15.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/21


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ: M.9594 — CMA CGM/CIMC Neocontainer/JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 13/09)

1.   

Fis-7 ta’ Jannar 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

CMA CGM S.A. (“CMA CGM”, Franza),

—

China International Marine Containers Neocontainer Logistics

Limited (“CIMC Neocontainer”, iċ-Ċina).

CMA CGM u CIMC Neocontainer takkwista/jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ impriża konġunta (joint venture, JV) maħluqa ġdida.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’JV.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

CMA CGM: attiva fl-attivitajiet ta’ ġarr tal-containers bil-baħar u fis-servizzi ta’ terminals fil-portijiet CMA CGM hija attiva wkoll, permezz CEVA Logistics, li hi s-sussidjarja proprjetà kollha kemm hi tagħha, fis-suq għat-trasbord ta’ merkanzija u servizzi ta’ loġistika bil-kuntratt, u tipprovdi firxa limitata ta’ servizzi ta’ ġestjoni ta’ katina ta’ provvista anċillari permezz ta’ CMA CGM Inland Services, li hija sussidjarja proprjetà kollha kemm hi tagħha;

—

CIMC Neocontainer: kumpanija tal-loġistika li hija proprjetà tas-CIMC Group, fornitur ta’ servizzi ta’ loġistika komprensiva għas-servizzi tal-loġistika u servizzi tat-tħaddim tat-tagħmir;

—

il-JV: provvista ta’ servizzi fil-ġestjoni ta’ ħażna tal-containers, ġestjoni ta’ containers u tiswija ta containers, esklussivament fil-port ta’ Tianjin fiċ-Ċina.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9594 — CMA CGM/CIMC Neocontainer/JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks+32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.