar u pparteċipa fil-laqgħat tax-shura tat-Taliban fil-bidu tal-2009.
(87)
Abdul Salam Hanafi Ali Mardan Qul (magħruf ukoll bħala (a) Abdussalam Hanifi, (b) Hanafi Saheb (c) Abdul Salam Hanafi (isem bil-kitba oriġinali: عبدالسلام حنفي)).
Isem (bil-kitba oriġinali): عبدالسلام حنفی علی مردان قل عبدالسلام حنفی علی مردان قل
Titlu: (a) Mullah, (b) Maulavi. Raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista: Viċi Ministru għall-Edukazzjoni taħt ir-reġim tat-Taliban (1996-2001). Data tat-twelid: (a) Bejn wieħed u ieħor fl-1968 (b) l-1 ta’ Jannar 1969. Post tat-twelid: (a) Distrett ta’ Darzab, Provinċja ta’ Faryab, l-Afganistan, (b)Distrett ta’ Qush Tepa, Provinċja ta’ Jawzjan, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Numru tal-passaport: (a) Passaport diplomatiku tal-Afganistan D00009723 (b) Passaport diplomatiku tal-Afganistan D0010098 (maħruġ fl-4 ta’ April 2023 f’Kabul, l-Afganistan taħt l-isem ta’ Abdul Salam Hanafi, jiskadi fl-4 ta’ April 2028). Indirizz: Kabul, l-Afganistan. Data tad-deżinjazzjoni min-NU:
23.2.2001.
Informazzjoni oħra: Membru tat-Taliban responsabbli għall-Provinċja ta’ Jawzjan fit-Tramuntana tal-Afganistan sal-2008. Involut fit-traffikar tad-drogi. Tul: 178 cm. Rieżami skont ir-Riżoluzzjoni 1822 (2008) tal-Kunsill tas-Sigurtà ġie konkluż fl-1 ta’ Ġunju 2010. Ritratt disponibbli għall-inklużjoni fl-Avviż Speċjali tal-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU.Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/1427380
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Minn Mejju 2007, it-tmexxija Talibana poġġiet lil Abdul Salam Hanafi Ali Mardan Qul responsabbli għall-provinċja ta’ Jawzjan. Huwa kien ukoll il-membru Taliban responsabbli għall-Provinċja ta’ Jawzujan fit-Tramuntana tal-Afganistan sal-2008. Hu maħsub li jinsab involut fit-traffikar tad-drogi.
(94)
Noor Mohammad Saqib (magħruf ukoll bħala: (a) Noor Mohammed Saqeb).
Raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista: Prim Imħallef tal-Qorti Suprema taħt ir-reġim Tabilan (1996 – 2001). Data tat-twelid: (a) Bejn wieħed u ieħor fl-1958 (b) it-18 ta’ Settembru 1963. Post tat-twelid: (a) Distrett ta’ Bagrami, Provinċja ta’ Kabul, l-Afganistan, (b) Żona Tarakhel, Distrett ta’ Deh Sabz, Provinċja ta’ Kabul, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Numru tal-passaport: Passaport diplomatiku tal-Afganistan D0009914 (maħruġ fl-10 ta’ Mejju 2022 fl-Afganistan taħt l-isem Noor Mohammed Saqeb; jiskadi fl-10 ta’ Mejju 2027). Indirizz: Kabul, l-Afganistan. Data tad-deżinjazzjoni min-NU:
25.1.2001.
Informazzjoni oħra: Membru tal-Kunsill Suprem tat-Taliban u Kap tal-Kumitat Reliġjuż tat-Taliban. Jappartjeni għat-tribù Ahmadzai. Tul: 175 cm. Ir-rieżami skont ir-Riżoluzzjoni 1822 (2008) tal-Kunsill tas-Sigurtà ġie konkluż fit-23 ta’ Lulju 2010. Ritratt huwa disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta’ bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/How-we-work/Notices/View-UN-Notices-Individuals#2006-26129
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Noor Mohammed Saqib huwa membru tat-tmexxija Talibana u kap tal-Kumitat Reliġjuż tagħha, li jaġixxi bħala fergħa ġudizzjarja tat-Taliban.
(110)
Abdul-Haq Wassiq (magħruf ukoll bħala: (a) Abdul-Haq Wasseq, (b) Abdul Haq Wasiq (c) Abdul Haq Waseeq).
Isem (bil-kitba oriġinali): عبد الحق وثیق
Titlu: Maulavi. Raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista: Viċi Ministru għas-Sigurtà (Intelligence) taħt ir-reġim tat-Taliban (1996-2001). Data tat-twelid: (a) 1971 (b) Bejn wieħed u ieħor fl-1975 (c) l-20 ta’ Settembru 1968. Post tat-twelid: Raħal ta’ Gharib, Distrett ta’ Khogyani, Provinċja ta’ Ghazni, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Numru tal-passaport: Passaport diplomatiku tal-Afganistan D0009755, maħruġ fit-23 ta’ Ottubru 2021 (taħt l-isem ta’ Abdulhaq Waseeq; jiskadi fit-23 ta’ Ottubru 2026). Indirizz: Qatar Afghanistan. Data tad-deżinjazzjoni min-NU:
31.1.2001.
Informazzjoni oħra: Tul: 168 cm. Ir-rieżami skont ir-Riżoluzzjoni 1822 (2008) tal-Kunsill tas-Sigurtà ġie konkluż fis-27 ta’ Lulju 2010. Ritratt huwa disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta’ bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/How-we-work/Notices/View-UN-Notices-Individuals#2006-25979
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Abdul-Haq Wassiq huwa alleat ma’ Gulbuddin Hekmatyar. Taħt ir-reġim Taliban, huwa kellu pożizzjonijiet suċċessivi bħala kmandant lokali fil-provinċji ta’ Nimroz u ta’ Kandahar. Huwa mbagħad sar Viċi Direttur Ġenerali tal-Intelligence, u kien jaħdem għal Qari Ahmadullah. F’din il-funzjoni, huwa kien responsabbli milli jieħu ħsieb ir-relazzjonijiet ma’ ġellieda barranin marbuta mal-Al-Qaida u l-kampijiet ta’ taħriġ tagħhom fl-Afganistan. Huwa kien ukoll magħruf għall-metodi repressivi tiegħu kontra l-oppożituri tat-Taliban fin-Nofsinhar tal-Afganistan.
(115)
Malik Noorzai (magħruf ukoll bħala: (a) Hajji Malik Noorzai, (b) Hajji Malak Noorzai, (c) Haji Malek Noorzai, (d) Haji Maluk, (e) Haji Aminullah, (f) Allah Muhammad).
Isem (bil-kitba oriġinali): مالک نورزى
Titlu: Haji. Raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista: Finanzier Taliban. Data tat-twelid: (a)1957, (b) 1960, (c) l-1 ta’ Jannar 1963. Post tat-twelid: (a) Belt konfinali ta’ Chaman, il-Pakistan, (b) Pishin, Provinċja ta’ Baluchistan, il-Pakistan. Nazzjonalità: Afgana. Indirizz: (a) Triq Boghra, Raħal ta’ Miralzei, Chaman, Provinċja ta’ Baluchistan, il-Pakistan, (b) Kalay Rangin, Distrett ta’ Spin Boldak, Provinċja ta’ Kandahar, l-Afganistan. Nru ta’ identifikazzjoni nazzjonali tal-Pakistan: 54201-247561-5, uffiċjalment ikkanċellat mill-2013. Data tad-deżinjazzjoni min-NU:
4.10.2011.
Informazzjoni oħra: Finanzier Taliban. Għandu negozji fil-Ġappun u jivvjaġġa spiss lejn Dubai, l-Emirati Għarab Magħquda, u l-Ġappun. Mill-2009, iffaċilita attivitajiet Talibani, inkluż permezz tar-reklutaġġ u l-forniment ta’ appoġġ loġistiku. Jappartjeni għat-tribù Noorzai. Ħu Faizullah Khan Noorzai. Isem missieru huwa Haji Akhtar Muhammad. Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/4670985
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Malik Noorzai huwa negozjant ibbażat fil-Pakistan li pprovda appoġġ finanzjarju lit-Taliban. Malik u ħuh, Faizullah Noorzai Akhtar Mohammed Mira Khan, investew miljuni ta’ dollari f’diversi negozji għat-Taliban. Tard fl-2008, ir-rappreżentanti tat-Taliban avviċinaw lil Malik bħala negozjant li miegħu jinvestu fondi Talibani. Sa mill-inqas l-2005, Malik ikkontribwixxa personalment ukoll għexieren ta’ eluf ta’ dollari u qassam mijiet ta’ eluf ta’ dollari lit-Taliban, li uħud minnhom inġabru minn donaturi fir-reġjun tal-Golf u l-Pakistan u uħud minnhom kienu l-flus ta’ Malik stess. Malik kien responsabbli għal kont hawala fil-Pakistan li rċieva għexieren ta’ eluf ta’ dollari trasferiti mill-Golf kull ftit xhur biex jiġu appoġġati l-attivitajiet Talibani. Malik iffaċilita wkoll attivitajiet Talibani. Mill-2009, Malik kien serva bħala l-kap gwardjan ta’ madrassa (skola reliġjuża) għal 16-il sena fiż-żona tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, li ntużat mit-Talibani għall-indottrinazzjoni u t-taħriġ ta’ rekluti. Fost affarijiet oħra, Malik ta l-fondi li appoġġaw il-madrassa. Malik, flimkien ma’ ħuh, qeda wkoll rwol fil-ħżin ta’ vetturi li jintużaw fl-operazzjonijiet suwiċida Talibani bil-bombi u għen biex iċaqlaq ġellieda tat-Taliban madwar il-Provinċja ta’ Helmand, fl-Afganistan. Malik għandu negozji fil-Ġappun u spiss iżur Dubai u l-Ġappun għan-negozju. Mill-2005 ‘l hawn, Malik kellu negozju tal-importazzjoni tal-vetturi fl-l-Afganistan li importa vetturi minn Dubai u l-Ġappun. Huwa importa karozzi, partijiet tal-karozzi u ħwejjeġ minn Dubai u l-Ġappun għan-negozji tiegħu, li fihom investew żewġ kmandanti tat-Taliban. F’nofs l-2010, Malik u ħuh assiguraw ir-rilaxx ta’ mijiet ta’ kontejners tal-merkanzija, li allegatament jiswew miljuni ta’ dollari, li l-awtoritajiet Pakistani ssekwestraw iktar kmieni dik is-sena għax kienu tal-fehma li dawk li kellhom jirċevuhom kellhom konnessjoni mat-terroriżmu.
(117)
Ahmad Zia Agha (magħruf ukoll bħala (a) Zia Agha, (b) Noor Ahmad, (c) Noor Ahmed, (d) Sia Agha Sayeed (e) Noor Ahmad Agha).
Titlu: Haji. Data tat-twelid: (a) fl-1974 (b) il-25 ta’ Ġunju 1979. Post tat-twelid: Distrett ta’ Maiwand, Provinċja ta’ Kandahar, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana Numru tal-passaport: Passaport diplomatiku tal-Afganistan D0010409, maħruġ fid-29 ta’ Awwissu 2024 f’Kabul, l-Afganistan taħt l-isem Noor Ahmad Agha; jiskadi fid-29 ta’ Awwissu 2029). Indirizz: Kabul, l-Afganistan. Data tad-deżinjazzjoni min-NU:
6.1.2012.
Informazzjoni oħra: Uffiċjal anzjan Taliban b’responsabbiltajiet militari u finanzjarji fl-2011. Mexxej tal-Kunsill Militari tat-Taliban mill-2010. Fl-2008 u l-2009, serva bħala uffiċjal tal-finanzji tat-Taliban u qassam flus lil kmandanti Talibani fiż-żona tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. Tul: 180 cm. Ritratt huwa disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta’ bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/How-we-work/Notices/View-UN-Notices-Individuals#2012-308182
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Ahmad Zia Agha huwa mexxej anzjan Taliban b’responsabbiltajiet militari u finanzjarji. Fl-2010, Ahmad Zia Agha kien il-mexxej tax-shura (kunsill) militari tat-Taliban, li mexxa operazzjonijiet militari tat-Taliban fil-Punent tal-Afganistan. Fl-2009, Ahmad Zia Agha serva bħala uffiċjal finanzjarju Taliban u qassam flus lil kmandanti Talibani. Bħala parti mir-responsabbiltajiet finanzjarji tiegħu, Ahmad Zia Agha ttrasferixxa għexieren ta’ eluf ta’ dollari lix-shadow governors provinċjali tat-Taliban; it-teżorier tax-shura tat-Taliban fada wkoll lil Ahmad Zia Agha b’mijiet ta’ eluf ta’ dollari biex jiffinanzja operazzjonijiet ta’ apparat esplożiv improvviżat (IED). Fl-2008, Ahmad Zia Agha kien involut fid-distribuzzjoni ta’ fondi lil kmandanti tat-Taliban fl-Afganistan u ttrasferixxa flus lil individwi assoċjati mat-Taliban barra mill-pajjiż. Huwa wkoll iffaċilita l-komunikazzjonijiet.
(125)
Abdul Rauf Zakir (magħruf ukoll bħala Qari Zakir).
Isem (bil-kitba oriġinali): عبد الروف ذاکر
Titlu: Qari Data tat-twelid: Bejn l-1969 u l-1971. Post tat-Twelid: Provinċja ta’ Kabul, l-Afganistan Nazzjonalità: Afgana. Data tad-deżinjazzjoni min-NU:
5.11.2012.
Informazzjoni oħra: Kap tal-operazzjonijiet suwiċida għan-Network ta’ Haqqan taħt Sirajuddin Jallaloudine Haqqani u responsabbli għall-operazzjonijiet kollha fil-provinċji ta’ Kabul, Takhar, Kunduz u Baghlan. Jissorvelja t-taħriġ tal-attakkanti suwiċida u jagħti struzzjonijiet dwar kif jinbena apparat esplożiv improvviżat (IEDs). Allegatament miet fit-22 ta’ Settembru 2018. Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5039797
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Abdul Rauf Zakir huwa l-kap tal-operazzjonijiet suwiċida għan-Network ta’ Haqqani u l-kmandant doganali responsabbli għall-operazzjonijiet kollha fil-provinċji ta’ Kabul, Takhar, Kunduz u Baghlan fl-Afganistan. Zakir avviċina l-mexxej tan-Network ta’ Haqqani Sirajuddin Haqqani bejn wieħed u ieħor fl-2008, fejn talab għal assistenza finanzjarja bi skambju għall-espansjoni tal-influwenza u l-operazzjonijiet tan-Network ta’ Haqqani lejn l-Afganistan ta’ Fuq, u sar soċju ta’ fiduċja u persuna fdata ta’ Sirajuddin.
Bħala l-kap tal-operazzjonijiet suwiċida, Zakir huwa responsabbli għat-taħriġ ta’ rekluti. Taħt il-programm tiegħu, ir-rekluti huma mħarrġa fil-kostruzzjoni ta’ armi żgħar bażiċi, armamenti tqal, u apparat esplożiv improvviżat (IED).
Zakir kien involut f’ħafna mill-attakki suwiċidalili ta’ profil għoli tan-Network ta’ Haqqani u huwa parzjalment responsabbli għal uħud mid-determinazzjonijiet finali li saru dwar jekk ikomplux bl-attakki fuq skala kbira ppjanati minn kmandanti fil-livell lokali u distrettwali. Attakki bl-użu ta’ persunal magħżul mill-programm ta’ taħriġ ta’ Zakir jinkludi l-attakk ta’ Ġunju 2011 fuq l-Intercontinental Hotel f’Kabul, fejn inqatlu 11-il persuna ċivili u żewġ pulizija Afgani, u l-attakk ta’ Settembru 2011 fuq l-Ambaxxata tal-Istati Uniti f’Kabul, fejn inqatlu 16-il Afgan, fosthom mill-inqas sitt itfal.”
(2)
Taħt l-intestatura “B. Entitajiet u gruppi u impriżi oħrajn assoċjati mat-Taliban”, l-entrata elenkata hawn taħt hija sostitwita b’dan li ġej:
“(1)
Haji Khairullah Haji Sattar money exchange (magħrufa wkoll bħala (a) Haji Khairullah-Haji Sattar Sarafi, (b) Haji Khairullah and Abdul Sattar and Company, (c) Haji Khairullah Money Exchange, (d) Haji Khair Ullah Money Service, (e) Haji Salam Hawala, (f) Haji Hakim Hawala, (g) Haji Alim Hawala, (h) Sarafi-yi Haji Khairullah Haji Satar Haji Esmatullah).
Indirizz: Branch Office 6: Shop number 237, Shah Zada Market (magħruf ukoll bħala Sarai Shahzada), Puli Khishti area, Police District 1, Kabul, Afghanistan, Telefon: +93-202-103386, +93-202-101714, 0202-104748, Mobile: +93-797-059059, +93-702-222222, e-mail: helmand_exchange_msp@yahoo.com), (g) (Branch Office 7: (i) Shops number 21 and 22, 2nd Floor, Kandahar City Sarafi Market, Kandahar City, Kandahar Province, Afghanistan, (ii) New Sarafi Market, 2nd Floor, Kandahar City, Kandahar Province, Afghanistan, (iii) Safi Market, Kandahar City, Kandahar Province, Afghanistan), (h) (Branch Office 8: Gereshk City, Nahr-e Saraj District, Helmand Province, Afghanistan), (i) (Branch Office 9: (i) Lashkar Gah Bazaar, Lashkar Gah, Lashkar Gah District, Helmand Province, Afghanistan, (ii) Haji Ghulam Nabi Market, 2nd Floor, Lashkar Gah District, Helmand Province, Afghanistan), (j) (Branch Office 10: (i) Suite numbers 196-197, 3rd Floor, Khorasan Market, Herat City, Herat Province, Afghanistan, (ii) Khorasan Market, Shahre Naw, District 5, Herat City, Herat Province, Afghanistan), (k) (Branch Office 11: (i) Sarafi Market, Zaranj District, Nimroz Province, Afghanistan, (ii) Ansari Market, 2nd Floor, Nimroz Province, Afghanistan), (l) (Branch Office 12: Sarafi Market, Wesh, Spin Boldak District, Afghanistan), (m) (Branch Office 13: Sarafi Market, Farah, Afghanistan), (n) (Branch Office 14: Dubai, United Arab Emirates), (o) (Branch Office 15: Zahedan, Iran), (p) (Branch Office 16: Zabul, Iran). Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 29.6.2012.
Informazzjoni oħra: Numru tal-Liċenzja Afgan ta’ Fornitur ta’ Servizzi ta’ Flus: 044. Haji Khairullah Haji Sattar Money Exchange kien jintuża mit-tmexxija tat-Taliban biex jiġu ttrasferiti flus lil kmandanti tat-Taliban biex jiġu ffinanzjati ġellieda u operaturi fl-Afganistan mill-2011. Attiv fil-Provinċja ta’ Kunar. Assoċjat ma’ Abdul Sattar Abdul Manan u Khairullah Barakzai Khudai Nazar. Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/How-we-work/Notices/View-UN-Notices-Individuals#2012-342539
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Haji Khairullah Haji Sattar Money Exchange (HKHS) jappartjeni b’mod konġunt għal Abdul Satar Abdul Manan u Khairullah Barakzai Khudai Nazar. Satar u Khairullah ħaddmu skambji ta’ flus fl-Afganistan, il-Pakistan, u Dubai, l-Emirati Għarab Magħquda. Mexxejja tat-Taliban użaw l-HKHS biex iqassmu flus lil gvernaturi alternattivi u kmandanti u biex jirċievu trasferimenti ta’ hawala (rimessa ta’ flus informali) għat-Taliban. Mill-2011, it-tmexxija tat-Taliban għaddiet flus lil kmandanti tat-Taliban fl-Afganistan bl-użu tal-HKHS. Lejn l-aħħar tal-2011, il-fergħa tal-HKHS f’Lashkar Gah, il-Provinċja ta’ Helmand, l-Afganistan, intużat biex tibgħat flus lill-gvernatur alternattiv tat-Taliban għall-Provinċja ta’ Helmand. F’nofs l-2011, kmandant tat-Taliban uża fergħa tal-HKHS fir-reġjun tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan biex jiffinanzja ġellieda u operaturi fl-Afganistan. Wara li t-Taliban iddepożitaw ammont sinfikanti ta’ flus kontanti kull xahar ma’ din il-fergħa tal-HKHS, kmandanti tat-Taliban setgħu jaċċessaw il-fondi minn kwalunkwe fergħa tal-HKHS. Il-persunal tat-Taliban użaw l-HKHS fl-2010 biex jittrasferixxu flus lil hawalas fl-Afganistan fejn kmandanti operazzjonali setgħu jaċċessaw il-fondi. Minn tmiem l-2009, il-maniġer tal-fergħa tal-HKHS f’Lashkar Gah ħa ħsieb il-moviment ta’ fondi tat-Taliban permezz tal-HKHS.”