<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T‑76/14</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62014TJ0076</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2016:481">EU:T:2016:481</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>17</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>17</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TA’* # – KAWŻA T‑76/14</P><P>MORNINGSTAR vs IL‑KUMMISSJONI</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti Ġenerali</HT> (It-Tmien Awla)</P><P><DATE ISO="20160915">15 ta’ Settembru 2016</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Kompetizzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Abbuż minn pożizzjoni dominanti</KEYWORD><KEYWORD>Suq dinji għal provvista tad-dejta kkonsolidata f’ħin reali</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni li tirrendi vinkolanti l-impenji proposti mill-impriża f’pożizzjoni dominanti</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1/2004</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża T‑76/14,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Morningstar, Inc</HT>., stabbilita fi Chicago, Illinois (l-Istati Uniti), irrappreżentata minn S. Kinsella, K. Daly, P. Harrison, solicitors, u M. Abenhaïm, avukat,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il‑Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn F. Castilla Contreras, A. Dawes u F. Ronkes Agerbeek, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenuta,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS><INTERVENERS><P>sostnuta minn</P><P><HT TYPE="BOLD">Thomson Reuters Corp</HT>., stabbilita fi Toronto (Canada),</P><P>u</P><P><HT TYPE="BOLD">Reuters Ltd</HT>, stabbilita fi Londra (ir-Renju Unit),</P><P>irrappreżentati minn A. Nourry, G. Olsen u C. Ghosh, solicitors,</P><PARTY.STATUS>intervenjenti,</PARTY.STATUS></INTERVENERS></PARTIES><P>li għandha bħala suġġett talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2012) 9635, tal-<DATE ISO="20121220">20 ta’ Diċembru 2012</DATE>, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 102 TFUE u tal-Artikolu 54 tal-ftehim ŻEE, [Każ COMP/D2/39.654 – Kodiċijiet tal-Istrumenti Reuters (RIC)],</P><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (It-Tmien Awla),</P><P>komposta minn D. Gratsias, President, M. Kancheva u C. Wetter (Relatur), Imħallfin,</P><P>Reġistratur: L. Grzegorczyk, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><?PAGE NO="2"?><GR.VISA><VISA>wara li rat il-fażi bil-miktub tal-proċedura u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20160303">3 ta’ Marzu 2016</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20091030">30 ta’ Ottubru 2009</DATE>, il‑Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej iddeċidiet li tibda proċedura fir-rigward ta’ Thomson Reuters Corporation u l-impriżi u l-impriżi mqiegħda taħt il-kontroll dirett jew indirett, fosthom Reuters Limited, (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>TR<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) minħabba abbuż ta’ pożizzjoni dominanti preżunt fuq is-suq dinji għal provvista tad-dejta kkonsolidata f’ħin reali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20110919">19 ta’ Settembru 2011</DATE>, il‑Kummissjoni adottat evalwazzjoni preliminari, konformement mal-Artikolu 9(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas‑<DATE ISO="20021216">16 Diċembru 2002</DATE> fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli [101 TFUE] u [102 TFUE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205), li hija nnotifikat lil TR fl-<DATE ISO="20110920">20 ta’ Settembru 2011</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Minn evalwazzjoni preliminari li TR għandha pożizzjoni dominanti fis-suq dinji għal provvista tad-dejta kkonsolidata f’ħin reali. Hija setgħet abbużat il-pożizzjoni dominanti tagħha billi imponiet ċerti restrizzjonijiet li jirrigwardaw l-użu ta’ Kodiċijiet tal-Istrumenti Reuters (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>RIC<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>). Ir-RIC huma kodiċijiet alfanumeriċi qosra żviluppati minn TR li jidentifikaw it-titoli ta’ sigurtà u l-post fejn jiġu nnegozjati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>TR tipprojbixxi lill-klijenti tagħha li jużaw ir-RIC sabiex isibu data fil-provvista tad-data kkonsolidata f’ħin reali proposti minn fornituri oħra u u tipprekludi lil terzi kif ukoll lill-fornituri kompetituri li jiżviluppaw u jżommu aġġornati t-tabelli ta’ korrelazzjoni li jinkorporaw ir-RIC li jippermettu interazzjoni bejn is-sistemi tal-klijenti tagħha u l-provvista tad-data kkonsolidata f’ħin reali ta’ fornituri oħra. Fl-evalwazzjoni preliminari tagħha, il‑Kummissjoni waslet għall-konklużjoni li dawn il-prattiki ħolqu ostakli sostanzjali għal tibdil ta’ fornitur tal-provvista ta’ data u kkostitwew abbuż ta’ pożizzjoni dominanti fis-sens tal-Artikolu 102 TFUE u tal-Artikolu 54 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20111108">8 ta’ Novembru 2011</DATE>, TR ressqet, skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament Nru 1/2003, proposta ta’ impenji lill-Kummissjoni bil-għan li tindirizza t-tħassib ta’ din tal-aħħar fl-evalwazzjoni preliminari tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>F’din il-proposta ta’ impenji, TR ipproponiet, b’mod partikolari:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>li tawtorizza lill-klijenti tagħha li jikkonkludi ftehim ta’ liċenzja estiża fir-rigward tar-RIC (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>ERL<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>). L-ERL tippermetti lill-klijent, permezz ta’ ħlas ta’ miżata mensili, li juża ir-RIC sabiex ifittex id-data fil- provvista tad-data kkonsolidata f’ħin reali ta’ fornituri kompetituri u b’tali mod, li jbiddel waħda jew iktar mill-applikazzjonijiet tagħhom;</P></ITEM><ITEM><P>li tipprovdi l-informazzjoni neċessarja sabiex tippermetti lill-klijenti tagħha li jistabilixxu l-korrispondenzi bejn ir-RIC u s-sistema ta’ kodifikazzjoni tal-fornituri kompetituri bil-għan li jibdlu l-fornitur.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20111214">14 ta’ Diċembru 2011</DATE>, il‑Kummissjoni ppubblikat avviż fil-<HT TYPE="ITALIC">Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT>, konfermement mal-Artikolu 27(4) tar-Regolament Nru 1/2003, li jinkludi sommarju tal-każ u tal-impenji u stidnet lill-terzi kkonċernati sabiex jippreżentaw l-osservazzjonijiet fuq il-proposta ta’ TR.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20120307">7 ta’ Marzu 2012</DATE>, il‑Kummissjoni informat lil TR bl-osservazzjonijiet li hija kienet irċeviet mill-partijiet terzi kkonċernati wara l-pubblikazzjoni tal-avviż tal-investigazzjoni tas-suq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20120627">27 ta’ Ġunju 2012</DATE>, b’risposta għall-osservazzjonijiet ifformulati, TR ressqet proposta ta’ impenji reveduti. It-tibdiliet prinċipali kienu s-segwenti:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>il-livell tal-miżata fir-rigward tal-ERL ġiet imnaqqsa;</P></ITEM><ITEM><P>l-istruttura tal-miżata fir-rigward tal-ERL ma baqgħetx marbuta mat-tnaqqis eventwali eżistenti miftiehem għall-provvista tad-data kkonsolidata f’ħin reali ta’ TR. Din saret ukoll inqas kumplessa u iktar trasparenti;</P></ITEM><ITEM><P>l-ERL tista’ tintuża fid-dinja sħiħa mill-klijenti li jeżerċitaw attivitajiet kummerċjali ġenwini fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE);</P></ITEM><ITEM><P>l-ERL kopriet ir-RIC marbuta ma’ strumenti nnegozjati b’OTC li ġejjin minn sors uniku suġġetti għall-kunsens tal-kontributur ikkonċernat (sakemm it-TR ma hijiex l-unika fornitriċi ta’ data fir-rigward tal-istrumenti nnegozjati b’OTC fil-mument ta’ bdil ta’ fornitur);</P></ITEM><ITEM><P>l-ERL kopriet l-interfaċji umani lejn applikazzjonijiet ibbażati fuq server (mingħajr spiża addizzjonali);</P></ITEM><ITEM><P>lil hinn mill-perijodu inizjali ta’ ħames snin li matulu l-abbonament għall-ERL kien possibbli, il-klijent kellu l-possibbiltà li jestendi l-abbonament tiegħu b’sentejn permezz ta’ ħlas ta’ miżata simbolika;</P></ITEM><ITEM><P>it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ liċenzja addizzjonali distinta, f’dan il-każ liċenzja intiża għal żviluppaturi terzi (iktar ’il quddiem it-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>TPDL<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>), bil-għan li tippermetti lil dawn tal-aħħar li jiżviluppaw tabelli ta’ korrelazzjoni li jippermettu lill-klijenti ta’ TR li jibdlu faċilment il-fornitur.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20120712">12 ta’ Lulju 2012</DATE>, il‑Kummissjoni bdiet it-tieni investigazzjoni fost operaturi tas-suq u ppubblikat l-impenji emendati, konfermement mal-Artikolu 27(4) tar-Regolament Nru 1/2003.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20120925">25 ta’ Settembru 2012</DATE>, il‑Kummissjoni informat lil TR bl-osservazzjonjiet li hija rċeviet mit-terzi kkonċernati wara l-pubblikazzjoni tat-tieni avviż ta’ investigazzjoni tas-suq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20121107">7 ta’ Novembru 2012</DATE>, TR ippreżentat it-tielet serje ta’ impenji (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>impenji definittivi<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>) li jinkludu d-dispożizzjonijiet segwenti:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>il-klawżola li tidher fil-paragrafu 7.1 tal-impenji definittivi fiha definizzjoni riveduta tal-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>żviluppatur terz<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> li tippermetti lill-iżviluppaturi terzi li jikkonkludu ftehimiet mal-fornituri oħra ta’ provvista tad-data kkonsolidata f’ħin reali għall-finijiet tal-iżvilupp tat-tabelli ta’ korrelazzjoni, li jippermettu lill-klijenti ta’ TR li jibdlu l-fornitur;</P></ITEM><ITEM><P>l-iżviluppaturi terzi kellhom id-dritt mhux biss li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>jiżviluppaw<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> it-tabelli ta’ korrelazzjoni, iżda wkoll li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>jaġġornawhom<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> (klawżola li tidher fil-paragrafu 1.8 tat-TPDL);</P></ITEM><ITEM><P>it-TPDL annessa mal-impenji definittivi ma għadx fiha l-klawżola li tidher fil-paragrafu 3.5 tat-TPDL anness mal-impenji riveduti. L-imsemmija klawżola kienet tinkludi dispożizzjonijiet skont liema żviluppatur terz ma jistax <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>jiddikjara li l-użu tar-RIC eliġibbli sabiex jiġbru data ta’ terzi [setgħet tkun] prattika jew fattibbli f’kull ċirkustanza jew li [setgħet] toħloq problemi ta’ integrità ta’ data jew problemi oħra ta’ funzjonalità<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>;</P></ITEM><?PAGE NO="4"?><ITEM><P>il-klawżoli li jidhru fil-paragrafi 3.2.8 tal-impenji definittivi u 1.3(c) tat-TPDL jawtorizzaw lill-iżviluppaturi terzi u lill-fornituri l-oħra tal-provvista tad-data kkonsolidata f’ħin reali, li jikkoperaw għall-iżvilupp, fl-aġġornament u l-kummerċjalizzazzjoni tat-tabelli ta’ korrelazzjoni;</P></ITEM><ITEM><P>il-klawżola li tidher fil-paragrafu 3.2.9 tal-impenji definittivi u dawk li jidhru fil-paragrafu 1.3(d) u fil-paragrfu 1.4 tat-TPDL jtejbu l-livell ta’ informazzjoni li l-iżviluppaturi terzi l-fornituri l-oħra tal-provvista tad-data kkonsolidata f’ħin reali, jistgħu jiskambjaw. Minn dan jirriżulta li l-iżviluppaturi terzi jistgħu jipprovdu, lill-fornituri oħra tal-provvista tad-data kkonsolidata f’ħin reali, data ta’ referenza deskrittivi li jirrigwardaw ir-RIC (iżda mhux ir-RIC infushom) fil-każ fejn l-iżviluppatur terz ma setax iwettaq il-korrispondenza tas-sistema ta’ kodifikazzjoni tal-fornitur tal-provvista tad-data f’ħin reali kompetitur.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-impenji definittivi ta’ TR jipprevedu wkoll, fl-Anness V tagħhom, in-nomina ta’ mandatarju indipendenti responsabbli għall-moniteraġġ tagħhom. Il-kompitu tiegħu huwa li jwettaq moniteraġġ tal-osservanza tal-impenji u li jirrapporta regolarment dwarhom lill-Kummissjoni u, jekk ikun il-każ, li jipproponilha miżuri intiżi li jiggarantixxu l-osservanza tal-imsemmija impenji kif ukoll li jirrapporta r-riżultat tal-proċedura ta’ riżoluzzjoni ta’ tilwimiet prevista fl-Anness IV tal-impenji definittivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Il‑Kummissjoni kkunsidrat li l-imsemmija impenji kienu suffiċjenti sabiex isolvu l-problemi ta’ kompetizzjoni li jkunu ġew irrilevati. Konsegwentement, fl-<DATE ISO="20121220">20 ta’ Diċembru 2012</DATE>, hija adottat, skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament Nru 1/2003, id-deċiżjoni dwar proċedura ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 102 TFUE u tal-Artikolu 54 tal-ftehim ŻEE, [Każ COMP/D2/39.654 – Kodiċijiet tal-Istrumenti Reuters (RIC)], li sunt tiegħu ġie ppublikat fil-<HT TYPE="ITALIC">Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT> (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="326" PAGE.FIRST="4" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, C 326, p. 4</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>deċiżjoni kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>), li jirrendu l-impenji proposti minn TR vinkolanti. F’din id-deċiżjoni, il‑Kummissjoni tikkonstata wkoll li, fid-dawl ta’ dawn l-impenji, ma hemmx iktar lok li hija tieħu azzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Proċedura u t-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Permezz ta’ rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fl-<DATE ISO="20140204">4 ta’ Frar 2014</DATE>, ir-rikorrenti, Morningstar Inc., ressqet dan ir-rikors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20140516">16 ta’ Mejju 2014</DATE>, il‑Kummissjoni ppreżentat ir-risposta tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Ir-replika ġiet ippreżentata fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fil-<DATE ISO="20140805">5 ta’ Awwissu 2014</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Permezz ta’ miżura ta’ organizzazzjoni tal-proċedura tas-<DATE ISO="20140827">27 ta’ Awwissu 2014</DATE>, il-Qorti Ġenerali (it-Tmien Awla) talbet lill-Kummissjoni li tipproduċi l-evalwazzjoni preliminari, f’verżjoni mhux kunfidenzjali, li hija wettqet skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament Nru 1/2003 fil-kawża inkwistjoni. Il‑Kummissjoni osservat din it-talba fit-terminu stabbilit.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Din waslet fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fis-<DATE ISO="20141016">16 ta’ Ottubru 2014</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Permezz ta’ digriet tal‑<DATE ISO="20121021">21 ta’ Ottubru 2012</DATE>, il-President tat-Tmien Awla laqa’ t-talba għal intervent ta’ TR, ippreżentata fir-reġistru tal-Qorti Ġenerali fit‑<DATE ISO="20140522">22 ta’ Mejju 2014</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20150102">2 ta’ Jannar 2015</DATE>, TR ssottomettiet in-nota ta’ intervent tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>L-osservazzjonijiet tal-partijiet prinċipali fuq in-nota ta’ intervent ta’ TR waslu fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit-terminu stabbilit.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Fuq proposta tal-Imħallef Relatur, il-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) iddeċidiet li tiftaħ il-proċedura orali u, Fil-kuntest tal-miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura previsti fl-Artikolu 89(3)(d) tar-Regoli tal-Proċedura tagħha, talbet lill-Kummissjoni sabiex tipproduċi t-tweġibiet għall-investigazzjoni tas-suq ippubblikati fil-<HT TYPE="ITALIC">Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT> fl-<DATE ISO="20111214">14 ta’ Diċembru 2011</DATE> u fit‑<DATE ISO="20120712">12 ta’ Lulju 2012</DATE>, riċevuti mingħand l-operaturi tas-suq fil-verżjonijiet mhux kunfidenzjali. Hija ottemperat ruħha ma’ din it-talba fit-terminu stabbilit.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>It-trattazzjoni tal-partijiet u r-risposti tagħhom għall-mistoqsijiet tal-Qorti Ġenerali nstemgħu fis-seduta tat-<DATE ISO="20160303">3 ta’ Marzu 2016</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tiddikjara r-rikors ammissibbli;</P></ITEM><ITEM><P>tannulla d-deċiżjoni kkontestata fl-intier tagħha, jew sa fejn hija tirrigwarda l-fornituri tal-provvista ta’ data f’ħin reali, jew sa fejn hija tirrigwardaha;</P></ITEM><ITEM><P>tadotta kull miżura oħra meqjusa xierqa mill-Qorti Ġenerali;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Il‑Kummissjoni u l-intervenjenti jitolbu lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ammissibbiltà</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni li għandha <HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT> tressaq dan ir-rikors, peress li d-deċiżjoni kkontestata teffetwaha direttament u individwalment, fis-sens tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE. Hija ġiet direttament affettwata mid-deċiżjoni kkontestata, li tillimita l-kapaċità tagħha li tikkonkludi kuntratt ma’ TR fir-rigward tar-RIC, sa fejn l-imsemmija deċiżjoni teskludi espressament il-fornituri kompetituri tal-provvista tad-data kkonsolidata f’ħin reali mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-persuni eliġibbli għal-liċenzji. F’dak li jirrigwarda l-interess individwali, hija ssostni li hija pparteċipat attivament fil-proċedura amministrattiva li wasslet għall-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata. Barra dan, hija kienet tifforma parti minn ċirku magħluq u identifikabbli ta’ persuni li pparteċipaw fil-proċedura amministrattiva. Barra minn hekk, id-deċiżjoni kkontestata tawtorizza aġir professjonali tal-kompetitur prinċipali tagħha, li tista’ taffettwa l-pożizzjoni tagħha fis-suq rilevanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Il‑Kummissjoni tikkontesta l-argumenti tar-rikorrenti u ssostni, madankollu mingħajr ma tinvoka formalment l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà fis-sens tal-Artikolu 130(1) tar-Regoli ta’ Proċedura, li r-rikors huwa inammissibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li r-raba’ paragrafu tal-Artikolu TFUE jippermetti lil persuna li ma hijiex id-destinatarja ta’ att tippreżenta rikors għal annullament kontra dan l-att, jekk dan jikkonċernaha individwalment u direttament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Skont il-ġurisprudenza, il-kwistjoni tal-<HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT> ta’ rikorrent għandu jiġi evalwat fir-rigward tal-effetti li l-att ikkontestat ikollu fuq is-sitwazzjoni ġuridika tiegħu sa fejn l-imsemmi rikorrent ikun, minn naħa, direttament affettwat mill-att ikkontestat, billi l-effett dirett jeħtieġ li l-miżura inkwistjoni tipproduċi effetti diretti fuq is-sitwazzjoni legali tiegħu u li ma tħalli ebda marġini ta’ diskrezzjoni lid-destinatarji ta’ din il-miżura li huma responsabbli għall-implementazzjoni tagħha, peress li din<?PAGE NO="6"?> għandha natura purament awtomatika u li tirriżulta biss mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea, mingħajr applikazzjoni ta’ regoli intermedji oħra (is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19980505">5 ta’ Mejju 1998</DATE>, <NAME.CASE>Glencore Grain vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑404/96 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:196">EU:C:1998:196</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19940324">24 ta’ Marzu 1994</DATE>, <NAME.CASE>Air France vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑3/93</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:1994:36">EU:T:1994:36</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0080">80</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u, min-naħa l-oħra, individwalment affettwati minn dan l-istess att, billi tikkawża preġudizzju lir-rikorrent minħabba ċerti kwalitajiet li huma partikolari għalih jew minħabba sitwazzjoni ta’ fatt li tikkaratterizzah meta mqabbel ma’ kull persuna oħra u minħabba dan il-fatt tindividwalizzah b’mod analogu għal dak li jkun individwalizzat bih id-destinatarju ta’ deċiżjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19630715">15 ta’ Lulju 1963</DATE>, <NAME.CASE>Plaumann vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>25/62</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1963:17">EU:C:1963:17</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, p. 223).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>F’dan il-każ, konfermement għall-Artikolu 9(1) tar-Regolament Nru 1/2003, id-deċiżjoni kkontestata tirrendi vinkolanti l-impenji definittivi ta’ TR tas-<DATE ISO="20121107">7 ta’ Novembru 2012</DATE>. Fil-fatt, il‑Kummissjoni eżaminat l-effetti tar-restrizzjonijiet imposti minn TR li jirrigwardaw ir-RIC u kkonkludiet li l-imsemmija restrizzjonijiet kienu ta’ detriment għall-kompetituri billi jostakolaw bidla ta’ fornitur mill-klijenti ta’ TR u, konsegwentement, inaqqsu l-kapaċità tal-kompetituri li jidħlu fis-suq jew li jikkompetu abbażi tal-merti tas-servizzi tagħhom. L-impenji definittivi, li huma intiżi li jiffaċilitaw, għall-klijenti ta’ TR il-bdil favur il-fornituri ta’ provvista tad-data kkonsolidata f’ħin reali kompetituri, jeskludu espliċitament li l-fornituri kompetituri jkunu eliġibbli li jikkonkludu kuntratt ta’ ERL u kuntratt ta’ TPDL. Sa fejn hija tillimita l-possibbiltà għar-rikorrenti li tikkonkludi tali kuntratti, id-deċiżjoni kkontestata tipproduċi effetti diretti fuq is-sitwazzjoni legali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kwistjoni ta’ jekk ir-rikorrenti hija individwalment ikkonċernata, għandu jiġi rrilevat li hija talbet laqgħat mal-Kummissjoni permezz tal-ittri tagħha tal-5 ta’ Marzu u s-<DATE ISO="20100616">16 ta’ Ġunju 2010</DATE>. Wara dawn it-talbiet, ġiet organizzata l-ewwel laqgħa fis-<DATE ISO="20100727">27 ta’ Lulju 2010</DATE>. Sussegwentement, bejn l-2010 u l-2012, kemm fuq it-talba tal-Kummissjoni kif ukoll fuq dik tar-rikorrenti, saru laqgħat u konverżazzjonijiet telefoniċi oħra bejn. Bl-istess mod, wara talba tal-Kummissjoni fit-<DATE ISO="20120418">18 ta’ April 2012</DATE>, ir-rikorrenti pprovdiet verżjoni mhux kunfidenzjali tal-proċessi tal-konverżazzjonijiet telefoniċi u tal-laqgħat inkwistjoni. Ir-rikorrenti rreaġixxiet u pprovdiet l-osservazzjonijiet tagħha fir-rigward tal-impenji proposti minn TR, permezz ta’ konverżazzjonijiet telefoniċi, ta’ laqgħat, ta’ ittri u ta’ risposti għad-domandi formali għal informazzjoni tal-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Barra minn hekk, anki jekk isem ir-rikorrenti ma jidhirx espressament fid-deċiżjoni kkontestata, minn din il-proċedura amministrattiva li wasslet għal din id-deċiżjoni jirriżulta li l-Kummissjoni ħadet inkunsiderazzjoni l-osservazzjonijiet magħmula mir-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Għandu jiġi osservat li, ir-rikorrenti pparteċipat attivament fil-proċedura mhux biss fuq inizjattiva tagħha stess, iżda wkoll fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni li b’mod partikolari stednitha tissottemetti l-osservazzjonijiet tagħha fuq diversi aspetti tas-suq kif ukoll fuq l-impenji proposti, u dan barra l-kuntest tal-investigazzjonijiet tas-suq konfermement mal-Artikolu 27(4) tar-Regolament Nru 1/2003 li għalihom ir-rikorrenti kkontribwiet ukoll. Minn dan isegwi li r-rikorrenti pparteċipat b’mod attiv fil-proċedura. Jekk empliċi parteċipazzjoni fil-proċedura ma hijiex ċertament biżżejjed, waħedha, sabiex tistabbilixxi li r-rikorrenti hija individwalment ikkonċernata bid-deċiżjoni kkontestata, xorta jibqa’ l-fatt li l-parteċipazzjoni attiva tagħha fil-proċedura amministrattiva tikkostitwixxi element meħud inkunsiderazzjoni mill-ġurisprudenza, fil-qasam tal-kompetizzjoni, fil-qasam iktar speċifiku tal-impenji skont l-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 1/2003, sabiex jiġi stabbilit, flimkien ma’ ċirkostanzi oħra speċifiċi, l-ammissibbiltà tar-rikors tagħha (ara, f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19860128">28 ta’ Jannar 1986</DATE>, <NAME.CASE>Cofaz <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>169/84</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1986:42">EU:C:1986:42</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> ; tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19980331">31 ta’ Marzu 1998</DATE>, <NAME.CASE>France <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni, imsejħa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Kali &amp; Salz<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑68/94 u C‑30/95</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:148">EU:C:1998:148</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0054">54</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030403">3 ta’ April 2003</DATE>, <NAME.CASE>BaByliss vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑114/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2003:100">EU:T:2003:100</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0095">95</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, tali ċirkustanza speċifika tikkonsisti, f’dan il-każ, fl-effett tal-pożizzjoni tar-rikorrenti fis-suq inkwistjoni. Fil-fatt, mill-proċess quddiem il-Qorti Ġenerali jirriżulta li r-rikorrenti topera, bħal TR, fis-suq tal-provvista tad-data kkonsolidata f’ħin reali, suq li huwa kkaratterizzat minn numru<?PAGE NO="7"?> limitat ta’ kompetituri u li fih TR għandha pożizzjoni dominanti. Minn dan jista’ jiġi dedott li l-miżuri restrittivi min-naħa ta’ TR bħala impriża dominanti, bħal dawk li kienu suġġetti għall-evalwazzjoni preliminari tal-Kummissjoni, jista’ jkollhom effetti negattivi sinjifikattivi fuq l-attivitajiet tar-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti jirriżulta li r-rikorrenti hija individwalment ikkonċernata wkoll. Għaldaqstant, dan ir-rikors huwa ammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq il-mertu</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>l-ewwel motiv huwa bbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni peress li l-Kummissjoni aċċettat impenji li ma kinux ta’ natura li jindirizzaw it-tħassib fil-qasam ta’ kompetizzjoni li dwarhom hija kienet informat lil TR fl-evalwazzjoni preliminari tagħha;</P></ITEM><ITEM><P>it-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament Nru 1/2003, peress li l-Kummissjoni, billi aċċettat impenji li ma kinux ta’ natura li jsolvu t-tħassib fil-qasam tal-kompetizzjoni, hija eċċediet is-setgħat li huma għad-dispożizzjoni tagħha skont l-imsemmi artikolu u għaldaqstant, aġixxiet <HT TYPE="ITALIC">ultra vires</HT>;</P></ITEM><ITEM><P>it-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità;</P></ITEM><ITEM><P>ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni peress li l-Kummissjoni ma spjegatx ir-raġuni għaliex l-impenji definittivi kienu jindirizzaw it-tħassib identifikat fil-qasam tal-kompetizzjoni.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar li jirriżulta mill-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 1/2033, li l-Kummissjoni tista’, meta jkollha l-intenzjoni li tadotta deċiżjoni li teżiġi li jintemm ksur, tirrendi vinkolanti l-impenji offerti mill-impriżi kkonċernati meta jkunu ta’ natura li jindirizzaw it-tħassib kompetittiv identifikat mill-Kummissjoni fl-evalwazzjoni preliminari tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Il-mekkaniżmu ġdid introdott permezz tal-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 1/2003 huwa intiż li jiżgura applikazzjoni effettiva tar-regoli tal-kompetizzjoni fis-seħħ fl-Unjoni, permezz tal-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet li jivvinkolaw l-impenji proposti mill-partijiet u meqjusa xierqa mill-Kummissjoni sabiex tinstab soluzzjoni iktar malajr għall-problemi tal-kompetizzjoni li hija tkun identifikat, minflok li taġixxi permezz ta’ konstatazzjoni formali ta’ ksur. B’mod iktar speċifiku, l-Artikolu 9 tal-imsemmi regolament huwa ispirat mill-kunsiderazzjonijiet ta’ ekonomija ta’ proċedura u jippermetti lill-impriżi li jipparteċipaw b’mod sħiħ fil-proċedura, billi jipproponi s-soluzzjonijiet li jidhrilhom l-iktar xierqa u adegwati sabiex jindirizzaw l-imsemmi tħassib tal-Kummissjoni (is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100629">29 ta’ Ġunju 2010</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Alrosa</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑441/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:377">EU:C:2010:377</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni tipprevedi, f’dak li jirrigwarda l-aċċettazzjoni u ċ-ċaħda tal-impenji, setgħa diskrezzjonali wiesgħa (is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100629">29 ta’ Ġunju 2010</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Alrosa</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑441/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:377">EU:C:2010:377</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0094">94</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Barra dan, għandu jitfakkar li, sa fejn il‑Kummissjoni hija msejħa twettaq analiżi li teħtieġ it-teħid inkunsiderazzjoni ta’ diversi fatturi ekonomiċi, bħal analiżi prospettiva bil-għan li tiġi evalwata l-adegwatezza tal-impenji offerti mill-impriża inkwistjoni, hawnhekk hija tgawdi wkoll setgħa diskrezzjonali li tagħha l-Qorti Ġenerali għandha tieħu inkunsiderazzjoni fl-eżerċizzju tal-istħarriġ tagħha. Minn dan jirriżulta li, fil-kuntest tal-istħarriġ ristrett li jeżerċitaw fuq tali sitwazzjonijiet ekonomiċi kumplessi, il-qorti tal-Unjoni ma tistax tissostitwixxi l-evalwazzjoni ekonomika tagħha għal<?PAGE NO="8"?> dik tal-Kummissjoni (is-sentenzi tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100629">29 ta’ Ġunju 2010</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Alrosa</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑441/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:377">EU:C:2010:377</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0067">67</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140911">11 ta’ Settembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>CB vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑67/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2204">EU:C:2014:2204</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Madankollu, kif irrilevat il-Qorti tal-Ġustizzja b’mod ripetut fil-kuntest tal-oqsma li jagħtu lok għal evalwazzjonijiet kumplessi, bħalma huwa d-dritt tal-kompetizzjoni, is-setgħa diskrezzjonali li għandha l-Kummissjoni ma timplikax li l-qorti tal-Unjoni għandha tastjeni mill-istħarriġ tal-interpretazzjoni magħmula minn din l-istituzzjoni tad-data ta’ natura ekonomika (is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20050215">15 ta’ Frar 2005</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Tetra Laval</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑12/03 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:87">EU:C:2005:87</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080710">10 ta’ Lulju 2008</DATE>, <NAME.CASE>Bertelsmann u Sony Corporation of America vs Impala</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑413/06 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:392">EU:C:2008:392</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0145">145</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140911">11 ta’ Settembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>CB vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑67/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2204">EU:C:2014:2204</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Skont il-prinċipji li jirriżultaw minn din il-ġurisprudenza, il-qorti tal-Unjoni b’mod partikolari, għandha tivverifika mhux biss l-eżattezza materjali tal-provi invokati, il-kredibbiltà tagħhom u l-koerenza tagħhom, iżda għandha wkoll tistħarreġ jekk dawn l-elementi jikkostitwixxux l-informazzjoni kollha rilevanti li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni sabiex tiġi evalwata sitwazzjoni kumplessa u jekk humiex tali li jsostnu l-konklużjonijiet li jirriżultaw minnha (ara s-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140911">11 ta’ Settembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>CB vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑67/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2204">EU:C:2014:2204</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata ; tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131211">11 ta’ Diċembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Cisco Systems u Messagenet vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑79/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2013:635">EU:T:2013:635</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150513">13 ta’ Mejju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Niki Luftfahrt vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑162/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:283">EU:T:2015:283</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0086">86</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mill-ġurisprudenza jirriżulta wkoll li minkejja d-deċiżjonijiet adotta skont l-Artikoli 7 u 9 tar-Regolament Nru 1/2003 huma suġġetti għall-prinċipju ta’ proporzjonalità, l-applikazzjoni ta’ dan il-prinċipju huwa madankollu differenti skont liema waħda jew l-oħra minn dawn id-dispożizzjonijiet hija kkonċernata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Dawn id-dispożizzjonijiet jindirizzaw fil-fatt għanijiet differenti. L-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 1/2003 huwa intiż li jindirizza t-tħassib li l-Kummissjoni setgħet tqajjem matul l-evalwazzjoni preliminari tagħha, filwaqt li l-Artikolu 7 tal-imsemmi regolament intiż li jtemm il-ksur ikkonstatat (is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100629">29 ta’ Ġunju 2010</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Alrosa</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑441/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:377">EU:C:2010:377</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, fir-rigward tal-proporzonalità tal-impenji, it-test li għandha tuża l-Kummissjoni fil-kuntest tal-proċedura skont l-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 1/2003 jinsab fil-fatt ta’ jekk l-impenji humiex <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>suffiċjenti<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> u jistgħux jindirizzaw <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>b’mod adegwat<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> għat-tħassib tagħha, billi jittieħdu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi tal-każ, jiġifieri, il-gravità tat-tħassib, il-portata tagħhom, u l-interessi ta’ terzi (is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100629">29 ta’ Ġunju 2010</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Alrosa</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑441/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:377">EU:C:2010:377</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti jirriżulta li l-istħarriġ tal-qorti tal-Unjoni jillimita ruħu li jivverifika jekk l-evalwazzjoni magħmula mill-Kummissjoni hija manifestament żbaljata, billi timplementa l-prinċipji mfakkra fil-punti 40 sa 45 iktar ’il fuq.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel motiv, ibbażat fuq żball manifest ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ evalwazzjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-ewwel motiv, ir-rikorrenti ssostni li l-impenji definittivi ma għandhomx bħala effett, la li jtemmu u lanqas li jillimitaw sinjifikattivament l-abbuż identifikat u lanqas li jindirizzaw it-tħassib espress. Id-deċiżjoni kkontestata hija għaldaqstant, fil-fehma tar-rikorrenti, ivvizzjata minn żball manifest ta’ evalwazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti tinnota li kemm id-definizzjoni tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>klijent eliġibbli<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> kif ukoll ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>żviluppaturi ta’ partijiet terzi<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, inklużi rispettivament fl-ERL u t-TPDL, jeskludu l-fornituri kompetituri. Barra minn hekk, skont l-impenji, il-fornituri ta’ provvista tad-data kkonsolidata f’ħin reali kompetituri ma jistgħux jimmaniġġjaw huma nfushom ir-RIC f’isem il-proprjetarji eliġibbli ta’ liċenzja. Għaldaqstant,<?PAGE NO="9"?> il-kumpanniji li, bħar-rikorrenti, għandhom il-kapaċità, il-konoxxenza u l-inċentivi neċessarji sabiex jipproponu servizzi kompetituri huma direttament preklużi milli jagħmlu dan. Fir-rigward tal-kliem tal-ftehim ta’ liċenzja inkwistjoni, dan jikkontempla biss l-għoti ta’ liċenzji lil klijenti li jistgħu jużaw ir-RIC sabiex jiżviluppaw huma nfushom, jew permezz ta’ intermedjarju ta’ żviluppaturi ta’ partijiet terzi, il-mezzi ta’ aċċess għal servizzi li jistgħu jikkompetu mas-servizzi proposti minn TR.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>L-ewwel nett, f’dan ir-rigward, ir-rikorrenti tqis, li l-fornituri ta’ provvista tad-data kkonsolidata f’ħin reali ma humiex kapaċi li jipprovdu servizz effikaċi ta’ tibdil ta’ fornituri lill-klijenti ta’ TR peress, bl-esklużjoni tagħhom mit-termini tal-liċenzja tal-ERL u tat-TPDL, huma ma jistgħux joffru servizz kompetittiv totalment sħiħ. It-tieni nett, il-probabbiltà li l-iżviluppaturi terzi jiżviluppaw tabelli ta’ korrelazzjoni hija teoretika u estremament remota. It-tielet nett, l-oneru u l-ispiża kollha tat-tibdil tal-fornitur hija sostnuta kompletament mill-klijenti ta’ TR, anki meta huwa manifestament mhux probabbli li jkunu se jibdlu l-fornitur minħabba l-ispiża u l-kumplessità li ġġib magħha tali bidla, it-tibdil tas-sistemi tagħhom u n-negozjati addizzjonali mal-partijiet terzi li din il-bidla timplika, in-natura tas-suq għall-provvista tad-data kkonsolidata f’ħin reali u l-ispiża u l-kumplessità marbuta mal-użu tat-tabella ta’ korrelazzjoni ta’ parti terza. Ir-raba’ nett, il-klijenti ta’ TR mhux probabbli li jaħdmu b’għodda ta’ konverżjoni żviluppata minn parti terza, pjuttost li minn xi kompetitur, peress li dawn l-għodod jeħtieġu grad ta’ ħeffa u ta’ affidabbiltà għolja. Id-dipendenza fuq parti terza jkun fil-fatt riskju għall-integrità u l-eżatezza tal-immappjar tal-kodiċijiet. Anki, kollaborazzjoni eventwali ma’ żviluppatur terz fir-redazzjoni ta’ tabella ta’ korrelazzjoni hija ineffikaċi, minħabba l-impossibbiltà ta’ sostizzjoni tal-informazzjoni meħtieġa fir-rigward tar-RIC. Il-ħames nett, ir-raġuni għala l-fornituri ta’ provvista tad-data kkonsolidata f’ħin reali kompetituri ma jistgħux joffru servizz ekwivalenti huwa marbut ukoll mal-fatt li r-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>RIC tal-katina<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> (metodu ta’ aċċess għal grupp ta’ strumenti billi jiġi użat identifikatur wieħed) huma esklużi mil-liċenzji offerti minn TR, filwaqt li l-banek u l-istituzzjonijiet finanzjarji jeħtieġu aċċess għar-RIC tal-katina peress li huma wieħed mill-metodi ewlenin ta’ aċċess għad-data. Minħabba l-fatt li, konfermement mal-impenji, hija biss disponibbli d-data l-iktar bażika, ma huwiex possibbli għal fornitur ieħor li jerġa’ jifforma dawn il-ktajjen jew li jwettaq immappjar magħha mingħajr ma jkun jista’ jaċċedi għad-data li tifforma l-bażi tagħha. Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti tinnota li, sa fejn taf hi, l-ebda klijent ta’ TR ma uża fornitur kompetitur ta’ provvista tad-data kkonsolidata f’ħin reali. Fl-eventwalità fejn numru kbir ta’ kumpanniji jippruvaw jiksbu u joperaw liċenzji, tkun teżisti prova fattwali fis-suq. Madankollu, skont ir-rikorrenti, dan ma huwiex il-każ, għalhekk hija tirribadixxi, kif diġà indikat matul il-proċedura amministrattiva, li dawn it-tranżizzjonijiet għal fornitur ieħor huma improbabbli ħafna.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>L-ewwel nett, il‑Kummissjoni sostniet, li ERL li jawtorizza lill-klijenti ta’ TR sabiex jużaw ir-RIC sabiex ifittxu data fil-provvista ta’ data ta’ fornituri oħra, mingħajr ma jkunu obbligati li jerġgħu jiktbu l-applikazzjonijiet tagħhom, hija biżżejjed sabiex jiġi indirizzat it-tħassib tagħha dwar ir-restrizzjonijiet li jirrigwardaw l-użu tar-RIC meta jinbidel il-fornitur. It-tieni nett, hija tqis li TPDL, li jawtorizza l-iżviluppaturi terzi sabiex jiżviluppaw u jaġġornaw tabelli ta’ korrelazzjoni bejn ir-RIC u s-sistemi ta’ kodifikazzjoni ta’ fornituri oħra, hija biżżejjed sabiex tindirizza t-tħassib tagħha dwar restrizzjonijiet li jirrigwardaw l-użu ta’ RIC bil-għan li jiġu żviluppati tali tabelli. Il‑Kummissjoni tenfasizza, b’mod illustrattiv, fuq diversi klawżoli u kundizzjonijiet inklużi fl-ERL u t-TPDL li għandhom bħala għan li jiffaċilitaw il-bdil ta’ fornitur. F’dan il-kuntest, hija ssemmi li ERL jingħata fuq livell dinji lill-klijent eliġibbli jekk huwa jeżerċita attività kummerċjali ġenwina fiż-ŻEE, li ERL tingħata b’mod perpetwu, bil-kundizzjoni li l-ERL tkun ġiet mitluba matul ħames snin wara d-data ta’ tnedija mill-klijent eliġibbli, li l-klijent eliġibbli jista’ jżid jew inaqqas fi kwalunkwe mument in-numru ta’ RIC eliġibbli, skont il-ħtieġa tiegħu fl-attività kummerċjali, u li TR se tipprovdi lill-klijent eliġibbli aġġornamenti regolari tar-RIC eliġibbli kif ukoll l-informazzjoni ta’ mmappjar meħtieġa sabiex tiġi identifikata unikament id-data tas-suq li fuqha hija bbażata, f’ħin reali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, il‑Kummissjoni ssostni li l-ebda argument imqajjem mir-rikorrenti ma jbiddel il-konklużjoni skont liema l-impenji definittivi huma suffiċjenti sabiex jindirizzaw it-tħassib tagħha.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Hija ssostni, f’dan ir-rigward, li kompetitur jista’ jistabbilixxi sħubija ma’ żviluppatur terz bil-għan li joffri lill-klijenti ta’ TR servizz ta’ bdil ta’ fornitur ippersonalizzat u totalment integrat, li l-arkitettura informatika ta’ kull klijent ta’ TR huwa ġeneralment speċifiku għaliha, huwa inevitabbli li kull klijent għandu jwettaq ix-xogħlijiet ta’ rikostruzzjoni u għaldaqstant jinkorri ċerti spejjeż jekk jiddeċiedi li jibdel il-fornitur ta’ provvista tad-data kkonsolidata f’ħin reali, li l-klijenti prinċipali ta’ TR huma stabbilimenti finanzjarji globali li għandhom l-esperjenza professjonali u l-mezzi finanzjarji neċessarji sabiex ibiddlu l-fornitur jekk huma jqisu li dan huwa fl-interess kummerċjali tagħhom, li l-kooperazzjoni bejn il-fornituri ta’ provvista tad-data kkonsolidata f’ħin reali u tal-żviluppaturi ta’ partijiet terzi tista’ twassal għal ekonomiji ta’ skala, li ma hemm ebda raġuni għala t-tabelli ta’ korrelazzjoni żviluppati mill-żviluppaturi ta’ partijiet terzi ma jkunux affidabbli jew inqas rapidi meta mqabbla mal-użu tas-servizz ta’ TR u li l-allegazzjonijiet li jirrigwardaw ir-RIC tal-katina huma msemmija l-ewwel darba fir-replika u ma humiex ibbażati fuq punti ta’ dritt jew ta’ fatt li ġew irrivelati matul il-proċedura amministrattiva u l-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u li għaldaqstant għandhom jiġu miċħuda bħala inammissibbli, billi, fi kwalunkwe każ, huma infondati. Fl-aħħar nett, il‑Kummissjoni tinnota li l-ERL u t-TPLD ġew inklużi biss fl-<DATE ISO="20130620">20 ta’ Ġunju 2013</DATE> u peress li l-bdil ta’ fornitur huwa proċess kumpless u twil, ma huwiex sorprendenti li dan il-bdil għadu ma seħħx matul il-perijodu bejn id-dħul fis-seħħ ta’ dawn il-kuntratti ta’ liċenzji, minn naħa waħda, u l-preżentata tar-rikors, min-naħa l-oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>L-ewwel nett, fir-rigward, tal-ammissibbiltà tal-argument dwar il-katina tar-RIC u ta’ dak dwar il-limitazzjonijiet fid-data deskrittivi pprovduti għal kull RIC, għandu jitfakkar li jirriżulta mid-dispożizzjonijiet konġunti tal-Artikolu 44(1)(c) u tal-Artikolu 48(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti Ġenerali tat-<DATE ISO="19910502">2 ta’ Mejju 1991</DATE>, li r-rikors promotur għandu jindika s-suġġett tal-kawża u jinkludi sunt tar-raġunijiet imressqa u li l-ebda raġuni ġdida ma tista’ tiġi ppreżentata matul il-kawża, sakemm din ir-raġuni ma tkunx ibbażata fuq punti ta’ liġi u ta’ fatt li jiġu irrivelati matul il-proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Madankollu, skont ġurisprudenza stabbilita, motiv, jew argument li jikkostitwixxi twessigħ ta’ motiv invokat preċedentement, direttament jew impliċitament, fir-rikors promotur u li jkollu rabta mill-qrib miegħu għandu jiġi ddikjarat ammissibbli (is-sentenzi tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20000919">19 ta’ Settembru 2000</DATE>, <NAME.CASE>Dürbeck vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑252/97</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2000:210">EU:T:2000:210</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030930">30 ta’ Settembru 2003</DATE>, <NAME.CASE>Cableuropa <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑346/02 u T‑347/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2003:256">EU:T:2003:256</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0111">111</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jiġi kkonstatat, kuntrarjament għal dak li tallega l-Kummissjoni, dan il-motiv jikkostitwixxi twessigħ tal-ewwel motiv, kif ippreżentat fir-rikors, jiġifieri l-motiv ibbażat fuq l-żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-impenji definittivi. Għandu jiġi rrilevat, f’dan ir-rigward, li jidhru fir-rikors argumenti twal fir-rigward tan-natura inadegwata tal-impenji definittivi. Konsegwentement, l-argument fir-replika jikkontesta n-natura suffiċjenti tal-impenji definittivi sabiex jindirizzaw it-tħassib tal-Kummissjoni minħabba l-fatt tal-lakuni fl-imsemmija impenji, kif marbuta mal-assenza ta’ regola fir-rigward tal-katina tar-RIC, huwa ammissibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Imbagħad, fir-rigward tal-eżami tal-mertu tal-ewwel motiv, kif diġà tfakkar fil-punt 41 iktar ’il fuq, inkunsiderazzjoni tas-setgħa diskrezzjonali li għandha l-Kummissjoni meta tivverifika l-adegwatezza tal-impenji proposti, ir-rwol tal-Qorti Ġenerali huwa limitat biss li jivverifika li l‑Kummissjoni ma wettqitx żball manifest ta’ evalwazzjoni. B’mod iktar speċifiku, ir-rwol tagħha, fil-kuntest ta’ dan l-istħarriġ ġudizzjarju, li jiġi stabbilit jekk teżistix adegwatezza bejn it-tħassib irrilevat mill-Kummissjoni fl-evalwazzjoni preliminari tagħha u l-impenji proposti minn TR, impenji li għandhom, għal darb’oħra, jindirizzaw b’mod suffiċjenti dan it-tħassib.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-istħarriġ tal-legalità tad-deċiżjoni li tirrendi vinkolanti l-impenji għandi jitwettaq fid-dawl tat-tħassib tal-Kummissjoni u mhux ir-rekwiżiti espressi mill-kompetituri fir-rigward tal-kontenut tal-impenji.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-kriterju xieraq fir-rigward tat-tħassib tal-Kummissjoni kif espress fl-evalwazzjoni preliminari tagħha, huwa ta’ jekk l-impenji huma ta’ natura suffiċjenti sabiex jindirizzaw b’mod adegwat għall-imsemmi tħassib li huma intiżi, f’dan il-każ, li jiffaċilitaw, għall-klijenti, il-bdil ta’ fornitur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-fatt li l-imsemmi tħassib setgħu jiġu indirizzati biss billi jinkludu l-kompetituri ta’ TR fit-termini tal-liċenzji, kif tissuġġerixxi ir-rikorrenti, ma jistabbilixxix <HT TYPE="ITALIC">per se</HT> li d-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata minn żball manifest ta’ evalwazzjoni u l-fatt li l-impenji setgħu jiġu aċċettati wkoll, jew li setgħu kienu iktar favorevoli għall-kompetituri, ma wasslux għall-annullament tal-imsemmija deċiżjoni sa fejn il‑Kummissjoni kienet raġonevolment intitolata li tikkonkludi li l-impenji stabbiliti fid-deċiżjoni kkontestata jippermettu li jiġi mxejjen it-tħassib identifikat fl-evalwazzjoni preliminari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li d-deċiżjoni kkontestata timplementa serje ta’ impenji proposti minn TR li l-attività tagħha tqajjem tħassib fil-qasam ta’ kompetizzjoni u li, essenzjalment, ir-rikorrenti tqis li l-Kummissjoni wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni billi rrendiet vinkolanti l-impenji li ma jindirizzawx b’mod suffiċjenti l-imsemmi tħassib.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Għandha tiġi miċħuda l-allegazzjoni tar-rikorrenti skont liema l-kompetituri ma humiex kapaċi li jfornixxu servizz effikaċi ta’ bdil ta’ fornitur minħabba l-fatt li ma jistgħux jipproponu servizz totalment integrat, minħabba l-esklużjoni tagħhom mit-termini tal-kuntratti ta’ liċenzja inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Fil-fatt, għandu jitfakkar li t-tħassib imqajjem mill-Kummissjoni kien jirrigwarda r-restrizzjonijiet imposti fuq il-klijenti ta’ TR u għall-prevenzjoni tal-partijiet terzi li jistabbilixxu mmappjar bejn il-kodiċijiet differenti, b’hekk jiġu maħluqa l-ostakli sostanzjali għall-bdil ta’ fornitur. Għaldaqstant, l-impenji aċċettati mill-Kummissjoni huma ffokati, essenzjalment, fuq il-possibbiltajiet offerti lill-klijenti li jibdlu l-fornitur, jew bil-mezzi tagħhom jew b’kollaborazjzoni ma’ żviluppatur terz. F’dan is-sens, il‑Kummissjoni qieset li t-tħassib fil-qasam tal-kompetizzjoni seta’ jixxejjen mhux billi jiġu imposti fuq TR soluzzjonijiet ta’ aġir fil-konfront tal-kompetituri tagħha, iżda fil-konfront tal-klijenti tagħha u ta’ partijiet terzi. Din il-konstatazzjoni, skont liema l-impenji huma ffokati l-ewwel nett lejn il-klijenti u l-iżviluppaturi terzi, hija sostnuta mill-possibbilitajiet offerti lil dawn tal-aħħar li jikkollaboraw u li jassistu reċiprokament lil xulxin fl-iżvilupp ta’ tabelli ta’ korrelazzjoni permezz tal-liċenzji proposti minn TR. Il-klijenti ta’ TR jistgħu wkoll jagħżlu żviluppaturi ta’ partijiet terzi li jkunu daħlu fi ftehim ta’ sħubija mal-fornituri kompetituri, l-imsemmija ftehimiet ta’ sħubija jikkonsistu f’kooperazzjoni dwar l-idear, it-twettiq, l-aġġornament, il-promozzjoni u s-servizz ta’ wara l-bejgħ tat-tabelli ta’ korrelazzjoni. Għaldaqstant, qed jiġu offerti diversi għażliet lill-klijenti ta’ TR għall-finijiet ta’ bdil ta’ fornitur, kemm jekk huma interni jew esterni għall-infrastruttura tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Għalhekk, bl-aċċettazzjoni tal-imsemmija impenji, il‑Kummissjoni qieset li, sabiex jiġi indirizzat it-tħassib li kienet qajmet, ma huwiex neċessarju li jiġu inklużi l-kompetituri ta’ TR fit-termini tal-liċenzji. Barra minn hekk, kif jirriżulta mid-deċiżjoni kkontestata, il‑Kummissjoni kkunsidrat li l-fatt li l-kompetituri ta’ TR ingħataw l-aċċess għar-RIC tmur lil hinn għal dak li huwa neċessarju sabiex jiġi indirizzat t-tħassib tagħha. Issa, fir-rigward tal-konstatazzjonijiet li l-Qorti Ġenerali ressqet fil-punt 62 iktar ’il fuq, il‑Kummissjoni ma wettqitx żball manifest ta’ evalwazzjoni f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Għandhom jinċaħdu wkoll l-argumenti skont liema żviluppatur terz li jiddisinja tabelli ta’ korrelazzjoni huma remoti u teoretiċi, tabelli ta’ korrelazzjoni li, skont ir-rikorrenti, ma joffrux l-affidabbiltà u l-ħeffa rikjesti peress li ġew iddisinjati minn partijiet terzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Minkejja li ma huwiex neċessarju li jitfakkru s-soluzzjonijiet differenti għad-dispożizzjoni tal-iżviluppaturi ta’ partijiet terzi fl-iżvilupp ta’ tabelli ta’ korrelazzjoni, li jżidu l-probabbiltajiet ta’ tali disinn, għandu jingħad li, fir-rigward tal-allegat nuqqas ta’ affidabbiltà u ta’ ħeffa offerti minn dawn it-tabelli, ir-rikorrenti ma tinvokax argumenti konkreti, fir-rigward ta’ dawn l-allegazzjonijiet. Għal din ir-raġuni, huwa diġà possibbli li jinċaħdu.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fl-eventwalità jew fejn klijent jeżiġi garanzija fir-rigward tal-affidabbiltà, żviluppatur terz u fornitur kompetitur jistgħu jiftehmu li jagħtu din il-garanzija lil dan il-klijent, possibbiltà li ma ġietx eskluża mill-impenji, konfermement mal-klawżola li tidher fil-paragrafu 1.3(c)(iii) tat-TPDL. Għalhekk, huwa possibbli li jiġi indirizzat it-tħassib eventwali ta’ klijent li jiġi żgurat fil-perspettiva tiegħu ta’ bdil ta’ fornitur. Barra minn hekk, barra mill-fatt li l-klijenti ta’ TR jistgħu jikkonkludu ERL sabiex jibdlu l-fornitur tal-provvista tad-data f’ħin reali kkonsolidata għall-applikazzjonijiet kollha tagħhom, huma jistgħu jagħżlu, għal perijodu minimu ta’ tnax-il xahar, għal bidla parzjali. Tali bidla parzjali tista’ tippermetti lil klijent li jevalwa l-affidabbiltà ta’ sors kompetitur ta’ data billi juża b’mod parallel applikazzjonijiet li jużaw is-sors ta’ data ta’ TR u applikazzjonijiet oħra li jużaw is-sors kompetitur ta’ data, possibbiltà li tiffaċilita għall-klijent, bdil ta’ fornitur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Bl-istess mod, l-argumenti skont liema l-integralità tal-oneru u tal-ispejjeż tat-tibdil jiġi sostnut mill-klijenti ta’ TR ma jistgħux jintlaqgħu. Għandu jitfakkar li t-tħassib tal-Kummissjoni jirrigwarda essenzjalment ir-restrizzjonijiet imposti fuq il-klijenti ta’ TR fl-użu tar-RIC. L-imsemmija restrizzjonijiet jipprojbulhom li jiġbru d-data fil-provvisti tal-fornituri kompetituri billi jużaw il-kodiċijiet RIC, u dan permezz ta’ tabelli ta’ korrelazzjoni. Minħabba l-integrazzjoni tal-kodiċijiet RIC fl-applikazzjonijiet informatiċi tal-klijenti, kitba mill-ġdid ta’ dawn l-applikazzjonijiet tkun neċessarja meta l-imsemmija klijenti jridu jibdlu l-fornitur, dan il-bdil ta’ fornitur li jwassal <HT TYPE="ITALIC">de facto</HT>, taħt restrizzjonijiet imposti mit-TR, għal tibdil fis-sistema ta’ simboli użati. Dan il-proċess ta’ bidla ta’ applikazzjonijiet huwa kkunsidrat, skont klijenti, bħala twil u għali. Fil-fatt, mill-investigazzjonijiet ta’ suq imwettqa mill-Kummissjoni, li l-konklużjonijiet tagħhom ġew inklużi fl-evalwazzjoni preliminari, jirriżulta li l-parti essenzjali tal-bdil tirrigwarda l-konverżjoni tal-kodiċijiet. Dawn l-ispejjeż huma xi kultant diffiċli biex jiġu kkwantifikati, b’mod partikolari peress li kull arkitettura informatika hija speċifika għal kull klijent. Madankollu, il-Kummissjoni indikat fl-evalwazzjoni preliminari tagħha li, għall-klijenti li wettqu evalwazzjoni estensiva tal-ispejjeż tal-bidla, dawn tal-aħħar kienu kkunsidrati bħala projbittivi, u setgħu jiskoraġġixxu lill-klijenti milli jbidlu l-fornituri. B’reazzjoni għal dan it-tħassib, TR għaldaqstant ipproponiet lill-klijenti, kif ukoll lill-iżviluppaturi ta’ partijiet terzi, il-possibbiltà li jiġu stabbiliti t-tabelli ta’ korrelazzjoni bejn il-kodiċijiet RIC u s-sistema t’ simboli użati mill-fornitur ġdid, b’tali mod li bidla ta’ applikazzjoni ma tkunx iktar maħtieġa. Dawn l-impenji jippermettu għaldaqstant titjib reali għall-klijenti ta’ TR li ma għadhomx jaffaċċjaw spejjeż projbittivi fil-prospett ta’ bdil ta’ fornitur, fl-assenza ta’ bidla profonda tal-applikazzjonijiet informatiċi. Minkejja l-implementazzjoni ta’ tabella ta’ korrelazzjoni mill-klijent, jew internament jew permezz ta’ żviluppatur terz, jista’ wkoll iwassal għal spejjeż, għandu jitfakkar li l-impenji ma humiex intiżi għal eliminazzjoni totali tal-ispejjeż, iżda pjuttost li jirrendu l-bdil ta’ fornitur iktar aċċessibbli permezz ta’ spejjeż raġonevoli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi kkonstatat li bidla tas-sistemi u l-applikazzjonijiet informatiċi tista’, fi kwalunkwe każ, tinvolvi xi spejjeż li jkollhom jiġu sostnuti mill-klijent, b’mod partikolari minħabba l-ispeċifiċità tal-arkitettura informatika individwali għal kull klijent. Barra dan, l-imsemmija klijenti huma ġeneralment istituzzjonijiet jew impriżi ta’ livell dinji u għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom il-mezzi finanzjarji sabiex isostni tali spejjeż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat ukoll, bħalma għamlet il-Kummissjoni, li l-kollaborazzjoni bejn il-fornituri ta’ provvista tad-data kkonsolidata f’ħin reali u l-iżviluppaturi ta’ partijiet terzi tista’ toħloq ekonomiji ta’ skala. Dawn l-ekonomiji għandhom natura li jbaxxi l-ispejjeż ta’ bdil ta’ fornitur, dan seta’ kien ta’ inċentiv addizzjonali għall-klijenti, inkluż għall-klijenti ta’ daqs żgħir, sabiex ibiddlu l-fornitur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, l-argumenti marbuta mal-assenza ta’ data dwar il-katina tar-RIC u dwar il-limitazzjonijiet tad-data deskrittivi pprovduti għal kull RIC li jipprevjenu lill-fornituri kompetituri li joffru servizz ekwivalenti ma humiex fondati. L-ewwel nett, għandu jiġi nnutat f’dan ir-rigward li jidher li, matul il-proċedura amministrattiva, la r-rikorrenti u lanqas ebda parti terza oħra ma esprimew l-iżgħar tħassib fir-rigward tal-esklużjoni ta’ ċerti ktajjen ta’ RIC fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-liċenzji offerti min TR. Fil-fatt, l-uniċi ktajjen ta’ RIC li fir-rigward tagħhom huma esprimew tħassib matul il-proċedura amministrattiva kienu l-indiċijiet u, konfermement mal-klawżola li tidher fil-paragrafu 2.8<?PAGE NO="13"?> tal-impenji definittivi u mal-klawżola li tidher fil-paragrafu 1.6 tal-ERL, TR hija obbligata li tipprovdi data dwar l-indiċijiet. It-tieni nett, mill-proċess jirriżulta li r-raġuni għala d-data pprovduta minn TR tista’, f’ċerti każijiet, ma tindikax il-kodiċi mnemoniku mogħti mill-Borża u li dan il-kodiċi ma jikkostitwixxix l-uniku mod ċert ta’ identifikazzjoni ta’ strument upstream mis-sors tiegħu. Madankollu, strumenti finanzjarji relativament sempliċi bħalma huwa l-valuri kkwotati fil-Borża jistgħu jiġu identifikati permezz jew tal-pjattaforma ta’ negozju kkonċernata, il-valuta jew il-kodiċi uffiċjali, jew permezz il-pjattaforma ta’ negozju kkonċernata, il-valuta u d-deskrizzjoni tagħhom. TR hija obbligata li tipprovdi din l-informazzjoni lill-proprjetarji tal-ERL, konformement mal-klawżola li tidher fil-paragrafu 2.12 tal-impenji definittivi. Dan jgħodd bl-istess mod għall-istrumenti finanzjarji iktar kumplessi, bħal dawk innegozzjati OTC, li għalihom TR hija obbligata li tipprovdi l-kodiċi mnemoniku mogħti mill-Borża jekk huwa l-uniku mezz li bih jistgħu jiġu identifikati b’mod uniku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Barra minn hekk, apparti mill-proċedura ta’ riżoluzzjoni ta’ tilwim, evokata fil-punt 13 iktar ’il fuq, li fiha l-mandatarju inkarigat mill-moniteraġġ tal-impenji għandu rwol partikolari, il-klawżola fil-paragrafu 6(f) tal-Anness V tal-impenji definittivi tipprevedi espliċitament li l-imsemmi mandatarju għandu jikkontribwixxi sabiex jiġu riżolti kwalunkwe tilwim marbut mat-talbiet ta’ data li jirrigwardaw l-informazzjoni trasversali pprovduta minn TR. Għalhekk, jekk il-kodiċi mnemoniku mogħti mill-Borża huwa effettivament l-uniku mezz sabiex tiġi identifikata b’mod uniku id-data tas-suq f’ħin reali sottostanti, il-mandatarju inkarigat tal-moniteraġġ jkun f’qagħda li jinformaha lil TR dwar dan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, il-kwistjoni ta’ jekk, fid-deċiżjoni kkontestata l-impenji proposti minn TR ġew evalwati korrettament bħala ta’ natura li jxejnu t-tħassib tal-Kummissjoni, għandha tingħata tweġiba fl-affermattiv. Il-motiv skont liema d-deċiżjoni hija vvizzjata b’żball manifest ta’ evalwazzjoni għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fir-rigward tal-konstatazzjoni tar-rikorrenti skont liema, sal-lum, ebda bdil ta’ fornitur ma seħħ, għaldaqstant din hija indikazzjoni li l-impenji ma kinux effettivi, għandu jiġi nnutat li l-eżaminatur tal-Kummissjoni, bħalma huwa l-każ fil-proċedura ta’ kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi, huwa eżami prospettiv. Hija msejħa li tieħu deċiżjoni li għandha n-natura ta’ previżjoni u li twassal għal evalwazzjoni ta’ kif se jimxi s-suq fil-futur meta l-impenji jiġu implementati. Għalhekk, kif diġà ġie rrilevat, il-Kummissjoni ma wettqitx żball manifest fl-evalwazzjoni tagħha skont liema l-impenji definittivi huma xierqa sabiex jindirizzaw it-tħassib espress. Indipendentement mir-risposta għall-kwistjoni ta’ jekk l-impenji definittivi jipproduċuwx, sadanittant, effett konkret fuq is-suq ikkonċernat, hija ma tistax tbiddel il-fatt, fil-mument meta adottat id-deċiżjoni kkontestata, kienu minnhom infushom suffiċjenti sabiex ixejnu l-problemi ta’ kompetizzjoni identifikati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li l-impenji definittivi kif aċċettati mill-Kummissjoni jiffaċilitaw bdil ta’ fornitur, jekk din kienet mixtieqa minn klijent ta’ TR. Madankollu, din il-faċilitazzjoni ma timplikax li klijent jibdel neċessarjament il-fornitur, pereżempju, jekk dan il-klijent ikun issodisfatt bis-servizzi u l-kundizzjonijiet offerti minn TR.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha jirriżulta li l-ewwel motiv għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament Nru 1/2003</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti tammetti li l-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 1/2003 jawtorizza lill-Kummissjoni li taċċetta l-impenji meta l-imsemmija impenji jippermettu li jiġi indirizzat it-tħassib espress minn din tal-aħħar. Madankollu, hija ma hijiex awtorizzata li taċċetta l-impenji li b’mod manifest ma jippermettux li jiġu indirizzati – jew li jillimitaw sinjifikattivament – it-tħassib espress. Bl-aċċettazzjoni tal-impenji li manifestament ma jindirizzawx it-tħassib espress, il‑Kummissjoni aġixxiet lil hinn mis-setgħat mogħtija lilha taħt l-Artikolu 9 tal-imsemmi regolament, u għaldaqstant aġixxiet <HT TYPE="ITALIC">ultra vires</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>Il‑Kummissjoni u l-intervenjenti jitolbu li dan il-motiv jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>Kif diġà ġie rrilevat fil-punt 40 iktar ’il fuq, il‑Kummissjoni għandha għad-dispożizzjoni tagħha setgħa diskrezzjonali fl-eżami tal-impenji. Fil-kuntest ta’ proċedura mibdija skont l-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 1/2003, kif jirriżulta mill-premessa 13 tal-imsemmi regolament, il-Kummissjoni hija meħlusa mill-obbligu li tikklassifika u li tikkonstata ksur, peress li r-rwol tagħha huwa limitat għall-eżami, u għall-aċċettazzjoni eventwali, ta’ impenji proposti mill-impriżi kkonċernati, fid-dawl tal-problemi li hija identifikat fl-evalwazzjoni preliminari tagħha u fir-rigward tal-għanijiet tagħha. Hija l-Kummissjoni, fl-eżerċizzju tas-setgħa ta’ evalwazzjoni tagħha, li għandha taċċetta l-impenji wara li tkun ivverifikat jekk jindirizzawx it-tħassib espress. F’dan ir-rigward, diġà ġie kkonstatat li l-Kummissjoni ma wettqitx żball manifest fl-evalwazzjoni tagħha fir-rigward tan-natura suffiċjenti tal-impenji inkwistjoni b’tali mod li l-argument skont liema, bl-aċċettazzjoni tagħhom, hija tkun aġixxiet lil hinn mill-kompetenza tagħha u, minħabba dan il-fatt, tkun aġixxiet <HT TYPE="ITALIC">ultra vires</HT>, għandu jiġi miċħud. Fil-fatt, iċ-ċaħda tal-ewwel motiv jirriżulta wkoll fiċ-ċaħda tat-tieni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ proporzjonalità</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti tallega li d-deċiżjoni kkontestata tikkawża preġudizzju għall-prinċipju ta’ proporzjonalità peress li, l-ewwel nett, il-Kummissjoni aċċettat l-impenji mhux xierqa u, it-tieni nett, li ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-interessi tal-partijiet terzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>B’riferiment għas-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070711">11 ta’ Lulju 2007</DATE>, <NAME.CASE>Alrosa vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑170/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2007:220">EU:T:2007:220</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), u għas-sentenza mogħtija fuq appell tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100629">29 ta’ Ġunju 2010</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Alrosa</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑441/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:377">EU:C:2010:377</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), ir-rikorrenti ssostni li l-obbligu li jiġi osservat il-prinċipju ta’ proporzjonalità meta l-Kummissjoni tiddeċiedi li tirrendi vinkolanti l-impenji offerti skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament Nru 1/2003 jimplika li l-miżura adottata minn din tal-aħħar hija xierqa u neċessarja sabiex jintlaħaq l-għan mixtieq. Bl-aċċettazzjoni tal-impenji mhux xierqa, il‑Kummissjoni għaldaqstant kisret dan il-prinċipju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>Il-prinċipju ta’ proporzjonalità nkiser ukoll minħabba l-fatt li l-Kummissjoni ma ħaditx inkunsiderazzjoni n-nuqqas ta’ effikaċja prevedibbli u prevista tal-impenji minkejja t-tħassib espress mill-partijiet terzi, kif diġà ġie spjegat fil-kuntest tal-ewwel motiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>Il‑Kummissjoni u l-intervenjenti jitolbu li dan il-motiv jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat li mir-risposta għall-ewwel żewġ motivi jirriżulta li t-tielet motiv għandu jiġi miċħud ukoll.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84</NO.P><TXT>Il-prinċipju ta’ proporzjonalità jitlob li l-atti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni ma jeċċedux il-limiti ta’ dak li huwa xieraq u neċessarju sabiex jintlaħqu l-għanijiet imfittxa, fid-dawl tal-fatt li, meta jkun hemm għażla bejn numru ta’ miżuri xierqa, għandha tingħażel dik li hija l-inqas vinkolanti (is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19840517">17 ta’ Mejju 1984</DATE>, <NAME.CASE>Denkavit Nederland</NAME.CASE>, <NO.CASE>15/83</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1984:183">EU:C:1984:183</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19890711">11 ta’ Lulju 1989</DATE>, <NAME.CASE>Schräder HS Kraftfutter</NAME.CASE>, <NO.CASE>265/87</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1989:303">EU:C:1989:303</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85</NO.P><TXT>Bħala prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, il-prinċipju ta’ proporzjonalità jikkostitwixxi kriterju tal-legalità ta’ kull att tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni. Fid-dawl ta’ dan, fil-kuntest tal-eżami tal-azzjonijiet mibdija mill-Kummissjoni, iqumu dejjem il-kwistjonijiet, minn naħa, tal-portata u tal-limiti eżatti tal-obbligi li jirriżultaw mill-osservanza ta’ dan il-prinċipju u, min-naħa l-oħra, tal-limiti tal-istħarriġ ġudizzjarju eżerċitat (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100629">29 ta’ Ġunju 2010</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Alrosa</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑441/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:377">EU:C:2010:377</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="15"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86</NO.P><TXT>Fil-fatt, kif jirriżulta mill-ġurisprudenza ċċitata fil-punt iktar ’il fuq, l-implementazzjoni mill-Kummissjoni tal-prinċipju ta’ proporzjonalità fil-kuntest tal-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 1/2003 jillimita ruħu għall-verifika li, minn naħa waħda, l-impenji inkwistjoni jindirizzaw it-tħassib li hija espremiet lill-impriżi kkonċernati u li, min-naħa l-oħra, dawn tal-aħħar ma offrewx impenji inqas vinkolanti li jindirizzaw b’mod adegwat ukoll dan it-tħassib.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87</NO.P><TXT>Bl-istess mod, l-istħarriġ ġudizzjarju jirrigwarda unikament il-kwistjoni ta’ jekk l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni hijiex manifestament żbaljata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88</NO.P><TXT>Għalhekk, fil-kuntest tal-ewwel motiv, diġà ġie rrilevat li l‑Kummissjoni ma wettqitx żball manifest ta’ evalwazzjoni billi ikkunsidrat li l-impenji definittivi proposti minn TR kienu kapaċi jindirizzaw it-tħassib li hija identifikat fl-evalwazzjoni preliminari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89</NO.P><TXT>Barra minn hekk, jekk l-impriżi joffru impenji abbażi tal-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 1/2003 li jmorru lil hinn minn dak li l-Kummissjoni stess setgħet timponilhom fid-deċiżjoni li kienet tadotta konfermement mal-Artikolu 7 ta’ dan ir-regolament wara eżami fil-fond, il‑Kummissjoni tista’ taċċettahom u tirrendihom vinkolanti. Madankollu, hija ma hijiex awtorizzata li teżiġihom b’applikazzjoni tal-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 1/2003.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha jirriżulta li t-tielet motiv għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq ir-raba</HT><HT TYPE="ITALIC">’ motiv, ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ motivazzjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata ma tispjegax b’liema mod l-impenji definittivi jindirizzaw b’mod adegwat it-tħassib fil-qasam tal-kompetizzjoni li TR ġiet informata bih fl-evalwazzjoni preliminari, sa fejn dawn l-impenji ma jawtorizzawx lill-fornituri ta’ provvista ta’ data f’ħin reali kompetituri sabiex jikkonkludu kuntratt ta’ TPDL.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti tfakkar dwar dan is-suġġett li, diversi drabi matul il-proċedura li wasslet għad-deċiżjoni kkontestata, hija indikat lill-Kummissjoni li l-fatt ta’ esklużjoni tal-kompetituri tal-liċenzji previsti fl-impenji ttellef lil dawn tal-aħħar l-effikaċja tagħhom. Fil-paragrafu 6.3 tad-deċiżjoni kkontestata, il‑Kummissjoni tinnota li ġie mqajjem tħassib f’dan is-sens, iżda hija ma tispjegax ir-raġunijiet għala dik il-kritika ma tteħditx inkunsiderazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93</NO.P><TXT>Il‑Kummissjoni u l-intervenjenti jikkontestaw l-argumenti tar-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat li, skont ir-rikorrenti, il-motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata ma tippermettilux li jifhem ir-raġunijiet li għalihom il‑Kummissjoni kkonkludiet li l-esklużjoni ta’ kompetituri mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-impenji ma tikkontestax in-natura adegwata ta’ dawn l-impenji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, il-motivazzjoni rikjesta mill-Artikolu 296 TFUE għandha tkun adatta għan-natura tal-att inkwistjoni u għandha turi b’mod ċar u inekwivoku r-raġunament segwit mill-istituzzjoni li tkun adottat l-att b’tali mod li tippermetti lill-persuni kkonċernati li jkunu jafu l-ġustifikazzjonijiet tal-miżura adottata u lill-qorti kompetenti li teżerċita l-istħarriġ tagħha. Ir-rekwiżit ta’ motivazzjoni għandu jiġi evalwat skont iċ-ċirkustanzi tal-każ, b’mod partikolari skont il-kontenut tal-att, in-natura tal-motivi invokati u l-interess li jkollhom id-destinatarji jew persuni oħra kkonċernati direttament u individwalment mill-att li jirċievu spjegazzjonijiet. Ma huwiex meħtieġ li l-motivazzjoni tispeċifika l-punti kollha ta’ fatt u ta’ liġi rilevanti sa fejn il-kwistjoni dwar jekk il-motivazzjoni ta’ att tissodisfax ir-rekwiżiti tal-Artikolu 296 TFUE għandha tiġi evalwata mhux biss fid-dawl tal-kliem tagħha, iżda wkoll fid-dawl tal-kuntest tagħha u tar-regoli ġuridiċi kollha li jirregolaw il-qasam ikkonċernat (ara s-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19980402">2 ta’ April 1998</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Sytraval u Brink’s France</NAME.CASE>,<?PAGE NO="16"?> <NO.CASE>C‑367/95 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:154">EU:C:1998:154</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0063">63</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080710">10 ta’ Lulju 2008</DATE>, <NAME.CASE>Bertelsmann u Sony Corporation of America vs Impala</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑413/06 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:392">EU:C:2008:392</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0166">166</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0178">178</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96</NO.P><TXT>Il‑Kummissjoni ma hijiex obbligata tieħu pożizzjoni fuq l-argumenti kollha invokati quddiemha mill-persuni kkonċernati, iżda huwa suffiċjenti li tesponi l-fatti u l-kunsiderazzjonijiet ġuridiċi ta’ importanza essenzjali fl-iskema ġenerali tad-deċiżjoni. B’mod partikolari hija ma għandhiex obbligu tieħu pożizzjoni fuq l-elementi li huma manifestament barra minn dak propost, irrilevanti jew nieqsa minn tifsira jew kjarament ta’ importanza sekondarja (is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20050615">15 ta’ Ġunju 2005</DATE>, <NAME.CASE>Corsica Ferries France vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑349/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2005:221">EU:T:2005:221</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0064">64</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110616">16 ta’ Ġunju 2011</DATE>, <NAME.CASE>Air liquide vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑185/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2011:275">EU:T:2011:275</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0064">64</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0097"><NO.P>97</NO.P><TXT>Fir-rigward tad-deċiżjonijiet li jirrendu vinkolanti l-impenji meħuda skont l-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 1/2003, il‑Kummissjoni ssodisfat l-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha billi esponiet l-punti ta’ fatt u ta’ liġi li wassluha li tikkonkludi li l-impenji offerti jindirizaw b’mod adegwat it-tħassib fil-qasam tal-kompetizzjoni li hija identifikat b’mod li ma kienx hemm iktar lok għaliha li taġixxi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0098"><NO.P>98</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-premessi 48 sa 90 (paragrafi 5.1. sa 6.7) tad-deċiżjoni kkontestata huma ddedikati għall-impenji proposti minn TR u għar-reazzjonijiet ta’ partijiet terzi fir-rigward tal-imsemmija impenji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0099"><NO.P>99</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li l‑Kummissjoni spjegat, minn naħa waħda, ir-raġunijiet li għalihom l-impenji jindirizzaw it-tħassib espress u, min-naħa l-oħra, billi rrispondiet għall-osservazzjonijiet ta’ partijiet terzi, peress li l-kwistjonijiet indirizzati fl-imsemmija osservazzjonijiet li kienu jmorru lil hinn mit-tħassib fil-qasam tal-kompetizzjoni espress fl-evalwazzjoni preliminari (il-premessi 77, 84, 86 u 89 tad-deċiżjoni kkontestata). F’dak li jirrigwarda b’mod iktar speċifiku l-kritika fformulata mir-rikorrenti, għandu jiġi kkonstatat li l-premessa 77 tad-deċiżjoni kkontestata tirreferi għall-fatt li ċerti partijiet terzi ikkunsidraw li l-kompetituri għandu jkollhom aċċess għar-RIC peress li huma jkunu fl-aħjar pożizzjoni sabiex jipprovdu t-tabelli ta’ korrelazzjoni kif ukoll l-assistenza teknika. Mill-premessa 78 tad-deċiżjoni kkontestata jirriżulta li l‑Kummissjoni kkunsidrat li l-fatt li jingħata l-aċċess għar-RIC lill-kompetituri ta’ TR imur lil hinn minn dak li kien neċessarju sabiex jindirizza t-tħassib fil-qasam tal-kompetizzjoni. Fil-premessa 79 tad-deċiżjoni kkontestata, żdied li, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>skont l-impenji proposti, l-iżviluppaturi terzi se jkunu awtorizzati li jipprovdu d-data tas-suq kompetitriċi mad-data ta’ referenza deskrittiva marbuta mar-RIC (iżda mhux ir-RIC bħala tali) meta l-iżviluppaturi terzi ma jkunx irnexxilhom iwettqu huma nfushom sistema ta’ korrelazzjoni sħiħa<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> u li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>dan l-iskambju ta’ informazzjoni jippermetti lill-fornituri kompetituri li jagħmlu korrelazzjoni mas-simboli ta’ referenza tagħhom stess li jippermetti lil żviluppatur terz li jiżviluppa korrelazzjoni eżatta u effiċjenti<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0100"><NO.P>100</NO.P><TXT>Minn dawn l-osservazzjonijiet jirriżulta li l-Kummissjoni ssodisfat l-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha billi esponiet, b’mod ċar u inekwivoku, il-punti ta’ fatt u l-kunsiderazzjonijiet legali li wassluha sabiex tikkonstata li l-probabbiltà li tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ ksur tal-impenji suffiċjenti sabiex jiġi indirizzat it-tħassib espress fil-qasam tal-kompetizzjoni. Peress li dawn il-preċiżazzjonijiet jippermettu lill-Qorti Ġenerali teżerċita stħarriġ effettiv fir-rigward tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħa diskrezzjonali tagħha fid-deċiżjoni kkontestata, għandu jiġi konkluż li d-deċiżjoni kkontestata hija suffiċjentement motivata f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0101"><NO.P>101</NO.P><TXT>Barra minn hekk, jekk il‑Kummissjoni għandha l-obbligu li timmotiva d-deċiżjoni li tadotta, hija ma hijiex obbligata li tispjega għaliex hija ma adottatx deċiżjoni differenti (ara, f’dan is-sens, il-ġurisprudenza ċċitata fil-punti 95 u 96).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0102"><NO.P>102</NO.P><TXT>Barra minn hekk, sa fejn l-argument tar-rikorrenti jista’ jiġi mifhum li huwa intiż bħala kritika tan-natura xierqa tal-impenji definittivi, għandu jitfakkar li tali kwistjoni ma taqax taħt il-ksur tal-forom proċedurali sostanzjali li jistgħu jirrendu illegali id-deċiżjoni kkontestata, iżda tal-eżami tal-fondatezza tal-evalwazzjoni mill-Kummissjoni fuq l-impenji offerti bil-għan li jiġi indirizzat<?PAGE NO="17"?> it-tħassib tagħha fil-qasam tal-kompetizzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19980402">2 ta’ April 1998</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Sytraval u Brink’s France</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑367/95 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:154">EU:C:1998:154</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0067">67</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), kwistjoni li ġiet diġà indirizzata fil-kuntest tal-ewwel, it-tieni u t-tielet motivi ta’ dan ir-rikors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0103"><NO.P>103</NO.P><TXT>Minn dan isegwi, li r-raba’ motiv, u għaldaqstant ir-rikors fl-intier tiegħu, għandhom jiġu miċħuda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0104"><NO.P>104</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 134(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, il-parti li titlef għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż jekk tkun saret talba f’dan is-sens.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0105"><NO.P>105</NO.P><TXT>Peress illi r-rikorrenti tilfet, hemm lok li tiġi kkundannata tbati l-ispejjeż, skont it-talbiet tal-Kummissjoni u tal-intervenjenti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (It-Tmien Awla)</P><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-rikors huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Morningstar, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Gratsias</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Kancheva</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Wetter</P></SIGNATORY><P>Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fil-<DATE ISO="20160915">15 ta’ Settembru 2016</DATE>.</P><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>