8.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 393/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1924

tat-3 ta’ Novembru 2021

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 185/2013 f’dak li għandu x’jaqsam mat-tnaqqis mill-kwoti tas-sajd allokati lil Spanja għall-2023

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 105(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-2013, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 185/2013 (2) li jipprevedi tnaqqis mill-kwota tal-kavalli allokata lil Spanja fl-2013 u fis-snin sussegwenti fid-diviżjoni 8c tal-ICES, fis-subżoni 9 u 10 tal-ICES u fl-ilmijiet tal-Unjoni tas-CECAF 34.1.1 u mill-kwota tal-inċova fis-subżona 8 tal-ICES minħabba s-sajd żejjed tal-kwota tal-kavalli fl-2009.

(2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1244 (3) emenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 185/2013 f’dak li għandu x’jaqsam mat-tnaqqis mill-kwoti tas-sajd allokati lil Spanja għall-2020 u għall-2023. Spanja talbet li t-3 341 tunnellata mhux mistada fl-2019 jintużaw bħala parti mit-tnaqqis tal-kwota għall-2019, u talbet li jitnaqqsu t-tnaqqisiet mill-kwoti tas-snin 2020 u 2023 previsti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 185/2013. It-tnaqqisiet applikati fuq il-kwota rilevanti tal-kavalli għas-sena 2019 kif stabbilit fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1244 kellhom jirriflettu żieda fil-kwota b’dawk it-3 341 tunnellata mhux mistada. Peress li din iż-żieda tħalliet barra bi żball, jenħtieġ li t-tnaqqisiet għall-2019 jiġu kkoreġuti. Fl-2020, Spanja stadet 114-il tunnellata inqas mill-kwota rilevanti tal-kavalli u b’hekk kien hemm inqas pressjoni tas-sajd fuq dak l-istokk meta mqabbel mal-kwantità massima permessa mill-opportunitajiet tas-sajd allokati għal dik is-sena. Spanja talbet li dawk il-kwantitajiet mhux mistada tużahom bħala parti mit-tnaqqisiet mill-kwota tagħha tal-2020 u li b’hekk tpaċi parti mit-tnaqqis previst fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 185/2013 għas-sena 2023 skont dan. Jenħtieġ li l-kwantitajiet għat-tnaqqis għall-2020 u għall-2023 stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 185/2013 jiġu adattati.

(3)

L-ammonti mnaqqsa mill-kwoti għall-kavalli fl-2023 wara t-tibdil xorta jibqgħu jiżguraw li, f’konformità mal-objettivi tal-Politika Komuni tas-Sajd, l-opportunitajiet tas-sajd għal dawk l-ispeċijiet ma jinqabżux.

(4)

Għaldaqstant jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 185/2013 jiġi kkoreġut u emendat skont dan,

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 185/2013 huwa sostitwit bit-test mogħti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Novembru 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 185/2013 tal-5 ta’ Marzu 2013 li jipprovdi għal tnaqqis minn ċerti kwoti tas-sajd allokati lil Spanja fl-2013 u fis-snin sussegwenti minħabba s-sajd żejjed ta’ ċertu kwota tal-kavalli fl-2009 (ĠU L 62, 6.3.2013, p. 1).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1244 tal-1 ta’ Settembru 2020 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 185/2013 f’dak li għandu x’jaqsam mat-tnaqqis mill-kwoti tas-sajd allokati lil Spanja għall-2020 u għall-2023 (ĠU L 286, 2.9.2020. p. 9).


ANNESS

“ANNESS

Stokk

Kwota inizjali għall-2009

Kwota adattata għall-2009

Qabdiet stabbiliti għall-2009

Differenza bejn il-qabdiet u l-kwota (is-sajd żejjed)

Tnaqqis 2013

Tnaqqis 2014

Tnaqqis 2015

Tnaqqis 2016

Tnaqqis 2017

Tnaqqis 2018

Tnaqqis 2019

Tnaqqis 2020

Tnaqqis 2021

Tnaqqis 2022

Tnaqqis 2023

MAC8C 3411

29 529

25 525

90 954

-65 429

100

100

100

5 544

6 283

4 805

7 762

3 328

5 544

5 544

267

ANE08 (1)

 

 

 

 

 

 

 

3 696

4 539

2 853

3 696

3 696

3 696

3 696

180

”

(1)  Għall-inċova, bis-sena wieħed għandu jifhem l-istaġun tas-sajd li jibda f’dik is-sena.