<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-166/11</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62011CJ0166</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:119">EU:C:2012:119</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>6</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>6</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20120301">1.3.2012</DATE> — KAWŻA C-166/11</P><P>GONZÁLEZ ALONSO</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Il-Ħames Awla)</P><P><DATE ISO="20120301">1 ta’ Marzu 2012</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Protezzjoni tal-konsumaturi</KEYWORD><KEYWORD>Kuntratti nnegozjati barra mil-lok tan-negozju</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 85/577/KEE</KEYWORD><KEYWORD>Kamp ta’ applikazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Esklużjoni</KEYWORD><KEYWORD>Kuntratti ta’ assigurazzjoni unit linked</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-166/11,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari taħt l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Audiencia Provincial de Oviedo (Spanja), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20110324">24 ta’ Marzu 2011</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil-<DATE ISO="20110405">5 ta’ April 2011</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Ángel Lorenzo González Alonso</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Nationale Nederlanden Vida Cia De Seguros y Reaseguros SAE,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla),</P><P>komposta minn M. Safjan, President tal-Awla, E. Levits u M. Berger (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: V. Trstenjak,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għall-Irlanda, minn D. O’Hagan, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Pollakk, minn B. Majczyna, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn J. Baquero Cruz, bħala aġent,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 3(2)(d) tad-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE, tal-<DATE ISO="19851220">20 ta’ Diċembru 1985</DATE>, biex tħares lill-konsumatur rigward kuntratti nnegozjati barra mill-lok tan-negozju (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 262).</TXT></NP><?PAGE NO="2"?><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn Ángel Lorenzo González Alonso u Nationale Nederlanden Vida Cia de Seguros y Reaseguros SAE (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Nationale Nederlanden<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) dwar azzjoni intiża għat-tħassir ta’ kuntratt ta’ assigurazzjoni msejjaħ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>unit linked<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/> kif ukoll għall-ħlas lura ta’ primjums imħallsa minn Á. L. González Alonso fuq il-bażi ta’ dan il-kuntratt.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(2)(d) tad-Direttiva 85/577 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għall:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>kuntratti ta’ assigurazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tad-Direttiva 2002/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20021105">5 ta’ Novembru 2002</DATE>, li tikkonċerna l-assigurazzjoni fuq il-ħajja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 6, p. 3, iktar ’il quddiem id-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>assigurazzjoni għall-ħajja<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>), intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Il-qasam ta’ applikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Din id-Direttiva tikkonċerna l-bidu u l-insegwiment ta’ l-attività għal rashom ta’ assigurazzjoni diretta […] fil-forma ta’ l-attivitajiet definiti hawn taħt:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>l-assigurazzjonijiet li ġejjin meta huma fuq bażi kontrattwali:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>assigurazzjoni;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>annwitajiet;</TXT><P>[…]</P></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 35, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Il-perjodu ta’ kanċellament<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, ta’ din id-direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="035.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Kull Stat Membru għandu jippreskrivi li titolari ta’ polza li jikkonkludi kuntratt individwali ta’ assigurazzjoni fuq il-ħajja għandu jkollu perjodu ta’ bejn 14 u 30 jum minn meta hu/hi kienu infurmaw li l-kuntratt ġie konkluż biex fih jiġi kkanċellat il-kuntratt.</ALINEA><ALINEA>In-notifika ta’ kanċellament mit-titolari tal-poloz għandu jkollha effett li tirrilaxxa lilu/lilha minn kwalunkwe obbligu futur li jirriżulta mill-kuntratt.</ALINEA><ALINEA>L-effetti l-oħra legali u l-kondizzjonijiet ta’ kanċellament għandhom jiġu determinati bil-liġi applikabbli għall-kuntratt kif definit fl-Artikolu 32, l-iktar fir-rigward ta’ l-arranġamenti biex it-titolari tal-polza jiġi infurmat li l-kuntratt ġie konkluż.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 36, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Informazzjoni għal titolari ta’ poloz<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, ta’ din id-direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="036.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Qabel ma jiġi konkluż il-kuntratt ta’ assigurazzjoni, mill-inqas l-informazzjoni elenkata fl-Anness III(A) għandha tiġi kkomunikata lit-titolari tal-polza.</ALINEA></PARAG><ALINEA>[…]</ALINEA><?PAGE NO="3"?><PARAG IDENTIFIER="036.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu u l-Anness II għandhom jiġu stabbiliti mill-Istat Membru ta’ l-impenn.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Anness I, punt III tad-Direttiva assigurazzjoni għall-ħajja jsemmi, bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>klassi<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> tal-assigurazzjoni diretta koperta minn din id-direttiva, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>[l]-assigurazzjoni msemmija fl-Artikolu 2(1)(a) u (b), li huma marbuta ma’ fondi ta’ investiment<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Skont il-punt A(a)13 tal-Anness III ta’ din id-direttiva, l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>[a]rranġamenti għal applikazzjoni tal-perjodu ta’ cooling-off<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> għandhom jiġu kkomunikati lit-titolari qabel il-konklużjoni tal-kuntratt.</TXT><P>L-Ewwel Direttiva 79/267/KEE</P></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Skont l-Artikoli 1 tal-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 79/267/KEE, tal-<DATE ISO="19790305">5 ta’ Marzu 1979</DATE>, dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrigwardaw l-aċċess għall-attività tal-assigurazzjoni diretta għall-ħajja u l-eżerċizzju tagħha (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="063" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="1979">ĠU L 63, p. 1</REF.DOC.OJ>):</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Din id-direttiva tirrigwarda l-aċċess għall-attività bħala persuna li taħdem għal rasha tal-assigurazzjoni diretta […] u l-eżerċizzju tagħha fil-forma tal-attivitajiet definiti hawn taħt:</P><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>l-assigurazzjonijiet li ġejjin, meta dawn joriġinaw minn kuntratt:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>l-assigrazzjoni għall-<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>ħajja<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="2019" ID="QE0015"/> […]<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Il-punt III tal-Anness ta’ din id-direttiva tindika, bħala klassi tal-assigurazzjoni għall-ħajja, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>[l]-assigurazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1(1)(a) […] li huma marbuta ma’ fondi ta’ investiment<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>. [traduzzjoni mhux uffiċjali]</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt nazzjonali</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Id-Direttiva 85/577 ġiet trasposta fl-ordinament ġuridiku Spanjol permezz tal-Liġi 26/1991, dwar il-kuntratti konklużi barra mil-lok tan-negozju (Ley 26/1991, sobre contratos celebrados fuera de los establecimientos mercantiles), tal-<DATE ISO="19911121">21 ta’ Novembru 1991</DATE> (BOE Nru 283, tas-<DATE ISO="19911126">26 ta’ Novembru 1991</DATE>). Il-Liġi 26/1991, li kienet fis-seħħ sal-<DATE ISO="20071201">1 ta’ Diċembru 2007</DATE>, hija applikabbli għall-fatti fil-kawża prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Skont il-punt 3 tal-Artikolu 2(1) tagħha, il-Liġi 26/1991 ma tapplikax <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>għall-kuntratti ta’ assigurazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Fi kliem l-Artikolu 3(1) u (2) tal-Liġi 26/1991:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-kuntratt jew l-offerta kuntrattwali […] għandhom jiġu fformalizzati bil-miktub, f’żewġ kopji, flimkien ma’ dokument ta’ tħassir, u għandu jkollhom data u l-firma tal-konsumatur.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Id-dokument tal-kuntratt għandu jkun fih […] riferiment ċar u preċiż għad-dritt tal-istess konsumatur li jħassar il-kunsens tiegħu kif ukoll għall-kundizzjonijiet u l-konsegwenzi li jirriżultaw mill-eżerċizzju ta’ dan id-dritt.<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 4 tal-liġi 26/1991, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>il-kuntratt konkluż jew l-offerta ppreżentata bi ksur tal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-artikolu preċedenti jista’ jiġi annullat fuq talba tal-konsumatur<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li, fix-xahar ta’ Lulju tas-sena 2007, impjegat ta’ Nationale Nederlande żar lil Á. L. González Alonso fil-post tax-xogħol tiegħu sabiex jipproponilu prodott finanzjarju. Dan l-impjegat informah li l-prodott ikkonċernat jikkonsisti f’kont b’rendiment għoli li joffri lid-depożitant il-possibbiltà li jirkupra fi kwalunkwe mument il-kapital investit.</TXT></NP><?PAGE NO="4"?><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju ppreċiżat li Á. L. González Alonso aċċetta l-offerta u ffirma serje ta’ dokumenti li inkludew assigurazzjoni msejħa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>Segur Fondo Dinámico<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, kwestjonarju tal-assigurazzjoni dwar informazzjoni tal-firmatarju u l-istat ta’ saħħa tiegħu kif ukoll awtorizzazzjoni intiża għall-bank tiegħu sabiex isir il-ħlas tal-primjums tal-assigurazzjoni. Mal-iffirmar ta’ dawn id-dokumenti, Nationale Nederlande bdiet tieħu direttament mill-kont bankarju ta’ Á. L. González Alonso l-ammont tal-primjums suċċessivi b’effett mit-3 ta’ Settembre 2007 sat-<DATE ISO="20080530">30 ta’ Mejju 2008</DATE>, għal ammont totali ta’ EUR 3 083.30.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Á. L. González Alonso informa lil Nationale Nederlande, fix-xahar ta’ Lulju tas-sena 2008, li ried jirkupra l-ammont kollu tas-somom li kien ħallas. Din tal-aħħar irrifjutat li tgħaddilu dawn is-somom. Ikkonfrontat b’dan ir-rifjut, Á. L. González Alonso adixxa ’l-qrati ta’ Oviedo b’kawża skont l-Artikolu 4 tal-Liġi 26/1991, fejn talab l-annullament tal-kuntratt u l-ħlas lura tal-primjums imħallsa.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Skont l-Audiencia Provincial de Oviedo, adita fl-appell, id-dokument imsejjaħ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>Segur Fondo Dinámico<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> ffirmat minn Á. L. González Alonso jinkludi assigurazzjoni għall-ħajja li fiha jidhru, bħala benefiċjarji indikati mit-titolari tal-kuntratt ta’ assigurazzjoni, l-assigurat kif ukoll uliedu, b’kapital assigurat ta’ ammont minimu ta’ EUR 3 000 f’każ ta’ mewt. Tipi oħra ta’ servizzi, li jiżnaturaw il-karatteristiċi tipiċi ta’ kuntratt ta’ assigurazzjoni għall-ħajja u li jibdluh f’kuntratt imħallat, ġew miżjuda mal-assigurazzjoni. Fil-fatt, is-servizzi tipiċi ta’ dan il-kuntratt ta’ assigurazzjoni ngħaqdu ma’ dawk li jikkorrispondu fil-fatt għal prodott ta’ investiment finanzjarju.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tosserva li l-primjums imħallsa kull xahar mis-sottoskriventi jidhru intiżi għal investiment finanzjarju li fil-kuntest tiegħu l-klijent jista’ jagħżel it-tqassim tal-fondi tiegħu skont il-portafoll ta’ investimenti ppreżentat lilu. B’dan il-mod, fuq l-għażla ta’ Á. L. González Alonso, 30 % tal-primjums imħallsa huma destinati għal investiment f’fond intern ġestit minn Nationale Nederlande, 60 % għal investiment bi dħul varjabbli u 10 % huma destinati għal investiment bi dħul fiss.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Għalhekk, A. L. González Alonso, skont il-qorti tar-rinviju, issottoskriva għal kuntratt <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>unit linked<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, ikkaratterizzat mill-fatt li l-kumpannija tal-assigurazzjoni ssostni biss ir-riskju attwarju, peress li r-riskju finanzjarju huwa ttrasferiet lit-titolari tal-kuntratt. Dan tal-aħħar jassumi l-imsemmi riskju bi skambju għal ċerti vantaġġi fiskali.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, minkejja l-esklużjoni tal-kuntratti ta’ assigurazzjoni mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 85/577, prevista fl-Artikolu 3(2)(d) tagħha, kif ukoll l-esklużjoni korrispondenti li tidher fil-punt 3 tal-Artikolu 2(1) tal-Liġi 26/1991, il-qorti tar-rinviju għandha dubji fir-rigward tal-inklużjoni possibbli tal-kuntratt inkwistjoni fil-kawża prinċipali fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva. Fil-fatt, skont din il-qorti, tali interpretazzjoni tista’ tiġi ġġustifikata, fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, li f’diversi okkażjonijiet enfasizzat li l-esklużjonijiet previsti fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 85/577 għandhom jiġu interpretati b’mod restrittiv.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tosserva li, fil-każ li prodott finanzjarju kkunsidrat li jagħmel parti mill-kuntratti unit linked jista’ jiġi inkluż fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 85/577, il-kundizzjonijiet formali rikjesti mill-Artikoli 3 u 4 tal-Liġi 26/1991 ikunu applikabbli għalih u, għalhekk, ikun possibbli li tiġi ppronunzjata n-nullità tal-kuntratt iffirmat mir-rikorrent fil-kawża prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-Audiencia Provincial de Oviedo ddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>L-Artikolu 3(2)(d) tad-Direttiva 85/577 […] għandu jiġi interpretat b’mod restrittiv u konsegwentement bħala li ma japplikax għal kuntratt innegozjat barra mil-lok tan-negozju u li joffri assigurazzjoni għall-ħajja bi skambju għall-ħlas kull xahar ta’ primjum intiż li jiġi investit, fi proporzjonijiet differenti, f’investimenti bi dħul fiss, f’investimenti bi dħul varjabbli u fi prodotti ta’ investiment finanzjarju tal-kumpannija inkwistjoni?<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Bid-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk kuntratt konkluż barra mil-lok tan-negozju u li joffri assigurazzjoni għall-ħajja bi skambju għall-ħlas kull xahar ta’ primjum intiż li jiġi investit, fi proporzjonijiet differenti, f’investimenti bi dħul fiss, f’investimenti bi dħul varjabbli u fi prodotti ta’ investiment finanzjarju tal-kumpannija inkwistjoni huwiex eskluż, skont l-Artikolu 3(2)(d) tad-Direttiva 85/577, mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar, fl-ewwel lok, li d-Direttiva 85/577 ma tipprovdi ebda definizzjoni tal-kunċett ta’ kuntratt ta’ assigurazzjoni. Barra minn hekk, din id-direttiva lanqas ma tirreferi espressament għad-dritt tal-Istati Membri dwar dan il-punt. Kif jirriżulta mir-rekwiżiti kemm tal-applikazzjoni uniformi tad-dritt tal-Unjoni kif ukoll mill-prinċipju ta’ trattament ugwali, is-sens tat-terminu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>kuntratt ta’ assigurazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> għandu jitfittex fid-dawl tal-kuntest li fih taqa’ din id-direttiva, u għandu jkollu, fl-Unjoni kollha, interpretazzjoni awtonoma u uniformi (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<DATE ISO="19820114">14 ta’ Jannar 1982</DATE>, Corman, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="64/81" PAGE.ECR="13" YEAR="1982">64/81, Ġabra p. 13</REF.DOC.ECR>, punt 8, u tas-<DATE ISO="20080306">6 ta’ Marzu 2008</DATE>, Nordania Finans u BG Factoring, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-98/07" PAGE.ECR="I-1281" YEAR="2008">C-98/07, Ġabra p. I-1281</REF.DOC.ECR>, punt 17).</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, kif jirriżulta minn ġurisprudenza stabbilita, id-derogi mir-regoli tad-dritt tal-Unjoni intiżi sabiex iħarsu lill-konsumaturi għandhom jiġu interpretati b’mod strett (ara s-sentenzi tat-<DATE ISO="20011213">13 ta’ Diċembru 2001</DATE>, Heininger, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-481/99" PAGE.ECR="I-9945" YEAR="2001">C-481/99, Ġabra p. I-9945</REF.DOC.ECR>, punt 31, u tal-<DATE ISO="20100415">15 ta’ April 2010</DATE>, E. Friz, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-215/08" PAGE.ECR="I-2947" YEAR="2010">C-215/08, Ġabra p. I-2947</REF.DOC.ECR>, punt 32).</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Madankollu, kif il-Qorti tal-Ġustizzja diġà speċifikat, il-protezzjoni tal-konsumaturi prevista mid-Direttiva 85/577 ma hijiex assoluta u hija suġġetta għal ċerti limiti (ara s-sentenzi tal-<DATE ISO="20080410">10 ta’ April 2008</DATE>, Hamilton, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-412/06" PAGE.ECR="I-2383" YEAR="2008">C-412/06, Ġabra p. I-2383</REF.DOC.ECR>, punti 39 u 40, kif ukoll E. Friz, iċċitat iktar ’il fuq, punt 44). L-esklużjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 85/577 jagħmlu parti minn dawn il-limiti. Interpretazzjoni stretta ħafna ta’ dawn l-esklużjonijiet ikollha l-konsegwenza li tneħħilhom l-effett utli tagħhom u ma tistax, għalhekk, tiġi sostnuta.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tip tal-kuntratt inkwistjoni fil-kawża prinċipali, dan jipprevedi, b’mod partikolari, assigurazzjoni għall-ħajja fis-sens strett tat-terminu. Għalhekk ma jidhirx li l-klassifikazzjoni ta’ tali kuntratt bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>kuntratt ta’ assigurazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> fis-sens tad-Direttiva 85/577 hija manifestament żbaljata. Minkejja li, fil-fatt, il-kuntratt inkwistjoni fil-kawża prinċipali jagħti assigurazzjoni għall-ħajja bi skambju għall-ħlas kull xahar ta’ primjums intiżi li jiġu investiti f’investimenti bi dħul fiss u f’investimenti bi dħul varjabbli u kif ukoll fi prodotti finanzjarji, li r-riskju finanzjarju tagħhom huwa sostnut mit-titolari tal-assigurazzjoni, tali stipulazzjonijiet kuntrattwali ma humiex, madankollu, stipulazzjonijiet li ma humiex tas-soltu.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, il-kuntratti msejħa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>unit linked<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> jew <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>marbuta ma’ fondi ta’ investiment<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, bħalma huwa dak konkluż minn Á. L. González Alonso, huma komuni taħt id-dritt tal-assigurazzjoni. Barra minn hekk, il-leġiżlatur tal-Unjoni kkunsidra li dan it-tip ta’ kuntratt jaqa’ taħt klassi ta’ assigurazzjoni għall-ħajja, u dan kif jirriżulta espressament mill-punt III tal-Anness I tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>assigurazzjoni għall-ħajja<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> moqri flimkien mal-Artikolu 2(1)(a) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Barra minn hekk, qabel id-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 85/577, l-assigurazzjonijiet marbuta ma’ fondi ta’ investiment kienu diġà kkunsidrati, skont l-Artikolu 1(1)(a) tal-Ewwel Direttiva 79/267 kif ukoll il-punt III tal-anness tagħha, bħala li jaqgħu fi klassi ta’ assigurazzjoni għall-ħajja. Madankollu, bl-adozzjoni tad-Direttiva 85/577, il-leġiżlatur tal-Unjoni ma rrestrinġiex il-kunċett ta’ kuntratt ta’ assigurazzjoni fis-sens li dan ma jkoprix l-assigurazzjonijiet marbuta ma’ fondi ta’ investiment.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, u fin-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet fis-sens kuntrarju, għandu jiġi kkunsidrat li l-leġiżlatur tal-Unjoni, meta adotta d-Diretteva 85/577 u eskluda mill-kamp ta’ applikazzjoni tagħha l-kuntratti ta’ assigurazzjoni fl-intier tagħhom, qies il-kuntratti ta’ assigurazzjoni marbuta ma’ fondi ta’ investiment bħala kuntratti ta’ assigurazzjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="6"?><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Konsegwentement, għandu jiġi kkonstatat li dawn il-kuntratti ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Barra minn hekk, din l-interpretazzjoni tal-Artikolu 3(2)(d) tad-Direttiva 85/577 ma teskludix mill-ewwel il-possibbiltà, għall-konsumaturi, li jirrinunzjaw, f’ċerti ċirkustanzi, għall-effetti ta’ kuntratt ta’ assigurazzjoni. Fil-fatt, id-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>assigurazzjoni għall-ħajja<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> tipprovdi, fl-Artikolu 35(1) tagħha, moqri flimkien mal-Artikolu 36 tagħha kif ukoll mal-punt A(a)13 tal-Anness III tagħha, id-dritt tat-titolari li jirrinunzja għall-kuntratt ta’ assigurazzjoni. Madankollu, hija biss il-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk il-kundizzjonijiet rikjesti għall-eżerċizzju ta’ dan id-dritt humiex sodisfatti fil-kawża mressqa quddiemha.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet premessi, għad-domanda mressqa għandha tingħata r-risposta li kuntratt konkluż barra mil-lok tan-negozju u li jagħti assigurazzjoni għall-ħajja bi skambju għall-ħlas kull xahar ta’ primjum intiż li jiġi investit, fi proporzjonijiet differenti, f’investimenti bi dħul fiss, f’investimenti bi dħul varjabbli u fi prodotti ta’ investiment finanzjarju tal-kumpannija inkwistjoni ma jaqax, skont l-Artikolu 3(2)(d) tad-Direttiva 85/577, fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>Il-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla)</P><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Kuntratt konkluż barra mil-lok tan-negozju u li jagħti assigurazzjoni għall-ħajja bi skambju għall-ħlas kull xahar ta’ primjum intiż li jiġi investit, fi proporzjonijiet differenti, f’investimenti bi dħul fiss, f’investimenti bi dħul varjabbli u fi prodotti ta’ investiment finanzjarju tal-kumpannija inkwistjoni ma jaqax, skont l-Artikolu 3(2)(d) tad-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE, tal-<DATE ISO="19851220">20 ta’ Diċembru 1985</DATE>, biex tħares lill-konsumatur rigward kuntratti nnegozjati barra mill-lok tan-negozju, fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>