RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL dwar l-eżerċizzju tas-setgħa li jiġu adottati atti delegati kkonferit fuq il-Kummisjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu /* COM/2014/0743 final */
1. Introduzzjoni Ir-Regolament
(KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar aġenziji
li jiggradaw il-kreditu[1]
ġie adottat bħala waħda mill-miżuri wara l-kriżi
finanzjarja sabiex il-fiduċja fis-suq terġa’ tissaħħaħ
u sabiex tiżdied il-protezzjoni tal-investituri. Dan ir-Regolament, kif
sussegwentement ġie rivedut fl-2011[2]
u fl-2013[3],
introduċa rekwiżiti ta’ reġistrazzjoni u awtorizzazzjoni
għall-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu (credit rating
agencies, CRAs) b’superviżur uniku fl-UE, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u
s-Swieq (European Securities and Markets Authority, ESMA) kif ukoll regoli dwar
kunflitti ta’ interess, rekwiżiti ta’ trasparenza u ta' divulgazzjoni
għas-CRAs. Ir-Regolament
(KE) Nru 1060/2009, kif emendat fl-2011, jagħti s-setgħa
lill-Kummissjoni li tadotta atti delegati fir-rigward ta’: ·
Miżati
li għandhom jitħallsu lill-Awtorità Ewropea dwar it-Titoli u s-Swieq
(ESMA) minn aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu (CRAs)
għar-reġistrazzjoni u s-superviżjoni (l-Artikolu 19(2)); ·
Regoli
ta’ proċedura sabiex tiġi eżerċitata s-setgħa li
jiġu imposti multi jew ħlasijiet perjodiċi ta’ penali mill-ESMA
(l-Artikolu 23e(7)); ·
Miżuri
li jispeċifikaw aktar jew jemendaw il-kriterji għall-ekwivalenza
tal-pajjiżi terzi (l-Artikolu 5(6)); u ·
Emenda
tal-Annessi tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 (l-Artikolu 37). 2. Bażi ġuridika Dan
ir-rapport huwa rikjest skont l-Artikolu 38a(1) tar-Regolament (KE)
Nru 1060/2009. Skont din id-dispożizzjoni, is-setgħa ta'
adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni għal
perjodu ta’ erba' snin mill-1 ta’ Ġunju 2011 u
l-Kummissjoni hija rikjesta li tfassal rapport fir-rigward tad-delega
tas-setgħat qabel tmiem il-perjodu ta’ erba' snin. 3. Eżerċizzju tad-delega A)
Tariffi għar-reġistrazzjoni u s-superviżjoni B'mod
konformi mal-Artikolu 19(1) tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009, l-ESMA
timponi miżati lis-CRAs b'mod konformi ma' dan ir-Regolament u
r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni. Dawn il-miżati jkopru b'mod
sħiħ in-nefqa meħtieġa tal-ESMA fir-rigward
tar-reġistrazzjoni, iċ-ċertifikazzjoni u s-superviżjoni
tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u r-rimborż ta’ kull
spiża li l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jġarrbu
fil-ħidma tagħhom skont dan ir-Regolament, b’mod partikolari
b’riżultat ta’ kull delega ta’ kompiti skont l-Artikolu 30
tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009. Skont
l-Artikolu 19(2) tar-Regolament 1060/2009, il-Kummissjoni tadotta att
delegat dwar il-miżati, li jiddetermina b’mod partikolari t-tip ta’
miżati u l-kwistjonijiet li għalihom huma dovuti l-miżati,
l-ammont tal-miżati, il-mod li bih dawn għandhom jitħallsu u
l-mod li bih l-ESMA għandha tirrimborża lill-awtoritajiet kompetenti
fir-rigward ta’ kull spiża li huma jistgħu jġarrbu
fil-ħidma tagħhom skont ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009, b’mod
partikolari bħala riżultat ta’ kull delega tal-kompiti f’konformità
mal-Artikolu 30 tiegħu. L-ammont ta' miżata imposta fuq
aġenzija li tiggrada l-kreditu għandu jkopri l-ispejjeż amministrattivi
kollha u jkun proporzjonat għall-introjtu tal-aġenzija li tiggrada
l-kreditu kkonċernata. Il-Kummissjoni
Ewropea talbet għal Parir Tekniku mill-Awtorità Ewropea dwar it-Titoli u
s-Swieq fl-24 ta’ Frar 2011, u rċevietu
fis-17 ta’ Mejju 2011. Matul it-tħejjija tal-Parir Tekniku
tagħha, l-ESMA wettqet konsultazzjoni pubblika mill-14
sas-27 ta’ April 2011. Il-partijiet li sussegwentement ġew
ikkonsultati mill-Kummissjoni dwar l-abbozz tar-Regolament Delegat jinkludu
esperti nazzjonali. Il-membri tal-Grupp ta’ Esperti tal-Kumitat Ewropew
tat-Titoli ġew konsultati bi proċedura bil-miktub fi tmiem
Novembru 2011. Il-Kummissjoni
adottat ir-Regolament Delegat[4]
fis-7 ta’ Frar 2012 u nnotifikat lill-Parlament Ewropew u
lill-Kunsill. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill infurmaw lill-Kummissjoni
bl-intenzjoni tagħhom li ma jqajmux oġġezzjonijiet
f’Marzu 2012. L-att delegat ġie ppubblikat f’Il-Ġurnal
Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fit-28 ta’ Marzu 2012. B)
Regoli ta' proċedura Ir-Regolament
(KE) Nru 1060/2009 jistipula meta l-Bord tas-Superviżuri tal-ESMA
jadotta deċiżjoni li timponi multa jew ħlas perjodiku ta’ penali
fuq aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu. Skont
l-Artikolu 23e(7), il-Kummissjoni Ewropea tadotta aktar regoli ta'
proċedura sabiex tiġi eżerċitata s-setgħa li jiġu
imposti multi jew ħlasijiet perjodiċi ta' penali, inklużi
d-dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet ta' difiża,
dispożizzjonijiet temporali, u l-ġbir ta' multi jew ħlasijiet
perjodiċi ta' penali, u tadotta regoli dettaljati dwar il-perjodi ta'
limitazzjoni għall-impożizzjoni u l-infurzar tal-penali. Il-membri
tal-Grupp ta’ Esperti tal-Kumitat Ewropew tat-Titoli ġew konsultati
mill-Kummissjoni fit-tħejjija ta’ dan l-Att Delegat u ġew anke
kkonsultati dwar l-abbozz tar-Regolament Delegat bi proċedura bil-miktub
f’Ġunju 2012. Il-Kummissjoni
adottat ir-Regolament Delegat[5]
fit-12 ta’ Lulju 2012 u nnotifikat lill-Parlament Ewropew u
lill-Kunsill. La l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma ħarġu xi
oġġezzjoni matul perjodu ta’ oġġezzjoni, u l-perjodu
tal-oġġezzjoni lanqas ma kien estiż minn xi waħda
mill-istituzzjonijiet. L-att delegat imbagħad ġie ppubblikat f’Il-Ġurnal
Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fis-16 ta’ Ottubru 2012. C)
Kriterji għal ekwivalenza Il-Kummissjoni
qed tingħata s-setgħa li tadotta, permezz ta’ att delegat, sabiex jitqiesu
l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji, miżuri li jispeċifikaw aktar
jew jemendaw il-kriterji stabbiliti fit-tieni subparagrafu
tal-Artikolu 5(6) għad-determinazzjoni ta’ jekk qafas ġuridiku u
superviżorju ta’ pajjiż terz jistax jitqies bħala ekwivalenti għar-Regolament
(KE) Nru 1060/2009. Fost l-oħrajn, is-CRAs f’pajjiżi terzi jkunu
soġġetti għal regoli li jorbtu legalment li huma ekwivalenti
għal dawk fis-seħħ fl-UE[6]. L-emenda
tal-2013 tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 ukoll speċifikat aktar ma’
liema dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1060/2009 ir-regoli
li jorbtu legalment fil-pajjiżi terzi jkunu ekwivalenti[7]. Barra
minn hekk, il-paragrafu 2(1) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE)
Nru 462/2013 jipprevedi li għadd ta' rekwiżiti legali introdotti
għas-CRAs fl-2013 ikunu biss parti mill-kundizzjonijiet
għad-determinazzjoni tal-ekwivalenza
mill-1 ta’ Ġunju 2018. Minħabba
f’hekk u peress li minn mindu s-setgħa li jiġi adottat l-att delegat
ġiet introdotta fir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 fl-2011[8], il-Kummissjioni
ma osservat l-ebda żvilupp fis-swieq finanzjarji li kienu
jeħtieġu aktar speċifikazzjonijiet jew emendi tal-kriterji
għall-ekwivalenza, sa issa ma ġie adottat l-ebda att delegat. Il-Kummissjoni
adottat deċiżjonijiet ta’ implimentazzjoni dwar ir-rikonoxximent ta’
oqfsa legali u superviżorji ta’ disa' ġurisdizzjonijiet bħala
ekwivalenti għar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009,
skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 38(3) ta’ dak ir-Regolament.
Il-ġurisdizzjonijiet ikkonċernati huma: il-Ġappun[9],
l-Istati Uniti tal-Amerka[10],
il-Kanada[11],
l-Awstralja[12],
l-Arġentina[13],
il-Brażil[14],
il-Messiku[15],
Ħong Kong[16]
u Singapor[17]. D)
Annessi tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009. Sabiex
tqis l-iżviluppi, inklużi l-iżviluppi internazzjonali, fis-swieq
finanzjarji, b’mod partikolari fir-rigward tal-istrumenti finanzjarji
ġodda, l-Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009
jipprevedi li l-Kummissjoni tista’ tadotta, permezz ta’ atti delegati,
miżuri sabiex jiġu emendati l-Annessi, eskluż l-Anness III. Billi
l-għoti ta’ setgħa sabiex jiġi adottat att iddelegat ġiet
introdotta fir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 fl-2011[18], dan
ir-Regolament ġie emendat permezz tar-Regolament (UE) Nru 462/2013
fl-2013, li kien jinkludi emendi għall-Annessi. L-ewwel irid jiġi
osservat l-impatt ta’ dawn ir-regoli emendati dwar is-swieq finanzjarji, qabel
kull użu futur potenzjali ta’ għotjiet ta' setgħa. 4. Konklużjoni Il-Kummissjoni
eżerċitat is-setgħat delegati tagħha sew u fil-ħin
sabiex tiżgura li d-dispożizzjonijiet meħtieġa kienu
fis-seħħ sabiex l-ESMA twettaq il-kompiti tagħha b’mod
sħiħ bħala superviżur tal-aġenziji
tal-klassifikazzjoni tal-kreditu fl-UE. Għall-ġejjieni,
il-Kummissjoni tqis li d-delega ta’ setgħa għandha tinżamm. Dan
ikun partikolarment rilevanti f’każ li fil-futur jista' jkun hemm
bżonn rieżami tar-Regolamenti Delegati tal-Kummissjoni dwar
miżati u dwar regoli proċedurali għal multi u ħlasijiet
perjodiċi ta’ penali ladarba tkun inkisbet aktar esperjenza dwar kif dawn
ir-regoli jaħdmu fil-prattika. Il-Kummissjoni
tistieden lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sabiex jieħdu nota ta’ dan
ir-rapport. [1] ĠU
L 302, 17.11.2009, p. 1. [2]
Ir-Regolament (UE) Nru 513/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2011
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1060/2009 dwar aġenziji li jiggradaw
il-kreditu, ĠU L 145, 31.5.2013, p. 30. [3]
Ir-Regolament (UE) Nru 462/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
tal-21 ta’ Mejju 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1060/2009
dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu, ĠU L 146, 31.5.2013,
p. 1. [4]
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 272/2012
tas-7 ta’ Frar 2012 li jissupplimenta r-Regolament (KE)
Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward it-tariffi
mitluba mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq lill-aġenziji ta’
klassifikazzjoni tal-kreditu, ĠU L 90, 28.3.2012, p. 6. [5]
Ir-Regolament Delegat (UE) Nru 946/2012
tat-12 ta’ Lulju 2012 li jissupplimenta r-Regolament (KE)
Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli
ta’ proċedura dwar multi imposti fuq l-aġenziji tal-klassifikazzjoni
tal-kreditu mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq inklużi regoli dwar
id-dritt tad-difiża u dispożizzjonijiet temporali, ĠU
L 282, 16.10.2012, p. 23. [6]
Il-paragrafu 2(b) tal-Artikolu 5(6) tar-Regolament (UE)
Nru 1060/2009 [7]
L-Artikolu 1(5)(a), ir-Regolament (KE) Nru 462/2013 [8]
L-Artikolu 1(3)(e), ir-Regolament (UE) Nru 513/2011 [9]
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Settembru 2010
dwar ir-rikonoxximent tal-qafas legali u superviżorju tal-Ġappun
bħala ekwivalenti għar-rekwiżiti tar-Regolament (KE)
Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar aġenziji li
jiggradaw il-kreditu (ĠU L 254, 29.9.2010, p. 46). [10]
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni
tal-5 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-rikonoxximent tal-qafas legali u
superviżorju tal-Istati Uniti bħala ekwivalenti
għar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu, ĠU
L 274, 9.10.2012, p. 32. [11]
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni
tal-5 ta' Ottubru 2012 dwar ir-rikonoxximent tal-qafas legali u
superviżorju tal-Kanada bħala ekwivalenti għar-rekwiżiti
tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar
aġenziji li jiggradaw il-kreditu (ĠU L 278, 12.10.2010,
p. 17). [12]
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni
tal-5 ta' Ottubru 2012 dwar ir-rikonoxximent tal-qafas legali u
superviżorju tal-Awstralja bħala ekwivalenti għar-rekwiżiti
tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar
aġenziji li jiggradaw il-kreditu, ĠU L 274, 9.10.2010,
p. 30. [13]
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni
tat-28 ta' April 2014 dwar ir-rikonoxximent tal-qafas legali u
superviżorju tal-Arġentina bħala ekwivalenti
għall-ħtiġijiet tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu,
ĠU L 132, 3.5.2010, p. 68. [14]
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' April 2014
dwar ir-rikonoxximent tal-qafas legali u superviżorju tal-Brażil
bħala ekwivalenti għar-rekwiżiti tar-Regolament (KE)
Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar aġenziji li
jiggradaw il-kreditu, ĠU L 132, 3.5.2010, p. 65. [15]
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni
tat-28 ta' April 2014 dwar ir-rikonoxximent tal-qafas legali u
superviżorju tal-Brażil bħala ekwivalenti
għall-ħtiġijiet tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu,
ĠU L 132, 3.5.2010, p. 71. [16]
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni
tat-28 ta' April 2014 dwar ir-rikonoxximent tal-qafas legali u
superviżorju tal-Brażil bħala ekwivalenti
għall-ħtiġijiet tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu,
ĠU L 132, 3.5.2010, p. 76. [17]
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni
tat-28 ta' April 2014 dwar ir-rikonoxximent tal-qafas legali u
superviżorju ta' Singapor bħala ekwivalenti
għall-ħtiġijiet tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu,
ĠU L 132, 3.5.2010, p. 73. [18]
L-Artikolu 1(19), ir-Regolament (UE) Nru 513/2011